KullĦadd_04.10.2020

Page 1

IL-FIDUĊJA TAL-POPLU TIBQA’ TIŻDIED F’SETTEMBRU

www.one.com.mt Il-Ħadd, 4 ta’ Ottubru, 2020

Ħarġa Nru 1,421

Rapport f’paġna 4

Prezz €1

It-tarf tal-breakwater b’tul ta’ 370 metru li jmiss mal-Belt Valletta. Bħalissa dan qed jiġi rranġat għal ħsarat minn elementi tan-natura fi proġett miljunarju, flimkien mal-parti l-oħra tal-breakwater taħt il-Forti Rikażli, li hi ferm iqsar. Ma’ dan, qed iseħħu jew se jseħħu numru ta’ proġetti marittimi oħrajn, inkluż fil-Port il-Kbir. Rapport dettaljat f’paġni 14 u 15

GĦADDIET TAR-RIBELLI ● VOT MASSIĊĊ INEĦĦI LIL ADRIAN DELIA MINN KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA ● MAĠĠORANZA TAT-TESSERATI FAVUR BERNARD GRECH TAL-FAZZJONI BUSUTTIL ● IL-KAP IL-ĠDID MISTENNI JIDĦOL FIL-PARLAMENT FIL-ĠRANET LI ĠEJJIN B’marġini kbira ta’ 34% fil-voti fuq l-avversarju tiegħu, Bernard Grech sab l-appoġġ tat-tesserati fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjona­lista li ntemmet tard ilbieraħ filgħaxija. B’67% tal-voti favurih, dan il-favorit tal-establishment l-antik Nazzjonalista issa se jkun qed jieħu post Adrian Delia, li okkupa l-kariga għal dawn l-aħħar tliet snin. Imdawwar b’esponenti ewlenin tal-establishment jew tal-fazzjoni Busuttil kif inhu wkoll magħruf, Grech interpreta l-vot favurih bħala “s-suċċess

ELEZZJONI KAP TAL-PN VOTI ELIĠIBBLI: 21,499 IVVUTAW: 18,362 (85%)

ta’ tim wieħed”, minkejja l-qasma li rrenjat fil-PN fl-aħħar ġimgħat b’mod partikolari. Min-naħa l-oħra, waqt li l-istazzjon televiżiv tal-PN kien diġà qed jindika maġġoranza kbira għal Grech, il-Kap uxxenti kien inqas ċar fi kliemu u fl-ewwel post li tella’ fuq Facebook stqarr li minn għada stess ser jaħdem aktar minn qatt qabel għall-Partit li jgħożż u l-Partit li jħobb. “Jien Adrian Delia. Jien Nazzjonalist. Jien Malti. U kburi,” b’botta ċara lill-avversarju tiegħu.

BERNARD GRECH

Anke jekk kien għadu novizz fil-politika, f’Settembru tal-2017, Delia kien għeleb il-kompetizzjoni tad-Deputat Għawdxi Chris Said, li dakinhar kien qed jirrappreżenta l-interessi tal-istess establishment. Dakinhar Delia kien kiseb 7,734 vot jew 52.5% tal-voti mitfugħin li ammontaw għal 14,742 vot. Id-differenza ma’ Said kienet tammonta għal 802 voti. Tkompli f’paġna 5

ADRIAN DELIA

67% 33%


02

04.10.2020

one.com.mt

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni baxxa ser testendi minn fuq l-Ingilterra sa fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab kultant ftit jew wisq imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Majjistral li jsir ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk li jsir min-Nofsinhar il-Lbiċ It-Temperatura tal-Baħar: 26°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

29°C

UV 4

21°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

26°C

UV 5

18°C

25°C

Il-Ġimgħa

UV 5

21°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku One News

26°C

UV 4

18°C

25°C

UV 5

18°C

25°C

UV 3

19°C

one.com.mt

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21239310 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Brown’s Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Remedies Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Is-Sannat – 21564447

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182



04

04.10.2020

one.com.mt

ŻIEDA OĦRA QAWWIJA TA’ OTTIMIŻMU F’SETTEMBRU L-aħħar stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea fost il-familji u n-negozji reġa’ wera żieda qawwija fl-ottimiżmu f ’pajjiżna. Fil-fatt, l-indiċi tas-sentiment ekonomiku matul Settembru, li għadu kemm spiċċa, tjieb bi 12% biex laħaq il-livell ta’ 84 minn massimu ta’ 100. Dan isegwi ż-żidiet ta’ 18% u ta’ 12% li ġew irreġistrati f ’Awwissu u f ’Lulju rispettivament. B’konsegwenza t’hekk, fl-aħħar xhur, il-livell ta’ ottimiżmu fost il-familji u n-negozji Maltin tela’ b’60% f ’dan l-istħarriġ Ewropew, li jsir ta’ kull xahar. Dan hu faċilment attribwit kollu kemm hu għall-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, “Malta Aħjar”, li kien tħabbar fil-bidu ta’ Ġunju li għadda mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministri Edward Scicluna u Silvio Schembri. Fuq l-istess vena, l-istess sentiment mistenni jkompli jikber anke bl-istennija kbira li hawn għall-miżuri li se jkun qed iħabbar ġimagħtejn oħra l-Gvern meta jressaq il-Baġit tiegħu għall-2021. Il-Prim Ministru diġà kkonferma li se jissokta l-COVID-19 Wage Supplement, li diġà serva biex salva l-għajxien ta’ madwar 100,000 ħaddiem u l-familji tagħhom fix-xhur li għaddew. Anzi, semma li hemm numru ta’ sezzjonijiet tas-soċjetà li se jkunu qed igawdu minn miżuri ġodda, bil-għan li tkompli tingħata spinta lill-ekonomija ta’ pajjiżna. Sa mill-bidu tal-pandemija u l-introduzzjoni ta’ għadd ta’ miżuri biex ipattu għall-effetti ħżiena, Malta ġiet ikklassifikata minn għaqdiet u aġenziji internazzjonali bħala fost tal-ewwel li se jkunu qed jirkupraw ekonomikament. Dan grazzi, b’mod partikolari, għall-qafas ekonomiku u finanzjarju b’saħħtu li bdejna bih din is-sena, frott l-għaqal u l-bżulija tal-aħħar

SERVIZZI

RETAIL

APRIL

-45

-57

-43

-40

-16

52

SETTEMBRU

-13

-3

-64

-3

-9

84

seba’ snin ta’ amministrazzjoni Laburista. Flimkien mat-tnaqqis fil-qgħad ukoll, dan ikompli jqanqal fiduċja għal ġejjieni aħjar fost il-poplu u n-negozji. Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-Kummisjoni Ewropea jindikaw li s-sentiment ekonomiku rkupra sew kważi fis-setturi kollha, imma speċjalment fost il-familji u fil-kostruzzjoni. Anke fis-servizzi u l-industrija jidher li l-aspettattivi issa marru għall-aħjar. Dan kollu beda jseħħ wara l-miżuri li tħabbru mill-Gvern fil-bidu ta’ Ġunju u minkejja l-ħafna propaganda negattiva li pprovaw jagħmlu xi wħud biex ixekklu l-irkupru ekonomiku ta’ pajjiżna. Il-maġġoranza tal-familji Maltin u Għawdxin, li ġew intervistati, jemmnu li se jkunu f ’qagħda li jkunu jistgħu saħansitra jfaddlu xi ftit fix-xhur li ġejjin, waqt li maġġoranza ta’ aktar minn kwart qalu li jħossu li qegħdin f ’pożizzjoni finanzjarja tajba. Dan hu darba u nofs il-proporzjon ta’ familji madwar l-Unjoni Ewropea li esprimew l-istess opinjoni. Minbarra hekk joħroġ li, filwaqt li għadu negattiv, is-sentiment ekonomiku fl-industrija lokali tjieb b’żewġ terzi minn April lil hawn u issa hu simili ħafna għall-medja fost il-pajjiżi kollha

Il-maġġoranza tal-familji Maltin u Għawdxin, li ġew intervistati, jemmnu li se jkunu f’qagħda li jkunu jistgħu saħansitra jfaddlu xi ftit fix-xhur li ġejjin, waqt li maġġoranza ta’ aktar minn kwart qalu li jħossu li qegħdin f’pożizzjoni finanzjarja tajba. Dan hu darba u nofs il-proporzjon ta’ familji madwar l-Unjoni Ewropea li esprimew l-istess opinjoni

tal-UE. Maġġoranza tajba ta’ fabbriki, ta’ 22%, qed jistennew żieda fil-produzzjoni, b’kuntrast ma’ ħames xhur qabel fejn aktar minn nofshom kienu jbassru tnaqqis. Il-fabbriki qed jgħidu li għandhom ordnijiet biżżejjed għal kważi sena ta’ produzzjoni. Fil-qasam tas-servizzi t-tijib fis-sentiment kien aktar spettakolari, biex filwaqt li maġġoranza żgħira għadha pessimista, il-livell f ’pajjiżna hu erba’ darbiet aħjar mill-UE. Anke hawn maġġoranza tal-azjendi qed jistennew aktar attività u dan għat-tielet xahar konsekuttiv. Tant inbidel is-sentiment f ’dan is-settur li maġġoranza ta’ azjendi qed tgħid li se żżid l-impjiegi fix-xhur li ġejjin. Il-kumpaniji tal-kostruzzjoni wkoll kellhom qalba fl-aspettattivi. Waqt li ftit wara li faqqgħet il-pandemija kważi nofshom kienu pessimisti, is-sentiment

KOSTRUZZJONI KONSUMATURI

SETTURI KOLLHA

INDUSTRIJA

f ’Settembru kien aħjar mill-medja storika kemm ilu jsir l-istħarriġ mill-Kummissjoni Ewropea. In-negozji f ’dan is-settur irrapportaw li għandhom xogħol b’lura ta’ madwar disa’ xhur, li hu ferm aħjar mill-bqija tal-UE. Is-settur tal-bejgħ bl-imnut, tar-retail, kien l-uniku wieħed fejn is-sentiment ma tjiebx u baqa’ baxx ħafna. B’kuntrast, il-fiduċja fost il-familji issa hi d-doppju aħjar mill-medja Ewropea, għalkemm baqgħet ftit negattiva. Hi biss maġġoranza żgħira ta’ 2% li jħossu li l-ekonomija se tonqos, kontra 29% fl-UE. Minbarra hekk, statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) indikat li flaħħar tliet xhur ir-rata ta’ qgħad naqset b’0.4% mil-livell milħuq f ’April. Dan ifisser li nofs iż-żieda fir-rata li kienet osservata minn Frar diġà ġiet irkuprata, tant li

l-ammont ta’ persuni jfittxu xogħol issa hu 13% aktar milli kien fi Frar u differenza ta’ 12% inqas minn Mejju meta kien 25% aktar minn Frar. Bħala sinjal ċar ta’ kemm in-negozju rpilja u għadu qed jirkupra hu l-fatt li bejn Mejju u Awwissu kien hemm madwar 1,200 persuna li ma baqgħetx tfittex impjieg f ’pajjiżna. Ta’ min isemmi wkoll li biż-żieda li ġiet osservata matul ix-xahar ta’ Settembru, il-livell ta’ ottimiżmu f ’pajjiżna issa qabeż il-medja li kienet osservata matul l-2009 meta konna wkoll affettwati minn kriżi ekonomika internazzjonali. B’differenza minn dakinhar meta l-poplu u n-negozji ma sabux wisq appoġġ mill-Gvern Nazzjonalista, illum pajjiżna ġie mfaħħar mill-aġenziji ta’ kreditu għall-mod kif iffaċċja s-sitwazzjoni minkejja li f ’Jannar inbidel saħansitra l-Prim Ministru.


05

04.10.2020

one.com.mt

APATIJA TA’ MADWAR 4,000 VOT Tkompli minn paġna 1 Iċ-Ċermen tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonalista Peter Fenech stqarr wara l-għeluq tal-votazzjoni fl-4:00 p.m. li kien ikkalkulat li b’kollox ivvutaw mal-85% tat-tesserati eliġibbli. Skontu, dan kien vot qawwi, anke jekk fl-2017 kien hemm 95% tal-voti eliġibbli li ntefgħu. Minħabba li l-votazzjoni kienet mifruxa fuq sitt ijiem, l-aħħar jum tal-votazzjoni tal-bieraħ ra biss 9% jixħtu l-vot, waqt li 15% jew ftit iżjed minn 3,200 eliġibbli li jivvutaw lanqas biss indenjaw ruħhom jeżerċitaw dan id-dritt. Meta jingħaddu wkoll għadd konsiderevoli ta’ voti invalidi li bdew jidhru fil-garżelli rispettivi, allura l-apatija fil-PN tiżdied għal kważi 4,000 vot. Il-persentaġġ, li iżjed tard ġie kkonfermat mill-PN bħala 85%, fisser li minn 21,499 voti eliġibbli li kien hemm, intefgħu ftit aktar minn 18,000 vot. Avolja l-ammont kien jaqbeż dak tal-2017 b’xi 3,500 vot, il-konkorrenza tat-tesserati naqset drastikament minn dakinhar. Minkejja dan, Grech qal li dan ir-riżultat hu “l-ewwel pass. Pass biex dan il-Partit verament ngħaqqduh, inġedduh u flimkien nirnexxu. Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil kull min għamel dan ir-riżultat possibbli.” Waqt li tenna li “l-ħidma vera tibda issa”, hu rringrazzja wkoll lill-“kollega” Delia.

każin Nazzjonalista tal-Isla, iż-Żejtun, Ħal Tarxien, iż-Żurrieq, is-Siġġiewi, Ħal Luqa, ir-Rabat, Ħal Balzan, Birkirkara, l-Imsida, is-Swieqi, Ta’ Xbiex, Tas-Sliema, in-Naxxar, il-Mellieħa u Ta’ Sannat f ’Għawdex. Bejn l-4:15 u l-5:15 p.m. il-kaxxi ssiġillati waslu fid-Dar Ċentrali fejn infetħu, sar is-sorting tal-voti u sussegwentement l-għadd. Is-Swieqi (89%), Ħal Balzan u Ta’ Xbiex (88%) kellhom l-akbar turnout, waqt li ż-Żurrieq u Ħal Luqa l-inqas (82%). PL: Rebaħ l-establishment

Issa l-Kap il-ġdid Nazzjonalista, li flaħħar ġimgħat skoprejna wkoll kif bħal ta’ qablu kellu problemi finanzjarji serji (ara paġni 6 u 7), mistenni jidħol fil-Parlament fil-jiem li ġejjin u jingħata l-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. Biex jagħmel dan, irid iċedilu postu deputat attwali li ġie elett bil-by-election. Qabel bdiet it-tellieqa għal Kap, kien hemm indikazzjoni li d-Deputat Ivan Bartolo kien lest iċedilu postu. Mhux eskluż lanqas li Grech iservi biss lill-PN sa wara l-elezzjoni ġenerali li

jmiss, li mistennija ssir sa mhux aktar tard minn sentejn oħra. Kif kien indika huwa stess qabel l-establishment għażlu biex jirrappreżentah fl-elezzjoni ta’ Kap, Grech saħaq li kien­ lest ikun il-bidillu tal-Partit sal-elezzjoni … ovvjament l-aqwa li jkun intlaħaq it-tir li jittajjar Delia minn postu. Il-votazzjoni tal-bieraħ fetħet fit-8:00 a.m. u għalqet fis-2:00 p.m. f ’Għawdex u fl-4:00 p.m. f ’Malta. B’kollox kien hemm 18-il post tal-votazzjoni: id-Dar Ċentrali; l-uffiċċju tal-AŻAD fil-Belt; u s-16-il

Fl-ewwel reazzjoni, il-Partit Laburista qal li “rebaħ l-establishment tal-PN, l-istess wieħed li l-poplu warrab elezzjoni wara l-oħra.” Fi stqarrija, il-PL qal li “b’Bernard Grech, il-PN se jmur lura għall-politika ta’ kontijiet ogħla, għall-politika migratorja li jidħol kulħadd f ’pajjiżna u l-politika tal-kumpless ta’ inferjorità quddiem il-barrani li nbaxxu rasna għalkollox għalih. Kap bla viżjoni għall-pajjiż.” Waqt li rrimarka wkoll li l-għeruq talPN bagħtu messaġġ b’saħħtu b’aktar minn 3,000 jagħżlu li jibqgħu d-dar, il-Partit Laburista qal li “issa hemm bżonn li Grech, jekk irid jittieħed bis-serjetà, joħroġ nadif fuq il-ħlasijiet tat-taxxa u l-ħabi mid-dħul tiegħu. Fl-elezzjoni tal-lum (tal-bieraħ) rebħet il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li jaqbel li jidħlu l-immigranti f ’Malta. Rebħet il-fazzjoni ta’ Jason Azzopardi u ta’ Karol Aquilina. Politika li tifred flok tgħaqqad.”

SAL-JUM TAL-VOTAZZJONI B’effett minn 12:00 p.m. il-Kummissjoni Elettorali tal-PN fetħet in-nominazzjonijiet għall-kariga ta’ Kap talPN wara li l-Kummissjoni Kandidati rrakkomandat li Delia u Grech kienu idonei biex jikkontestaw. Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret ukoll li l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit tintemm is-Sibt 3 ta’ Ottubru 2020, bil-votazzjoni mifruxa fuq ġimgħa.

13/9/20:

Bernard Grech tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni u ġie uffiċjalment iddikjarat kandidat għall-ogħla kariga fit-tmexxija tal-PN.

15/9/20:

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jippubblika korrispondenza li bagħat aktar kmieni fl-istess jum lill-Kummissjoni Kandidati tal-PN dwar ir-rapport tad-diliġenza ppruvata biex jiġi ppubblikat fl-intier tiegħu. Ta żmien sa dakinhar filgħaxija biex jiltaqa’ l-Kunsill Amministrattiv tal-Partit, inkella kien se jeżerċita artiklu fl-istatut biex isejħu hu, u jippreżenta mozzjoni li titlob proprju dan.

15/9/20:

Delia jippubblika l-mozzjoni tiegħu, issekondata mill-Viċi Kapijiet David Agius u Robert Arrigo, li tressqet quddiem il-Kunsill Nazzjonalista dakinhar biex kopja tar-rapport tad-due diligence jingħata lil dawk interessati fil-kariga u jiġi minnufih mgħoddi wkoll lill-midja. Il-Kunsill jilqa’ t-talba u jippubblika r-rapport.

17/9/20:

Quddiem id-Dar Ċentrali, Delia jniedi l-kampanja tiegħu, imsejħa “Għaqda b’Lealtà”, fejn iħabbar, li jrid jaħdem ma’ dawk li huma ta’ rieda tajba biss u mhux dawk li kienu ta’ ostaklu għalih fl-aħħar tliet snin. Delia ppreżenta wkoll in-nomina tiegħu liċ-Ċermen tal-Kummissjoni Elettorali, Peter Fenech, magħruf għall-ħbiberiji tiegħu ma’ Simon Busuttil, li kien ukoll sieħeb tiegħu fin-negozju.

18/9/20:

F’konferenza stampa, b’reazzjoni għall-pubblikazzjoni tar-rapport taddue diligence u l-kontenut tiegħu, il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard u l-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba qalu li dan jikkonferma li, bil-problemi finanzjarji tagħhom, iż-żewġ kontestanti huma magħmulin mill-istess pezza.

18/9/20:

Wara li mart Bernard Grech ħarġet pożittiva għall-COVID-19, Robert Arrigo għamel talba lill-Kummissjoni Elettorali biex l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit tiġi posposta, iżda t-talba ma ġietx milqugħa.

22/9/20:

Wara li għalaq iż-żmien biex jiġġeddu t-tesseri li se jintitolaw persuni biex jivvutaw, il-Kummissjoni Elettorali tal-PN ħabbret li għamlet il-verifiki kollha u ġie konkluż li n-numru ta’ tesserati eliġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap Nazzjonalista hu ta’ 21,496. Minkejja dan, kienet għaddiet biss nofs siegħa meta ħarġet korrezzjoni biex tgħid li kien hemm tliet persuni oħrajn li kienu eliġibbli għal total ta’ 21,499.

24/9/20:

Delia jħabbar li, minkejja r-reżistenza mit-tim ta’ Grech biex ma jsir l-ebda dibattitu dirett bejn iż-żewġ kandidati, il-Kummissjoni Elettorali infurmathom li t-Tnejn 28 ta’ Settembru kien se jseħħ l-ewwel dibattitu. Fil-verità spiċċa l-uniku dibattitu, li ġie rrekordjat u mxandar l-għada t-Tlieta. Kien hemm ukoll l-akkuża li ta’ Grech ipprovaw jinfluwenzaw lill-ġurnalista ta’ TVM Ruth Amaira, li kienet immarkata biex tmexxi d-dibattitu. Il-PBS ċaħad li Amaira kienet ikkonfermat is-sehem tagħha.

25/9/20:

25/9/20:

Fl-ewwel jum tal-votazzjoni bikrija vvutaw 16% tat-tesserati eliġibbli.

Il-Kummissjoni Elettorali tal-PN tavża li fit-tieni jum tal-votazzjoni bikrija vvutaw 32% tat-tesserati eliġibbli. B’hekk, it-total ta’ dawk li vvutaw s’issa laħħaq it-48%.

26/9/20:

Fl-uniku konfront dirett fuq it-televixin bejn iż-żewġ kandidati fuq NET TV u bit-tmexxija tal-ġurnalist tat-Times Matthew Xuereb ħafna ddeskrivew l-appuntament mistenni bħala medjokri.

29/9/20:

Fil-jum tal-votazzjoni ddedikat għal persuni bi problemi ta’ mobbiltà u għal dawk li jeħtieġu assistenza vvutaw 3% oħra tat-tesserati. B’hekk laħqu vvutaw 51% ta’ dawk eliġibbli.

30/9/20:

01/10/20: kienu vvutaw 67%.

F’jum ieħor ta’ votazzjoni bikrija xeħtu l-vot tagħhom 16% tat-tesserati eliġibbli biex b’hekk sa dakinhar

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li flaħħar jum tal-votazzjoni bikrija talĠimgħa vvutaw 9% oħrajn tat-tesserati eliġibbli li jivvutaw. B’hekk għall-elezzjoni finali tal-bieraħ kien għad fadal biss inqas minn kwart tat-tesserati li setgħu jivvutaw.

02/10/20:

Iż-żewġ kontestanti tefgħu l-vot tagħhom fl-għodwa tal-bieraħ. Fil-bidu kien hemm dubji serji kemm Grech saħansitra seta’ kien eliġibbli li jikkontesta wara kumment tiegħu fuq TVM f’Diċembru li għadda fejn iddikjara li hu qatt ma fforma parti minn partit politiku. Sussegwentement ħareġ li kien ilu jħallas it-tessera tal-PN mill-2017, ironikament is-sena meta Delia sar Kap.

03/10/20:


06

04.10.2020

one.com.mt

MINN STAMPA GĦAL OĦRA TA’ Jekk ma spikka xejn fl-aħħar xahar tal-kampanja għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, żgur li spikkaw l-iħirsa kollha li nstabu fil-gwardarobba tal-kandidat favorit mill-establishment Nazzjonalista, Bernard Grech. Minn kwistjonijiet ta’ taxxa u nuqqas ta’ dikjarazzjonijiet ta’ dħul finanzjarju fuq numru ta’ snin, għal rimarki u tweġibiet bla sens sa dellijiet anke fuq membri fit-tim tiegħu. Din hi lista ta’ avvenimenti li kixfu stampa kompletament differenti minn dik li ħafna ħasbu li kien jirrappreżenta l-avukat u novizz politiku li ġie imbottat biex jieħu post Adrian Delia, li nħatar Kap Nazzjonalista mit-tesserati wkoll tliet snin ilu biss. Kwistjoni ta’ taxxa jew tnejn L-ewwel difetti li feġġew sa mill-bidu ta’ Settembru, iżda sal-lum baqgħu jiġru wara Grech, kienu dawk relatati mal-ħlas (jew nuqqas tiegħu) tat-taxxa dovuta tal-VAT u l-Income Tax. Ma setax ma jiġix innotat li Grech kien ħallas kont pendenti ta’ aktar minn €30,000 f ’taxxi, imgħaxijiet u multi dovuti, li kienu jmorru lura sas-snin 90, sempliċement għax kien qed jikkontesta l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-PN. Minbarra hekk, waqt li kien qed jiddikjara li jaqla’ paga miżera fis-sena, anke l-avversarju tiegħu Adrian Delia qanqal l-argument dwar kif Grech seta’ għex b’€50,000 fuq perjodu ta’ ħames snin. Ix-xettiċiżmu kompla jiżdied wara li, bit-tali introjtu, Grech baqa’ ma spjegax minn fejn kien ġab il-flus biex qata’ d-djun li kellu mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Kliemu waqaf biss fuq indikazzjoni li l-flus kienu ġejjin mingħand membri tal-familja u “xi klijenti”, għalkemm dejjem ħarab milli jelabora u ġeneralment kien jinħeba wara ċ-ċertifikat li nħariġlu wara li ħallas il-pendenzi kollha. Dan, iżda, ma kienx it-tmiem tal-kwistjoni. Anzi fi ftit jiem sar magħruf li sentejn ilu Grech ġie investigat mit-Tax Compliance Unit dwar numru ta’ irregolaritajiet u ġie ordnat iħallas €17,000 f ’pendenzi tal-VAT, li huma wkoll separati mill-kont ta’ €30,000 irrapportati qabel. It-Times of Malta qalet li l-investigazzjoni kienet tirrelata ma’ dħul mhux iddikjarat u depożiti bankarji bla spjegazzjoni mifruxin fuq numru ta’ snin. Minbarra hekk ġie mwissi li għal perjodu ta’ 12-il sena wkoll ma ssottomettiex dikjarazzjonijiet adegwati tat-taxxa. Minbarra hekk, nhar it-Tnejn li għadda, il-Maltatoday irrapportat kif għal ħames snin konsekuttivi Grech kien qed jospita l-istudenti tal-Ingliż f ’daru mingħajr ma ddikjara mkien li daħħal mat-€32,000 mit-tali attività, li biex tgħaxxaq lanqas kienet regolata skont il-liġi. L-investigazzjoni minn tat-Taxxa sabet li studenti mill-Home Language International School, li ma kinitx irreġistrata mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), kienu qed joqogħdu fir-residenza ta’ Grech bejn l-2012 u l-2016.

panja ta’ ġbir ta’ fondi online (crowdfunding) bl-iskuża biex ikun jista’ jiffinanzja l-kampanja elettorali kontra Delia. Hawnhekk irnexxielu jilħaq iċ-ċifra ta’ madwar €50,000. Għalkemm l-argumenti malajr daru li din kienet qrib dak li kellu jagħti lil tatTaxxi, Grech tenna li minħabba li l-ġbir kien fuq l-Internet, il-flus kienu għadhom lanqas biss daħlu fil-kont bankarju tiegħu. Minkejja dan, l-istess ġabra qanqlet ukoll kontroversja għall-fatt li, kif irrapportat minn ONE News, kien hemm donazzjonijiet li jiksru l-Liġi għall-Finanzjament tal-Partiti, li l-PN u b’mod speċjali sħab l-istess Grech, kienu kontriha u ħallew għal diversi snin pendenti. Jirriżulta li, minn iżjed minn 1,300 donazzjoni anonima, kien hemm almenu waħda ta’ €1,000 f ’donazzjoni singulari, meta l-limitu legali hu ta’ €250. Minn dakinhar la Grech u lanqas mit-tim tiegħu ħadd ma ta kont ta’ dawn il-flejjes li nġabru u/jew kif kienu qed jintefqu. Kumbinazzjoni, fl-istess perjodu, ħabiba oħra tal-establishment Nazzjonalista, ir-Russa Maria Efimova, kienet qiegħda tiġi mistoqsija x’għamlet b’eluf ta’ ewro li kienet ġabret online bl-iskuża li setgħet tippreżenta provi ġodda fil-każ Egrant. Skont il-konklużjonijiet tal-istess inkjesta Egrant, Efimova għandha tiġi investigata b’mod kriminali mill-Pulizija ta’ Malta. Taħt pressjoni bil-mistoqsijiet Għalkemm jagħti l-impressjoni li hu persuna assertiva ħafna, fil-verità meta ffaċċjat anke b’mistoqsijiet sempliċi, dan il-politiku novizz sab diffikultajiet serji biex iwieġeb u wisq aktar biex jikkonvinċi. Fil-verità hu ġie nnotat kemm-il darba jirrepeti l-istess argumenti, avolja dawn ikunu differenti minn dak li jkun mistoqsi fuqu, bħal meta kien iffaċċjat mill-ġurnalist ta’ ONE News dwar il-problemi ta’ taxxa li kellu u kif solvihom, meta kien qed jiddikjara ammonti taħt in-norma għall-professjoni tiegħu ta’ avukat. L-inċident tal-aħħar wassal għat-tensjoni fejn il-ġurnalist Colin Deguara ġie imbuttat minn bodyguards tal-kandidat Nazzjonalista u imbarrat milli javviċina lil Grech avolja kienu fi ġnien pubbliku. L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ukoll ikkundanna dan l-aġir.

ta’ Grech, tressaq diversi drabi l-Qorti mixli bi frodi, waqt li fl-2002 kien ammetta li ffalsifika ċekkijiet tal-Bank of Valletta u fl-2010 uża cheque book misruq biex xtara numru ta’ affarijiet, fosthom deheb u alkoħol. Għal tal-aħħar biss kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Bodyguard ieħor, l-Eks Supretendent tal-Pulizija Paul Vassallo, fl-2016 kien ordnat iħallas danni li kkawża waqt arrest ta’ individwu deskritt bħala abbużiv. Fil-ħarġa tagħna l-Ħadd li għadda, ġiet żevalata korrispondenza tal-Pulizija dwar investigazzjoni li għaddejja fuq il-kumpTim b’dellijiet ta’ kriminalità anija falluta A2 Co. Ltd, li kienet ġiet xolta Minbarra investigazzjoni fuq Grech innifsu, mill-Qorti fl-2017. Il-kumpanija proprjetà jirriżulta li għadd ta’ membri mit-tim tiegħu ta’ Alessandro Farrugia, li fil-passat ħadem Ġbir kontra l-Liġi tal-Partiti qrib Guido de Marco u Austin Gatt u llum wkoll xellfu difrejhom mal-ġustizzja. Kurt Gatt, wieħed mill-gwardji tas-sigurtà hu l-kelliem ewlieni ta’ Grech f ’din il-kamFtit wara din il-bawxata, Grech nieda kam-

panja, ħalliet għadd ta’ djun mhux imħallsin. L-influwenza fuq ġurnalista tax-Xandir Din l-inkapaċità tiegħu quddiem il-mikrofonu tal-ġurnalisti setgħet wasslet ukoll għall-inċident sussegwenti rrapportat. Lejlet l-uniku dibattitu bejn iż-żewġ kontestanti, sar magħruf li Grech jew membri tat-tim tiegħu avviċinaw minn qabel lill-ġurnalista tax-Xandir Nazzjonali Ruth Amaira biex jinfluwenzawha ladarba kienet indikata li setgħet tmexxi dan il-“konfront” fuq l-istazzjon televiżiv tal-PN. L-aġir, li hu meqjus gravissimu, wassal ukoll għall-kundanna tal-istess Kummissjoni Elettorali tal-PN, immexxija minn Dr Peter Fenech, ħabib u eks sieħeb fin-ne-


07

04.10.2020

one.com.mt

BERNARD GRECH

gozju ta’ Simon Busuttil. B’konsegwenza t’hekk, id-dibattitu, li xxandar nhar it-Tlieta li għadda, spiċċa jitmexxa minn Matthew Xuereb mit-Times of Malta, waqt li l-livell mistenni baqa’ ma ntlaħaq fl-ebda ħin. Kien jonqos iċ-ċirasa Griega Biex jiġbor kollox fl-istess tgħassida pubbliċitarja għall-favorit tal-fazzjoni Busuttil, kien jonqos rimarka antipatrijottika li Grech kien għadda fuq it-televixin fi żmien il-kwistjoni Egrant. Nhar it-Tlieta li għadda, il-preżentatur Karl Stagno Navarra rriproduċa l-filmat fil-programm tiegħu Pjazza. Fih Grech jin-

stema’ jgħid li hu jistħi jgħid li hu Malti u meta jkun imsiefer u jistaqsuh minn fejn hu, ma jgħidilhomx li hu minn Malta. Qal li jistħi jgħid li hu Malti u ladarba kunjomu Grech, kien jgħidilhom li hu mill-Greċja. “Mhix ċajta, veru hekk nagħmel … nistħi ngħid li jien minn Malta,” kien insista Grech, illum Kap talPN u eventwalment Kap tal-Oppożizzjoni dalwaqt. Il-kummenti ta’ Grech ġabu l-istmerrija ta’ bosta, mhux l-inqas il-kontestant l-ieħor li fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook għadda botta lill-avversarju tiegħu: “Barra minn pajjiżna Malta tiġi l-ewwel dejjem. Jien Malti u kburi. Dejjem.”


08

04.10.2020

one.com.mt

AKTAR TISĦIĦ TAR-REĠISTRU TAN-NEGOZJI

L-uffiċjal il-ġdid tad-Dwana, Żekkin, waqt parti mit-taħriġ tiegħu

TNEĦĦEW 10,000 KUMPANIJA LI KIENU “REQDIN” JEW MHUX KONFORMI MA’ TAGĦRIF DIKJARAT

IL-BANK ĊENTRALI JGĦIN LID-DWANA B’KELB GĦAT-TIFTIX Id-Dwana ta’ Malta żiedet l-uffiċjali tagħha bl-inklużjoni ta’ Żekkin, kelb ta’ sentejn tar-razza Labrador, speċjalizzat biex ixomm il-flus kontanti u d-drogi. Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa millBank Ċentrali ta’ Malta, li sponsorja l-akkwist tal-kelb tat-tfittxija li se jkun użat fl-operazzjonijiet tad-Dwana. Għalkemm id-Dipartiment ilu juża l-klieb tat-tfittxija sa mill-1994, tliet snin ilu sar ristrutturar fit-taqsima rispettiva biex illum għandha tmien skwadri tal-klieb li jistgħu jidentifikaw varjetà ta’ sustanzi illegali, flimkien mat-tabakk u l-flus kontanti. Ir-razza Labrador hi waħda mill-iktar popolari għall-klieb tat-tfittxija, għal­ kemm it-Taqsima tad-Dwana Maltija għandha wkoll Springer Spaniels biex jintużaw għall-iskop ta’ identifikazzjoni minħabba li s-sens tagħhom taxxamm jitla’ sa 40 darba aktar minn dak tal-bniedem. Is-seba’ klieb l-oħrajn huma Sparky, Ted u Stan, li jispeċjalizzaw fit-tfittxija għal drogi u tabakk; Sophie, Charlie u Peter fit-tfittxija għal flus kontanti u tabakk; u Gypsie, bħal Żekkin, fit-tfittxija għal flus kontanti u drogi. Żekkin kien imħarreġ mill-Forza tal-Fruntiera tar-Renju Unit, li hi meqjusa bħala forza dinjija fl-ispeċjalizzazzjoni relatata mat-taħriġ u l-immaniġġjar tal-klieb tat-tfittxija. Żekkin se jingħaqad ma’ handler ikkwalifikat

tad-Dwana, simili għall-klieb l-oħrajn tad-Dipartiment. Wara li jgħaddu minn test rigoruż biex jingħażlu, il-klieb huma ġeneralment irreġistrati għall-programm ta’ taħriġ meta jkollhom bejn sena u sentejn, u jridu jgħaddu mill-inqas tmien ġimgħat taħriġ fir-Renju Unit, segwit minn aktar taħriġ mar-ritorn f ’Malta, flimkien mal-handler lokali. L-iskwadra l-ġdida tal-klieb imbagħad meħtieġa tgħaddi minn evalwazzjoni qabel ma tingħata liċenzja operattiva. Il-liċenzja trid tiġi mġedda kull sena mill-għalliem tal-klieb tal-Forza talFruntiera wara li jsir test. Żekkin kapaċi jidentifika d-drogi u l-flus kontanti, f ’varjetà ta’ kuntesti li jvarjaw mill-ajruport u l-port, għal imħażen postali u ħwienet kummerċjali. Bħal ħafna pajjiżi oħrajn, Malta għandha l-limitu legali ta’ €10,000 fuq l-ammont ta’ flus kontan-

ti mhux iddikjarati li jistgħu jinġarru minn vjaġġatur li jasal, jitlaq jew jgħaddi mill-gżira. Vjaġġaturi li jġorru magħhom ammont li jaqbeż l-€10,000 huma obbligati legalment jiddikjaraw it-tali ammonti mad-Dipartiment tad-Dwana qabel il-bidu tal-vjaġġ tagħhom. Dan il-limitu hu mmirat biex irażżan l-attivitajiet illeċiti, bħall-ħasil ta’ flus minn attivitajiet illegali u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Bit-twaqqif ta’ taqsima ġdida speċjalizzata madwar tliet xhur ilu, ir-Reġistru tan-Negozji ta’ Malta (MBR) kompla jissaħħaħ u jżid l-osservanza fuq kumpaniji li huma rreġistrati miegħu. It-taqsima għandha s-setgħa li twettaq spezzjonijiet fiżiċi fuq il-post bil-għan li tivverifika li dawn huma konformi mat-tagħrif li jiġi ddikjarat minnhom u toħroġ multi jekk ma jkunux. F’rapport fl-aħħar newsletter tas-servizzi finanzjarji, Malta Financial Services Oversight, li ġiet ippubblikata din il-ġimgħa, jingħad li bħala parti integrali fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, ir-Reġistru tan-Negozji għandu rwol kruċjali fl-impenji tal-pajjiż li jara li kumpaniji jimxu mal-liġijiet Maltin, inkella jitneżżgħu mil-liċenzja biex joperaw. Din it-taqsima l-ġdida hi l-aħħar għodda li qed jiġi mgħammar biha r-Reġistru, li jirriżulta li sal-lum diġà ħassar ir-reġistrazzjoni ta’ kważi 10,000 kumpanija li kienu “reqdin” jew bi ksur tat-tagħrif iddikjarat. F’komunikazzjoni fit-28 t’April li għadda, Joseph Farrugia, ir-Reġistrar tal-Kumpaniji, ħabbar li l-Liġi tal-Kumpaniji ġiet emendata b’regolamenti ġodda, li jpoġġu obbligu addizzjonali fuq persuni suġġetti biex jiġi evitat ħasil tal-flus u ffinanzjar tat-terroriżmu. Dawn ir-regolamenti jobbligaw lil persuni suġġetti biex jirrapportaw lir-Reġistrar tal-Kumpaniji xi diskrepanzi li jistgħu jsibu bejn informazzjoni disponibbli lilhom u t-tagħrif fir-Reġistru. F’messaġġ fl-istess newsletter finanzjarja, ilPrim Ministru Robert Abela qal li “għalkemm fadal ħafna xi jsir, fiduċjuż li bir-riżorsi t-tajbin, issa f ’posthom, u bid-determinazzjoni li naraw li jitwettaq il-programm ambizzjuż li għandna, nistgħu nassiguraw li Malta tkompli turi lilha nfisha bħala ġurisdizzjoni responsabbli u rispettabbli fejn jista’ jsir negozju.” Mindu twaqqfet tliet xhur ilu, it-taqsima l-ġdida fir-Reġistru tan-Negozji diġà għamlet mat360 spezzjoni fuq il-post. Din għandha l-poter li tagħmel analiżi individwali ta’ dawk involuti fit-twaqqif ta’ kumpaniji ġodda ma’ dawk diġà rreġistrati. Din il-proċedura l-ġdida, li tapplika wkoll għal dokumenti pendenti, bħal annual returns u annual reports, tinkludi l-proċess ta’ due diligence, flimkien ma’ tagħrif dwar sidien benefiċjarji. Dan kollu qed jitwettaq f ’kollaborazzjoni millqrib mat-taqsima legali. Ir-Reġistru fl-istess ħin qed ikompli jirrevedi l-inċidenza ta’ xi kumpaniji rreġistrati li, iżda, mhumiex operattivi, kif ukoll entitajiet li jonqsu milli jipprovdu tagħrif meħtieġ.

Bir-riżorsi f’posthom u bid-determinazzjoni li jitwettaq il-programm ambizzjuż li għandna, nistgħu nassiguraw li Malta tkun ġurisdizzjoni responsabbli u rispettabbli fejn jista’ jsir negozju


09

04.10.2020

one.com.mt

40% TAX-XOGĦOL FL-UE SAR MID-DAR MATUL IL-COVID-19 Madwar 40% tas-sigħat tax-xogħol tal-ħaddiema twettqu mid-djar matul ir-restrizzjonijiet imposti b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, sinjal tal-bidla b’saħħitha li seħħet fil-ħajja f ’perjodu ta’ sitt xhur biss. B’riżultat t’hekk, it-teleworking ma baqax iżjed kwistjoni fl-organizzazzjoni tax-xogħol, iżda sar għandu użu usa’, inkluż is-salvagwardji tal-impjiegi, kif irriżulta f ’pajjiżna, u inqas pressjoni anke ta’ traffiku u tniġġis fuq żoni urbani. L-impatti tat-telework fuq il-ħajja, il-post tax-xogħol u l-ekonomija, fost oħrajn, ġew analizzati fi stħarriġ uniku Ewropew (Eurofound: Għajxien, Xogħol u COVID-19). Ir-rapport finali ppubblikat din il-ġimgħa jkompli fuq analiżi inizjali t’April li għadda li kienet diġà wriet li se jkollna nħarsu lejn it-teleworking ferm differenti milli konna nikkunsidrawh qabel Marzu li għadda. L-implikazzjonijiet li l-COVID-19 ġab fuq kif il-bniedem jgħix u jaħdem madwar il-globu kollu kienu enormi, tant li eluf kienu kostretti jibdlu djarhom fillant tax-xogħol fost il-miżuri adottati mill-gvernijiet. L-istħarriġ Ewropew f ’April indika kif iċ-ċifri relatati mat-teleworking sa ħames snin ilu kienu li wieħed minn kull ħames ħaddiema fl-Unjoni Ewropea kien jagħmel xi forma ta’ xogħol mid-dar. Dan ifisser li kienu jaħdmu, okkażjonalment jew regolarment, minn xi mkien li hu differenti mill-post tax-xogħol prinċi-

pali tagħhom. Minkejja dan, anke ċ-ċifri f ’pajjiżna jixhdu li sas-sena l-oħra r-rata lokali ta’ persuni jaħdmu b’telework kienet ittriplikat minn dak iż-żmien. Fil-fatt, skont il-Labour Force Survey, fl-2019 kien hawn 29,446 persuna f ’Malta jaħdmu b’dan il-mod, ta’ kuljum jew kultant. Ħames snin ilu dawn kienu jammontaw għal 10,111 jew kważi tliet darbiet inqas. Minn ċifri f ’idejn din il-gazzetta, jirriżulta li l-għadd ta’ ħaddiema bittelework kien qed jiżdied bi ftit mijiet bejn l-2012 u l-2015, iżda qabad ir-ritmu tal-eluf minn hemm ’il quddiem, b’madwar 4,000 ħaddiem iżjed kull sena. Dan ovvjament kien f ’sintonija fiċ-ċirkostanzi li l-ekonomija kienet qiegħda tikber b’rata bla preċedent ukoll. Mill-aħħar stħarriġ ippubblikat minn Eurofound joħroġ li l-Belġju kellu l-akbar ammont ta’ ħaddiema jaħdmu middjar, b’iżjed minn nofs dawk intervistati (52%) qalu li ħadmu b’mod esklussiv mir-residenza tagħhom. Rati għoljin ta’ persuni jaħdmu minn djarhom kienu rreġistrati wkoll fl-Irlanda (47%), l-Italja (47%), Spanja (45%) u Franza (43%). Bl-introduzzjoni tal-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet mill-Gvern Malti sa minn Marzu li għadda, tali ċifri splodew ukoll f ’pajjiżna, għalkemm ma jiġux ikkwotati fl-istħarriġ li sar minn Eurofound f ’Lulju li għadda. Fl-aħħar jiem fl-okkażjoni tal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, is-Segretarju Per-

manenti ewlieni Mario Cutajar qal li bħalissa għaddej ħafna xogħol biex jitfasslu policies u strutturi li jifilħu għax-xejriet ġodda li se jidħlu fis-Servizz Pubbliku fiż-żmien li ġej, fosthom ir-remote working. “L-istrutturi li ħdimna bihom tradizzjonalment mhumiex adekwati biex jifilħu għal qalba ta’ din il-kwalità,” spjega s-Sur Cutajar, waqt li enfasizza li r-remote working mhux biss ċirkostanza li rriżultat mill-imxija tal-COVID-19. Il-ħsieb tal-Gvern Malti dwar ir-remote working kien hemm minn qabel il-pandemija, tant li s-sena li għaddiet tfassal proġett pilota fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma biex ikun hu stess li jeżamina dan il-kunċett. Ir-raġuni għal din id-diversità fix-xogħol permezz tat-telework, kunċett li ma bediex jitħaddem fostna qabel 10 snin ilu u telaq b’mod kajman ħafna, hi taħlita ta’ fatturi. Dawn jinkludu l-affinità tal-pajjiż mat-teknoloġija, id-disponibilità u l-kwalità tal-infrastruttura teknoloġika tiegħu, il-kultura maniġerjali u l-imbottatura għal iżjed produttività fi ħdan in-negozji, u l-ħtiġijiet tal-impjegati għal flessibbiltà biex jibbilanċjaw bejn ix-xogħol u l-impenji fil-familja u responsabbiltajiet personali oħrajn. Illum hu mistenni li ċerti xogħlijiet jirrealizzaw aktar li xorta waħda kienu kapaċi jipproduċu bħalma kienu qabel Marzu li għadda, tant li din il-flessibbiltà tista’ wkoll tibdel il-fiżjonomija ta’ xogħlijiet u l-istrutturi minn fejn joperaw, anke

għax ikunu jeħtieġu inqas spazji. Anzi saħansitra jistgħu ma jkollhom bżonn l-ebda spazju, kemm-il darba x-xogħol jippermetti li jmorru kompletament online, pereżempju. L-impatt sħiħ tal-COVID-19 fuq issuq tax-xogħol madwar id-dinja kollha għad irid ikun magħruf, iżda hi probabbiltà enormi li r-rati tat-telework jiżdiedu kullimkien anke wara din il-burraxka. B’riżultat t’hekk tinbidel ukoll b’mod permanenti r-relazzjoni bejn min iħaddem u l-ħaddiem. Jekk dan hux aħjar wieħed irid jistenna biex jara.

Il-ħsieb tal-Gvern Malti dwar ir-remote working kien hemm minn qabel il-pandemija, tant li s-sena li għaddiet tfassal proġett pilota fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma biex ikun hu stess li jeżamina dan il-kunċett


10

04.10.2020

one.com.mt

TISBIĦ F’16-IL BLOKKA TAL-HOUSING FIR-RABAT AKTAR MINN 130 FAMILJA JIBBENEFIKAW MINN INVESTIMENT TA’ €740,000 Il-Housing Estate tar-Rabat ingħata nifs ġdid permezz ta’ investiment ta’ €740,000 li ssarraf fit-tisbiħ tal-faċċati, manutenzjoni tal-bjut u xogħlijiet fil-partijiet komuni ta’ 16-il blokka ta’ bini tal-Gvern. Dan il-proġett se jtejjeb il-kwalità talħajja ta’ aktar minn 130 familja li jgħixu f ’dawn il-blokok u ta’ dawk li jgħixu f ’din iż-żona, fi kliem il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes. “Għal wisq żmien, il-housing soċjali kien sinonimu mat-telqa. Kif jgħid il-Malti, l-ewwel li tolqot hi l-għajn u għalhekk, bini mitluq mhux biss jirrifletti ħażin fuq il-familji li jgħixu fih, iżda wkoll iwassal għal effetti negattivi fuq in-nies li jgħixu fl-istess żona. Apparti dan l-investiment, għamilna wkoll investimenti oħra f ’dawn il-blokok li, fost l-oħrajn, wasslu għall-installazzjoni ta’ liftijiet ġodda li għamlu dawn il-binjiet aktar aċċessibbli,” tenna l-Ministru waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem waħda mill-blokok. Hu enfasizza wkoll li dawn il-proġetti mistennija mhumiex eżerċizzju superfiċjali u uniċi, anzi huma parti minn katina li b’mod tanġibbli qegħdin jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ eluf ta’ familji. Jirriżulta li matul din is-sena s’issa,

500 familja li jgħixu f ’46 blokka ta’ housing soċjali madwar Malta u Għawdex se jibbenefikaw minn investiment ta’ €2.6 miljun f ’riġenerazzjoni bla preċedent, fejn is-sena l-oħra wkoll intefqu mal-€4 miljun. Is-Sindku tar-Rabat Sandro Craus es-

prima sodisfazzjon li wara 30 sena dawn il-blokok ta’ housing soċjali ngħataw nifs ġdid. “Ix-xogħol li qed isir hu ferm apprezzat mir-residenti u minna bħala Kunsill għax issa qed naraw tisbiħ fl-ambjent ta’ din iż-żona. Ix-xogħol li sar fis-soqfa,

fil-partijiet komuni u issa fuq il-faċċati juru l-impenn ta’ dan il-Gvern biex itejjeb ħajjet ir-residenti,” stqarr Craus, li kellu kliem ta’ tifħir għall-Ministeru, l-Awtorità tad-Djar u l-Housing Maintenance & Embellishment Ltd li wettqu x-xogħlijiet.

MALTI JIĠBOR MAL-€5,500 GĦALL-KARITÀ FL-INGILTERRA B’mixja ta’ 166 kilometru minn Bedford fiċ-ċentru sa Brighton fin-Nofsinhar tal-Ingilterra, il-Malti Godwin Debattista rnexxielu jiġbor aktar minn £5,000 (€5,500) għal organizzazzjoni li taħdem ma’ tfal morda bil-kanċer. Debattista, magħruf bħala “Goddo”, twieled u trabba f ’Malta sakemm kellu 50 sena u sussegwentement emigra lejn l-Ingilterra. Żjara lil missieru fl-Isptar f ’art twelidu fl-2002 wasslet lil Debattista biex jimpressjona ruħu b’tifel żgħir li kien qed jiġi rikoverat kawża tal-kanċer. Bl-esperjenza filantropika tiegħu, inkluż f ’pajjiżna, “Goddo” ddeċieda li jagħmel il-ġid ukoll fl-Ingilterra u għażel li jgħin lill-għaqda Children With Cancer UK, li tagħmel xogħol

Wara l-ewwel ġurnata li ħallietu eżawrit u kontra l-pariri mediċi, Debattista kompla fi triqtu b’determinazzjoni u b’appoġġ ta’ ħafna messaġġi li ntbagħtulu minn ammiraturi tiegħu

kbir mat-tfal vittmi u mal-ġenituri tagħhom. Anke jekk il-mira oriġinali kienet £2,000, il-ġenerożità tal-pubbliku inġenerali

45 siegħa mimlija avventuri, emozzjonijiet u anke problemi ta’ saħħa tant li kellhom jinterkienet ferm iżjed. “The Big Weekend” bejn vjenu l-paramediċi. Wara l-ewis-26 u t-28 ta’ Settembru li wel ġurnata li ħallietu eżawrit għadda ħa lill-Malti f ’mixja ta’ u kontra l-pariri mediċi, Debat-

tista kompla fi triqtu b’determinazzjoni u b’appoġġ ta’ ħafna messaġġi li ntbagħtulu minn ammiraturi tiegħu. Il-mixja waslet fi tmiemha b’mod spettakolari fil-lejl ta’ nhar it-Tlieta li għadda filbelt ta’ Brighton, fejn il-Malti, emozzjonat bis-suċċess tiegħu, spiċċa jaqbeż fil-baħar inġazzat. Hu rringrazzja lil kull min appoġġjah emozzjonalment, minn qraba sa kollegi tax-xogħol, u finanzjarjament permezz tal-kampanja għal din il-kawża ġusta, waqt li wiegħed li se jħares ’il quddiem għal avventura oħra b’risq dawk inqas ixxurtjati. Dawk li jridu jikkontribwixxu għadhom jistgħu jagħmlu dan fuq is-sit elettroniku li twaqqaf apposta – https://www.justgiving.com/fundraising/bedfordtobrightonwalk.


11

04.10.2020

one.com.mt

Qrib il-Kappella ta’ San Mattew fil-Qrendi tħawlu 15-il siġra taż-żebbuġ biex ifakkru l-memorja tal-ħames żgħażagħ mill-Qrendi li fl-1 ta’ Ottubru ta’ 15-il sena ilu tilfu ħajjithom f’inċident tat-traffiku. Dan il-proġett, immexxi minn Parks Malta fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni talKonsumatur bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi, fakkar lil Christian Camilleri, Fabio Magro, Osvaldo Vella, Marco Abdilla u David Sacco, fil-preżenza wkoll ta’ qraba tal-vittmi. Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm il-Ministru Julia Farrugia Portelli flimkien mas-Sindku tal-Qrendi David Schembri u l-kunsillieri tal-lokal.

IL-BIDLA FID-DIREZZJONI TAL-FINANZI PUBBLIĊI KIENET TARKA GĦAL MALTA Mistieden bħala kelliem ewlieni fil-laqgħa straordinarja tal-Ministri għall-Finanzi tal-Istati Membri ż-Żgħar tal-Commonwealth, li trattat il-pandemija COVID-19, il-Ministru Malti Edward Scicluna tenna li għal 35 sena pajjiżna kien kostrett jirrikorri għal self biex jagħmel tajjeb għan-nefqa tal-baġit tiegħu kull sena. Minkejja dan, tali xenarju spiċċa fl-2013 meta l-Partit Laburista tela’ fil-Gvern. Il-Ministru Scicluna tenna l-eżiti pożittivi li esperjenzat Malta fl-aħħar snin, waqt li enfasizza li, grazzi għal dan l-għaqal, mill-2017 biddilna d-defiċit f ’bilanċ u d-dejn nazzjonali niżel għal 43% permezz ta’ żieda fit-tkabbir ekonomiku u b’diversi riformi ekonomiċi. Dan wassal biex il-pandemija ssib pajjiż b’saħħtu. Il-Professur Scicluna, li ilu responsabbli għall-finanzi nazzjonali għal dawn l-aħħar seba’ snin, ikkonkluda li din il-pandemija fl-aħħar mill-aħħar hi kriżi ta’ perjodu qasir u dawk il-pajjiżi li għandhom spazju fiskali, jaffordjaw li jaraw id-dejn tagħhom jiżdied biex jgħinu lill-familji u lin-negozji. Malta hi eżempju tajjeb ta’ dan. Il-laqgħa virtwali laqqgħet flimkien ministri għall-finanzi minn stati żgħar u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, fosthom il-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), u ġiet indirizzata wkoll minn Patricia Scotland, Segretarju Ġenerali

tal-Commonwealth, Dr Manuela Ferro, Viċi President tal-World Bank Group, u Dr Alejandro Werver mill-IMF. Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Edward Scicluna tkellem dwar kwistjonijiet li huma kritiċi u jolqtu b’mod speċjali lill-istati ż-żgħar. “L-istati ż-żgħar huma l-aktar vulnerabbli u l-impatt fuqhom hu l-iktar devastanti, ħafna aktar minn pajjiżi oħrajn. L-istati żgħar jeħtieġu aktar spazju fiskali għall-manuvrabbiltà fi żmien ta’ kriżi esterna għall-ekonomiji tagħhom.” Hawnhekk tkellem dwar l-esperjenza Maltija talaħħar snin. “Għal 35 sena, Malta kienet kostretta li tissodisfa n-nefqa tal-baġit ta’ kull sena billi tirrikorri għal self. Dan ikkontribwixxa għal piż ta’ dejn li jaqbeż is-70% tal-Prodott Domestiku Gross.” Matul il-laqgħa, il-ministri għall-finanzi u xi prim ministri, iddiskutew il-ħtieġa ta’ ħelsien mid-dejn u aċċess aħjar għall-finanzi li huma meħtieġa biex jiġu indirizzati l-effetti li qed tħalli l-pandemija COVID-19. Il-punti li ġew diskussa matul din il-laqgħa se jinġabru f ’rapport biex jiġu mfasslin strateġiji li jitressqu fil-laqgħa tal-Ministri għall-Finanzi tal-Commonwealth fis-7 ta’ Ottubru u fil-laqgħat tal-G20 u tal-COOP 26 li se jsiru aktar tard dan ix-xahar.


12

04.10.2020

one.com.mt

L-GĦALLIEMA U L-ISTUDENTI, LURA F’POSTHOM UKOLL

Alison Zerafa Civelli Sindku ta’ Bormla u Edukatriċi

Se tibgħathom skola t-tfal? L-għalliema deħlin lura x-xogħol? U jekk online kif se nagħmel? Smajna diversi opinjonijiet u polemiċi; min jixtieq li

jiftħu l-iskejjel u min le. Min irid ikompli għaddej bil-ħajja ta’ kuljum u min għadu mbeżża’ minn din il-pandemija li ħakmet u ħasdet id-dinja. Ħafna, bir-raġun, jistaqsu jekk id-deċiżjoni li l-għalliema u l-istudenti jerġgħu javviċinaw in-normalità kienet waħda f ’lokha u għaqlija. Li hu żgur huwa li filwaqt li ersaqna lura għan-normalità, żammejna f ’moħħna li din hi normalità differenti - normalità li fiha rridu nżommu f ’moħħna li għandna nibqgħu nieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji - fuq il-post tax-xogħol, f ’postijiet pubbliċi u issa anki fl-iskejjel Maltin. “Aħsel Idejk Sew”, “Ilbes il-Maskra” u “Żomm id-Dis-

TIFKIRA

SUSAN MULVANEY Bħal nhar l-Erbgħa tliet snin ilu, fis-7 ta’ Ottubru 2017, il-Mulej għoġbu jsejjaħ għal għandu lil Susan Mulvaney, eks ġurnalista ta’ L-Orizzont u producer u preżentatriċi għal ħafna snin ta’ programmi edukattivi fuq l-RTK, Radju Malta u t-TVM. Jibqgħu jiftakruha b’għożża kbira żewġha Charles Sacco, uliedhom Marika u żewġha Marcel Gatt u binthom Klara, u Daniela u żewġha Robert Camilleri u binthom Maya, kif ukoll ħutha James u Lily, Isabella u Jimmy Vella, u r-romol ta’ ħutha Richard (Carmen),

George (Lourdes) u Mary Rose (John Spiteri) u l-familji tagħhom, kif ukoll qraba oħra u ħbieb, fosthom l-għadd kbir ta’ eks kontributuri, kollaboraturi u semmiegħa tal-programmi tagħha.

Agħtiha Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem

tanza”… Għaliex issa wliedna sabiex nassiguraw edukazzjoni l-għalliema riedu jidħlu lura għax-xogħol? Dażgur. Jien għalwkoll daħlu lura fin-normalità f ’ambjent nadif u sikur. Sa minn Frar li għadda liema, edukatriċi u omm. Ridt tal-ħajja ġdida hekk kif inhu sewwa u xieraq. Tliet azzjonijiet l-Gvern Malti ħa ħsieb li jtaffi nidħol lura l-iskola, hekk kif li daħlu fl-imħuħ tagħna lkoll u li t-tbatija tal-poplu tiegħu; ħaseb għamilt tul ħajti kollha. Irrid wisq probabbli se jibqgħu ttim- f ’kulħadd – fil-familji, fil-ħaddi- ukoll li binti tidħol lura l-iskobrati tul ħajjitna kollha. L-ilma, ema, fin-negozji u fl-ekonomija la biex tkompli titgħallem u is-sanitizer u l-maskra se tkun fost oqsma oħra. Iżda dan ma tikber bl-aħjar mod. Tkompli in-norma fil-ħajja tat-tfal tagħna. waqqafx lill-Gvern milli jkom- tikber u tiskopri u fuq kollox f ’ħajjitna u titgħallem tieħu ħsieb tagħha Issa, it-tfal iż-żgħar minbarra xi pli jinvesti nnifisha. Titgħallem dak kolġugarell jew tablet f ’idejhom se lu li hu neċessarju sabiex tgħix jkollhom ukoll iġorru l-maskra u ħajja komda. Dan ukoll nixtis-santizer. equ lill-istudenti tiegħi. U għalL-opinjoni tiegħi hi allura Aħsel Idejk hekk nappella lill-istudenti mibnija fuq dan l-isfond. Sew”, “Ilbes biex jattendu bi ħġarhom Naqblu lkoll li x-xhur l-iskola tagħhom. Nappella passati kienu ta’ ansjetà il-Maskra” u “Żomm fuq kollox lill-ġenituri biex u biża’ fejn ħafna minna id-Distanza”… Għaliex hekk kif fdaw dejjem lil baqgħu magħluqin fi djarna u ħruġ mill-inqas għax issa wliedna wkoll daħlu uliedhom f ’idejn l-għalliema sa mill-età tenera, hekk hekk kien il-bżonn. Ħadd lura fin-normalità għandhom ikomplu jagħmlu. ma kien ċert x’jaf isarraf il-COVID-19; mostru li tal-ħajja ġdida hekk Issa se nkunu aħna l-għalliema li se nimxu fuq l-eżempju talwaqqaf id-dinja u l-ħajja ta’ kif inhu sewwa u front liners Maltin, tat-tobba, kuljum. Però llum nafu wkoll, in-nurses, il-pulizija, u nagħmxieraq anke jekk bejn wieħed u ieħor, lu ħilitna kollha biex inkompmin hu dan il-mostru, x’jaf f ’ħajjet u l i e d n a lu bin-normalità, nieħdu ħsieb jagħmel u sa fejn jista’ jasal. Quddiem dan kollu, għaliex miljuni ta’ ewro issa ġew it-tfal u nagħmlu dak li jkun il-premessa tibqa’ li post l-istu- investiti fl-iskejjel u fl-eduka- hemm bżonn bil-prekawzjonijidenti huwa l-iskola, mal-ħbieb u zzjoni ukoll. Ħafna, bir-raġun, et neċessarji. X’hemm isbaħ milli nkomplu mal-għalliema. Dan seta’ jseħħ jistaqsu min jaf kemm ġie jiswa ġaladarba l-Gvern impenja ruħu dak il-materjal kollu li tqassam ngħixu ħajja trankwilla, immorsabiex l-iskejjel ikunu preparati fl-iskejjel sabiex uliedna jkunu ru għax-xogħol u t-tfal imorru sa snienhom, armati b’kull riżors protetti fl-iskejjel tagħna! Il- l-iskola? X’hemm isbaħ milli neċessarju biex jilqa’ u jbiegħed Gvern u l-awtoritajiet ħasbu naraw lid-dinja tkompli mixja ’l il-virus, hekk kif suldat f ’ar- f ’kull dettall u f ’kull eventwal- quddiem? Il-ħajja tkompli... Aħsel idejk, mata jkun armat meta jiġġieled ità. Ma nkunx qed nesaġera jekk lill-għadu tiegħu. Kien għalhekk ngħid li meta nħarsu lejn pajjiżi ilbes il-maskra u żomm id-disli saru interventi kurrikulari, barranin, lejn dak li qed jgħidu tanza. U min jaf forsi fi żmien qasir ħinijiet imqassma tad-dħul u popli oħra u minn xiex inhuħruġ, tqassmu posters u tabelli ma għaddejjin, il-poplu Malti COVID-19 ikun passat. Nieħu l-opportunità biex informattivi, isolation rooms, għandu jkun grat mhux ftit; security officers fl-iskejjel, ġew aħna kellna min jieħu ħsiebna sa nawgura sena skolastika tajba lill-istudenti kollha, lill-għalliemaħluqa l-famużi bubbles u fuq mill-bidu nett tal-pandemija. Lura għat-tema... Imma ma u lill-ġenituri. kollox tispikka l-indafa fl-iskejjel


13

04.10.2020

one.com.mt

GVERN LI JAĦSEB F’KULĦADD

Silvio Schembri Ministru

Kienet ġimgħa impenjattiva. Minn investituri li għażlu lil Malta sabiex joperaw u jespandu, sa negozji Għawdxin fix-Xlendi li lanqas ilħaqna rfisna fuq l-għatba tagħhom li ma qalulniex grazzi għall-miżuri li ħadna, fosthom l-inizjattiva tal-€100 voucher, salbdiewa bieżla tagħna li rajna li ngħinuhom biex jegħlbu l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija. L-impenn ewlieni tagħna jibqa’ dejjem is-sostenn tal-ħaddiema u negozji tagħna, irrispettivament miċ-ċirkostanzi. Dan għamilnieh fit-tajjeb u fi żmien ta’ sfida, kif urejna matul dawn l-aħħar xhur u kif beħsiebna nkomplu. Bħall-inizjattivi tar-rifużjoni tal-kontijiet tal-elettriku u tal-kera li ħaffu sostanzjalment il-piż minn fuq in-negozji tagħna u assiguraw

li jkunu jistgħu jkomplu bl-attività tagħhom. Kif ukoll, l-inizjattiva tal-Covid Wage Supplement li salvat 100,000 impjieg. F’pajjiżi ħafna ikbar, rajna bosta negozji jfallu u jagħlqu l-bibien tagħhom. Din kienet sitwazzjoni li għamilna minn kollox biex nevitaw. Ridna li l-ekonomija ddur għal kulħadd. Dan kien il-qofol tas-suċċess tal-inizjattiva tal-€100 voucher, li permezz tagħha rajna n-negozji tagħna jibqgħu għaddejjin bl-operat tagħhom matul dawn ix-xhur. Sal-bidu ta’ Settembru, 206,876 voucher intużaw fi ħwienet, lukandi, ristoranti u akkomodazzjoni f ’Għawdex. Ammont li ssarraf f ’injezzjoni ekonomika ta’ €5.2 miljun, li tinkludi wkoll l-effett multiplu għall-ekonomija Għawdxija. Suċċess li għadd ta’ sidien ta’ ristoranti esprimew hekk kif kellhom kliem ta’ tifħir għall-inizjattiva li għenithom biex jibqgħu għaddejjin bl-operat tagħhom fix-xhur tas-sajf. L-inizjattiva tal-vouchers mhux biss assigurat li r-rota tibqa’ ddur, iżda serviet ta’ mezz kif il-familji tagħna setgħu jgawdu ħin ta’ kwalità matul is-sajf wara tant ġimgħat ta’ qtigħ il-qalb. Dan kollu sewa biex instigajna sens t’entużjażmu u ċertezza fiċ-ċittadini tagħna u għal darb’oħra kkonfermajna li bħala Gvern m’aħniex biss baħrin

tal-bnazzi, imma lesti nsostnu lil kulħadd, mill-kbir saż-żgħir, kemm fit-tajjeb u iktar u iktar f ’mumenti ta’ sfida. Fl-eqqel ta’ pandemija, negozji barranin raw f ’pajjiżna l-opportunità li jistabbilixxu l-operat tagħhom. Bħal Trust Stamp li hija kumpanija Amerikana li tispeċjalizza fil-qasam diġitali. Ricentement bdiet topera f ’pajjiżna u qiegħda tħaddem 26 ħaddiem. Fl-isfond li ħaddieħor jistħi jgħid li hu Malti, ħadt gost nisma’ l-Kap Eżekuttiv Gareth Genner ifaħħar lil Malta u dak kollu li toffri. Il-Kap Eżekuttiv Gareth Genner saħaq li l-inċentivi u l-appoġġ li toffri Malta ppermettew lill-kumpanija tiegħu tibni c-Ċentru ta’ Riċerka u Żvilupp tagħha bbażat f ’pajjiżna. Huwa ta’ sodisfazzjon li tara l-impenn ta’ kumpaniji bħal Trust Stamp lejn pajjiżna tant li saħansitra l-istess kumpanija toffri taħriġ intensiv lill-istudenti fl-intelliġenza artifiċjali, kif ukoll opportunitajiet t’impjiegi bħala parti mill-impenn tagħha li tiżviluppa l-ħiliet ta’ persuni b’edukazzjoni għolja, fit-teknoloġija, li fl-aħħar mill-aħħar huma ta’ benefiċċju għall-ekonomija usa’ ta’ Malta. Għalhekk, rajna li ngħinu kumpaniji ġodda kemm lokali u internazzjonali interessati li joperaw f ’pajjiżna. Permezz tal-iniz-

jattiva Start-Up Finance 2020 imnedija mill-Malta Enterprise, kumpaniji start-ups se jingħataw €200,000 biex itaffulhom il-piżijiet u l-ispejjeż finanzjarji. Fl-istess waqt dan l-ammont jista’ jitla’ għal €400,000 meta l-intrapriża tkun waħda innovattiva. Dan jgħin biex pajjiżna jibqa’ kompettittiv, u biex ikun l-għażla fost l-investituri biex b’hekk niġġeneraw iżjed impjiegi. Lil hinn min-negozji ma nistgħux ninsew lill-bdiewa u r-raħħala tagħna, li minkejja s-sitwazzjoni xejn feliċi baqgħu għaddejjin b’ħidmiethom. Għal dan il-għan allokajna baġit ta’ €4 miljun għallbdiewa u r-raħħala tagħna bħala parti mill-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna. Bħal ħafna setturi oħra l-agrikoltura sofriet ċirkostanzi li kkawżaw telf sostanzjali minħabba t-tnaqqis fid-domanda għall-prodotti talikel, li rriżultat mill-għeluq tas-settur turistiku internazzjonali flimkien ma’ servizzi bħal-lukandi u r-ristoranti. Aħna ċerti li l-bdiewa tagħna jafu wkoll li bħala gvern se nkunu ta’ spalla magħhom f ’kull sitwazzjoni li tista’ tinqala’. Dan huwa gvern li jaħseb f ’kulħadd, f ’kull każ u ċirkostanza u għal darb’oħra anke fil-Baġit li ġej flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela rajna li niddiskutu mal-imsieħba soċjali kollha

biex inkunu nistgħu nniedu aktar miżuri li mhux biss jaħsbu għas-sostenibilità ekonomika ta’ pajjiżna, iżda li fuq kollox jaħsbu għas-sostenn tal-ħaddiema, in-negozji u fuq kollox il-familji tagħna. Kif jgħid il-Malti “Xemx u xita Alla jaf meta”, iżda kif dejjem konna ta’ spalla f ’dawn l-aħħar snin hekk ukoll beħsiebna nimxu ’l quddiem, kemm fil-bnazzi kif ukoll fil-maltemp biex flimkien nfasslu Baġit għal ekonomija sostenibbli.

Suċċess li għadd ta’ sidien ta’ ristoranti esprimew hekk kif kellhom kliem ta’ tifħir għallinizjattiva li għenithom biex jibqgħu għaddejjin bl-operat tagħhom fix-xhur tas-sajf

MA NIĊĦDEK QATT

Romilda B. Zarb Kandidata

Le le ma niċħdek qatt ja art twelidi, Kull fejn immur niftaħar bil-ħelsien, U jekk xi ħadd ikasbrek isib lili, Difiża nkun għalik għax Malti jien... Min jaf kemm smajnieha … tiftakruh lil Ray Azzopardi … minn “Warda Kanta” fuq kliem ta’ Carmen Dimech u mużika ta’ Carmelo Zammit kantata mill-ġuvnott ta’ 14-il sena Dorian Micallef. Kliem li jġiegħlek taħseb, paragrafu li rajnieh idur mhux ftit fuq il-midja soċjali wara dikjarazzjoni mhux f ’lokha magħmula minn

Bernard Grech, speċjalment meta tikkunsidra li ntqalet mill-kandidat għat-tmexxija tal- Partit Nazzjonalista li qed jaspira li jkun Prim Ministru ta’ dan il-pajjiż! Bernard Grech jgħid b’mod apert li meta jkun imsiefer u jistaqsuh mil-liema pajjiż hu, minħabba l-kunjom tiegħu li huwa Grech, jgħidilhom li hu mill-Greċja u jenfasizza li faċli jitwemmen. Huwa jkompli jistqarr b’mod apert fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista li “mhux ċajta, veru hekk nagħmel, għax nistħi ngħid li jien Malti!” Ma ridtx nemmen lil widnejja b’dak li kont qiegħda nisma’ … Il-kandidat li qed jaspira li fil-futur ikun il-Prim Ministru ta’ Malta jistħi jgħid li hu Malti!!! Sfortunatament din tfakkarni fi stqarrija li saret minn Eks Prim Ministru ta’ pajjiżna, meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern! Sewwa jgħidu li l-lupu jbiddel sufu u mhux għemilu … Immorru lura fis-snin, Lawrence Gonzi Prim Ministru f ’dak il-perjodu u kkwotat snin wara minn Simon Busuttil li kien kap tal-PN “li mal-Partit Nazzjo-

nialista tkun kburi li int Malti waqt li mal-Labour tispiċċa tistħi li int Malti!” Qatt … Ma nasal qatt nistħi ngħid li jiena Maltija … ma nasal qatt niċħad lil art twelidi. Meta qiegħda nikteb dan l-artiklu għadha għaddejja l-elezzjoni għallKap tal-Partit Nazzjonalista u għaldaqstant mhux ser inkun naf x’inhu r-riżultat. Li żgur naf hu, li m’għandna qatt nikkundizzjonaw fuq liema bażi niddeċiedu jekk aħniex kburin jew le. Ma teżistix it-triq tan-nofs, teżisti biss jekk intix kburi jew le! Nasal li ma naqbilx fuq għemil ta’ persuna iżda ma nasal qatt li niċħad lil art twelidi. Jiena kburija li jiena Maltija, kburija li jiena Sindku f ’isem il-partit Laburista li qiegħda hemm biex ngħin liċ-ċittadini u kburija li matul dawn ix-xhur mill-ewwel ġurnata li jiena ġejt ikkonfermata bħala Sindku bdejt ħidma kontinwa viċin ir-residenti biex nifhem il-ħtiġijiet tagħhom. Bla dubju l-professjoni tiegħi ta’ spiżjara għallmitni li nħoss ilweġġħat, għallmitni biex inkun

viċin in-nies u dawn l-istess esperjenzi komplew jgħinuni biex ma ninsa’ qatt għalfejn aħna ġejna mogħtija din il-pożizzjoni mislufa. Pożizzjoni li ġiet fdata lili biex inwettaq id-differenza. Wasalna? Le, iżda nemmen li mexjin f ’direzzjoni li dejjem inkunu aktar viċin in-nies. Importanti li qatt ma ninsew minn fejn tlaqna u qatt ma ninsew għalfejn qegħdin fil-politika! Għalhekk, għażilt il-pass li jmiss fil-mixja tiegħi, dik li nkun kandidata għall-Elezzjoni Ġenerali fuq il-11-il distrett għax nemmen li nista’ noffri aktar ħidma! Nagħżel il-Partit Laburista għax huwa l-partit li minn dejjem saħaq li m’għandna qatt niċħdu pajjiżna. Dan kien ukoll jisħaq fuqu l-Perit Duminku Mintoff. Tiftakruh dan żgur! Jiena m’għextx dak iż-żmien iżda l-istorja dejjem enfasizzat il-frażi “Malta l-ewwel u qabel kollox” anki s-sena l-oħra għall-elezzjoni tal-Kunsilli “Malta f ’Qalbna”. Jiena nagħżel il-Partit Laburista għax nemmen fir-ruħ soċjali, nemmen li aħna l-politiċi għandna nkunu hemm

biex noffru iżjed opportunitajiet u biex inkunu viċin il-poplu speċjalment għal min hu fil-bżonn … għall-minoranzi! Fuq kollox nagħżel lill-Partit Laburista għax huwa l-partit li dejjem jagħżel lil Malta!

Sfortunatament din tfakkarni fi stqarrija li saret minn Eks Prim Ministru ta’ pajjiżna, meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern! Sewwa jgħidu li l-lupu jbiddel sufu u mhux għemilu


14

04.10.2020

TISWIJIET FUQ IL-BREAKWATER FOST INVESTIMENTI MILJUNARJI FIL-PORT

one.com.mt

Xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tiswija fuq inbdew fix-xhur li għaddew b’investimen minn numru ta’ proġetti oħrajn li qed isiru Il-breakwater, li hu maqsum f’żewġ par u l-oħra ta’ 120 metru, inbena fl-1910 u tu ementi ħallew l-effetti tagħhom fejn qalgħ ju li aktar ġebel jittiekel u l-ħsarat li jsiru m Infrastructure Malta bdiet tibdel l-ele xogħol ieħor ta’ manutenzjoni u restaw kostali importanti. Fost ix-xogħlijiet fuq il-breakwater, tim oħrajn ġabru l-ġebel oriġinali li kien waq is-snin. Dawn ġew imnaddfa u spezzjonat tpoġġa f’postu mat-tarf tal-breakwater, fi simili minn barriera fi Trani, Puglia biex jie er. Għaddej ukoll xogħol ta’ tiswija fuq iċta’ tbajja’ tal-qatran u materja oħra. Ix-xogħol jinkludi wkoll manutenzjoni naħa tal-breakwater ta’ Sant’Iermu mal-B fl-1910, iżda tkisser minn bastimenti Talja jija. Tmien snin ilu nbena pont simili fl-is dejja tiswija u xogħol ta’ żebgħa ġdida fuq dil ta’ partijiet tal-gverta tal-injam li fihom poġġamani ġodda u sistema u konnessjo Waqt żjara fuq il-post din il-ġimgħa, il-M il-proġett hu essenzjali hekk kif din l-infra ment kruċjali għall-Port il-Kbir, li mhux bis


15

04.10.2020

one.com.mt

il-breakwater fil-Port il-Kbir nt ta’ €1 miljun bħala parti u minn Infrastructure Malta. artijiet, waħda ta’ 370 metru ul il-110 snin li għaddew l-elħu numru ta’ knatan, b’riskma jkunux jistgħu jissewwew. ementi nieqsa flimkien ma’ wr fuq din l-infrastruttura

m ta’ għaddasa u ħaddiema qa’ fil-baħar tal-madwar tul ti, u dak li seta’ jerġa’ jintuża filwaqt li ġie impurtat ġebel eħu post dak li kien imkiss-ċangaturi tal-gverta u tindif

fuq il-pont li jgħaqqad inBelt. Dan il-pont kien jeżisti ani waqt it-Tieni Gwerra Dinstess post u bħalissa għadq l-istruttura tal-ħadid u tibm il-ħsara. Se jiġu mwaħħla onijiet tad-dawl aħjar. Ministru Ian Borg qal li “dan astruttura marittima hi eless hu ġawhra mimlija storja

u wirt, iżda hu sors importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Infakkar, iżda, li l-impenn tagħna favur infrastruttura marittima aħjar ma jibdiex u jieqaf ma’ dan il-breakwater, iżda jifrex tul il-kosta marittima tagħna.” Il-Ministru rrefera għal numru ta’ proġetti oħra ppjanati għażżmien li ġej, fosthom l-investiment ta’ €49.9 miljun li se jnaqqas 90% tat-tniġġis fl-arja kawża ta’ cruise liners, bl-isem ta’ Grand Harbour Clean Air Project. Bis-saħħa tiegħu, bastimenti tal-passiġġieri u bastimenti oħrajn kbar, ikunu jistgħu jitfu l-magni tagħhom li jaħdmu bil-gass jew bil-heavy fuel oil u minflok iqabbdu mas-sistema għall-provvista tal-elettriku li se jkun hemm fuq ix-xatt biex iħaddmu l-bqija tal-makkinarju għas-servizzi kollha li jkun hemm bżonn. Sal-lum hawn biss żewġ portijiet oħrajn fl-Ewropa li jipprovdu dan is-servizz. Dan il-proġett hu biss kwart tal-investiment li Infrastructure Malta qed tippjana li twettaq fil-Port il-Kbir fis-snin li ġejjin u li flimkien ilaħħaq investiment ta’ madwar €150 miljun oħra biex tkompli ttejjeb l-attività kummerċjali fil-Port prinċipali. Il-Ministru Borg semma proġetti oħrajn bħar-rikostruzzjoni ta’ Sally Port fil-Birgu u t-titjib ta’ Deep Water Quay, Pinto Wharf, Lascaris Wharf u Fuel Wharf. Sadanittant hu semma numru ta’ proġetti li għaddejjin bħalissa, fosthom il-Breakwater fil-Qrejten u l-proġett fuq il-puntuni tal-irmiġġi f’Tal-Magħluq f’Marsaxlokk, il-proġett tal-Menqa fl-Imġarr, Għawdex, il-faċilitajiet għas-servizz tat-trasport bil-baħar f’Tas-Sliema u f’Bormla, u l-manutenzjoni u bini mill-ġdid ta’ diversi pontijiet u mollijiet f’Marsaskala, Imġarr ix-Xini, il-Balluta u ċ-Ċirkewwa.


16

04.10.2020

one.com.mt

QAFAS LEGALI GĦAL AKTAR SIGURTÀ ONLINE

Alex Agius Saliba Membru Parlamentari Ewropew

Lejn tmiem is-sena li għaddiet ġiet maħtura Kummissjoni Ewropea ġdida taħt it-tmexxija tal-President Ursula von der Leyen, Kummissjoni li għandha mandat ċar b’sitt prijoritajiet ċari li ser jiggwidawha fil-ħidma tagħha sal-2024. Waħda minn dawn il-prijoritajiet ewlenin hija li jkollna Ewropa lesta u li tkun reżiljenti għall-era diġitali, fost oħrajn billi ssaħħaħ is-sovranità diġitali u testabbilixxi qafas bi standards sodi minflok issegwi dawk ta’ kontinenti oħra madwar id-dinja. Din hija mira ferm importanti għaliex il-Kummissjoni qed taspira li tagħti liċ-ċit-

tadini tal-Unjoni Ewropea aktar valur miżjud mit-teknoloġija li nużaw ta’ kuljum, u biex it-teknoloġija verament tkun qed taqdina u ċ-ċittadini jkollhom fiduċja fiha, irridu niżguraw li jingħata livell għoli ta’ sigurtà online. Illum il-ġurnata ngħixu f ’dinja fejn is-servizzi u l-pjattaformi diġitali huma essenzjali fil-ħajja soċjali u ekonomika tagħna. Biżżejjed wieħed iħares lura ftit tax-xhur ilu u jinduna kemm l-industrija diġitali hija s-sinsla tal-ekonomija llum. Kieku mingħajr il-pjattaformi diġitali, mingħajr il-possibbiltà li nordnaw prodotti online, u mingħajr il-possibilità li negozji jkomplu joperaw online, il-konsegwenzi tal-pandemija COVID-19 kienu jkunu ferm akbar. Allaħares ma kinux dawn is-servizzi biex setgħu jiġu ffaċilitati l-iskambji soċjali u kummerċjali ta’ oġġetti, servizzi u informazzjoni tant bżonjużi. Illum wieħed jista’ jazzarda jgħid li s-servizzi diġitali saru l-metodu konvenzjonali u l-aktar użati, u li hu żgur hu, li l-importanza tagħhom ser

tkompli tikber ferm aktar fissnin li ġejjin. Però, sfortunatament il-qafas regolatorju tal-Unjoni Ewropea f ’dan il-qasam għadu antikwat u baqa’ ma ġiex aġġornat għaż-żminjiet u r-realtajiet tal-lum. Għaldaqstant, salaħħar tas-sena, il-Kummissjoni Ewropea ser tkun qed tadotta pakkett bi proposti leġiżlattivi li ser jifformaw l-Att dwar isServizzi Diġitali, li ser ikun qed joffri qafas legali tant meħtieġ u li ser iġib lill-Unjoni Ewropea fis-seklu 21. Il-liġijiet Ewropej li għandna fis-seħħ tant huma antiki, li pjattaformi li nużaw ta’ kuljum, bħal Google u Amazon kienu għadhom jibdew, jew inkella oħrajn bħall-Facebook, Instagram, Airbnb u AliExpress kienu għadhom ma jeżistux. Dawn il-pjattaformi u bosta oħrajn simili tagħhom bidlu l-istil tal-ħajja u ħolqu dinja diġitali li lkoll kemm aħna tant sirna dipendenti minnha. Għalhekk huwa importanti li jkollna liġijiet aġġornati, ċari u li jagħtu protezzjoni xierqa kemm lilna ċ-ċittadini bħala konsumaturi kif ukoll lill-kumpaniji li joper-

aw jew joffru servizzi fl-Unjoni Ewropea. Ftit tax-xhur wara li ġejt elett fil-Parlament Ewropew kelli l-unur li ġejt fdat bir-responsabbiltà li nkun ir-rapporteur ta’ dan il-fajl daqstant importanti għall-futur tal-Ewropa. Wara xhur ta’ negozjati u xogħol intensiv, aktar minn elf proposta għal emendi u għexieren ta’ paġni bi proposti biex jinstab kompromess bejn il-bosta pożizzjonijiet diverġenti mill-gruppi politiċi tal-Parlament, din il-ġimgħa kelli s-sodisfazzjon li r-rapport li ħejjejt jien ġie approvat b’vot qawwi ħafna fil-Kumitat għasSuq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, u issa baqa’ biss li jiġi approvat fil-Plenarja tal-Parlament lejn tmiem dan ix-xahar. Dan ir-rapport huwa maħsub biex jagħti lill-Kummissjoni Ewropea bażi soda fuq xiex taħdem meta ser tiġi biex tressaq il-proposti tagħha lejn tmiem is-sena, għaliex jinkludi talbiet ċari li l-Parlament Ewropew ser ikun qed jagħti importanza fin-negozjati ta’ din il-leġiżlazzjoni. Il-prinċipju

bażiku li ressaqt ’il quddiem sa mill-ewwel ġurnata kien li dak li hu illegali fil-ħwienet, għandu jkun illegali online ukoll. Hekk biss nistgħu nibdew biex nassiguraw li l-utenti tas-servizzi u l-konsumaturi huma protetti minn kull abbuż. Ir-rapport jagħti importanza kbira lill-fatt li kull regola li tapplika għal kumpaniji bbażati fl-Unjoni Ewropea, għandha tapplika wkoll għal oħrajn li mhumiex, inkella jkollna liġijiet ineffettivi u bla snien. Fid-dinja diġitali ma jeżistux fruntieri u għaldaqstant liġijiet b’saħħithom huma pertinenti biex inwaqqfu prattiċi abbużivi, manipulattivi u diskriminatorji li jistgħu jiġu prattikati barra mill-Unjoni. Inħares ’il quddiem biex dan ir-rapport jiġi approvat fil-Plenarja matul dan ix-xahar, u aktar minn hekk, biex nara li l-Unjoni Ewropea jkollha liġijiet b’saħħithom f ’dan is-settur li ser ikunu kapaċi jindirizzaw nuqqasijiet attwali u sfidi li għad irridu naffaċċjaw fil-futur, sabiex fl-aħħar mill-aħħar inkomplu nsawru l-futur diġitali tal-Unjoni Ewropea.

INŻOMMU L-WEGĦDA TAGĦNA LI NTEJBU L-ĦAJJA TAL-ANZJANI SERVIZZ TA’ TRASPORT B’XEJN GĦALL-ANZJANI F’IŻJED LOKALITAJIET

Silvio Parnis Segretarju Parlamentari

Hekk kif ħadt il-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità kont tajt kelmti li rrid inkompli ntejjeb il-ħajja tal-anzjani tagħna fil-komunità. Din il-wegħda qiegħed inżommha. Pass ieħor li s-Segretarjat

kompla jagħmel ’il quddiem huwa dak li sar fil-jiem li għaddew, fejn estendejna s-servizz ta’ trasport b’xejn għall-anzjani f ’aktar lokalitajiet. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tipprovdi servizz ta’ trasport lokali b’xejn lil persuni anzjani f ’diversi lokalitajiet sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-qadi tagħhom firraħal jew belt fejn joqogħdu. Numru ta’ anzjani, kif ukoll il-qraba tagħhom, kellmuni dwar kif ċerti anzjani jsibuha diffiċli biex mid-dar tagħhom ikollhom imorru bil-mixi biex jagħmlu xi qadi fil-lokalità tagħhom stess, fosthom biex imorru l-bank, iċ-Ċentru tasSaħħa, biex jixtru, sal-Kunsill Lokali, kif ukoll xi qadi ieħor. Hemm min li minħabba

ċirkostanzi differenti jew jibqa’ f ’daru jew ikollu jistenna lil xi ħadd biex iwasslu. Nafu li dan mhux dejjem ikun possibbli u għalhekk ikun hemm każijiet fejn dak l-anzjan u dik l-anzjana jibqgħu d-dar jistennew biex ikunu moqdija. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità diġà bdiet toffri dan is-servizz fil-Baħrija, f ’Burmarrad, fil-Gżira, f ’Ħal Safi, fil-Mosta, fl-Imsida, fl-Imtarfa, fir-Rabat, f ’Ta’ Xbiex u fiż-Żurrieq. L-anzjani f ’dawn il-lokalitajiet sabu dan isservizz utli ħafna tant li hemm talba ta’ madwar 500 telefonata fix-xahar minn anzjani sabiex jagħmlu użu minn dan isservizz. Kien għalhekk li ħassejna li kien wasal iż-żmien li mhux

biss intejbu s-servizz eżistenti, imma li nżidu aktar lokalitajiet. Għaldaqstant fil-jiem li għaddew ħabbart li mis-7 ta’ Settembru li għadda dan is-servizz ġie estiż ukoll għar-residenti anzjani li joqogħdu l-Imġarr, Ħad-Dingli, tal-Pietà, il-Gudja, Raħal Ġdid, il-Fgura, Ħal Tarxien u Santa Luċija. B’hekk b’kollox se jkun qed jiġi pprovdut servizz ta’ trasport b’xejn fi 18-il lokalità differenti. Iżda mhux se nieqfu hawn. Bdejna naħdmu biex dan isservizz jiġi estiż fuq skala nazzjonali, li jfisser li kull lokalità f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex ikun hawn trasport b’xejn għall-anzjani ’l fuq minn 60 sena. Barra minn hekk, għaddej proċess ta’ sejħa għall-offerti sabiex għal dan is-servizz

jintużaw vetturi li jaħdmu bl-elettriku u li huma aċċessibbli wkoll għal anzjani b’diżabilità. Dan is-servizz ta’ trasport b’xejn jopera mit-Tnejn salĠimgħa, mis-7:00am sas2:00pm. Għaldaqstant kull min hu interessat li jibbenefika minn dan is-servizz jeħtieġ li jibbukkja mhux aktar tard minn jumejn qabel fuq in-numri 159 jew 21695544. Il-ħinijiet taċ-ċentru tat-telefonati huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis7:00am sas-2:00pm. Jien ninsab kunfidenti li l-anzjani, mhux biss se jkomplu jagħmlu użu minn dan it-trasport, imma ċert li japprezzaw il-fatt li se nkompli naħdem biex intejjeb il-ħajja tal-anzjani u persuni b’diżabilità.


17

04.10.2020

one.com.mt

FUQ IN-NAĦA T-TAJBA TAL-ISTORJA

Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Dan il-Partit Laburista kemm meta nħares lura lejn l-istorja tiegħu, kemm meta nħares lejn il-preżent, kif ukoll meta nipproġettah fil-futur, jirnexxilu jqanqal fija eċitament u ħeġġa. Dan il-partit li twieled għall-ħaddiema, kien il-partit li jirrappreżenta lill-maġġoranza tal-poplu imma din il-maġġoranza ma kellhiex vot dawk iż-żminijiet. Kien partit li twieled fl-1920 ikkundannat sabiex ma jirbaħx elezzjoni. Kien il-partit li xpruna b’kuraġġ u bi kburija l-ilsien Malti. Kien il-partit li emmen f ’soċjetà ġusta, fl-għajnuna mill-Istat lill-batut u lill-fqir, fuq l-importanza tal-edukazzjoni sabiex dan il-pajjiż ikun denju li jiżviluppa, meta l-uniku riżors naturali li għandu huwa r-riżors uman. Dejjem infakkru li bl-impenn talPL, wara l-gwerra ngħata l-vot lin-nisa. Fil-fatt kien ingħata l-vot lill-irġiel ukoll għax qabel il-gwerra ftit kienu dawk l-irġiel li kellhom dritt tal-vot. Fl1947 ingħata d-dritt tal-vot lil kulħadd, nisa u rġiel, fqar u għonja li kellhom 21 sena ’l fuq. Kburija b’dan il-partit li kull meta kien fil-gvern għaraf li jgħolli d-dinjità u l-kwalità tal-ħajja tal-fqir, ta’ min jiflaħ l-inqas u ħoloq f ’pajjiżna l-middle class bis-saħħa ta’ miżuri soċjali katalisti, ambizzjużi u kuraġġużi. Saħaq għal tagħlim b’xejn sa livell terzjarju, għal saħħa b’xejn għal kulħadd, għad-dritt li kulħadd ikollu saqaf fuq rasu, għad-dritt tax-xogħol, għad-dritt tal-mistrieħ, għad-dritt ta’ paga xierqa u regolata, għad-dritt li tirtira mix-xogħol u jkollok pensjoni xierqa, għas-sekularizzazzjoni, għad-dritt li tħobb li min trid, għal ekonomija bbażata fuq il-produzzjoni u servizzi u mhux niddependu mill-ħniena tal-barrani jew mill-bażijiet militari tagħhom, għal welfare state, introduċa pensjonijiet mhux kontributorji għar-romol, għal persuni b’diżabilità u allowances bħaċ-children’s allowance u l-istipendji għall-istudenti li jkomplu bl-edukazzjoni post sekondarja. Partit Laburista fil-gvern wara l-2013 kompla fejn ħallew gvernijiet Laburisti passati u kompla jkun katalist fil-miżuri soċjali li jwieżnu lill-faxxa t’isfel tas-soċjetà, ħoloq middle class ġdida billi reġa’ xpruna l-mobbiltà soċjali u offra opportunitajiet lil min iżomm lura għax is-soċjetà warrbitu fil-ġenb u qata’ lura. Kattar il-fiduċja fil-poplu, fl-investituri, kabbar l-ekonomija, inkoraġġixxa l-investiment, kattar l-opportunitajiet tax-xogħol. Pajjiżna mhux talli ħoloq

ix-xogħol għall-Maltin u ġab ir-rata talqgħad f ’pożizzjoni mill-aktar baxxa bla preċedent, talli nħolqu eluf ta’ impjiegi li kellhom jimtlew minn ħafna barranin li sabu l-opportunità tax-xogħol, li f ’pajjiżhom m’għandhomx. U m’aħniex se mmorru ’l bogħod, fosthom diversi persuni minn pajjiżi mill-UE bħall-Italja, Spanja, il-Portugall, il-Greċja, ir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka u l-Bulgarija sabu ħobżhom ġewwa pajjiżna. Kellu jkun Gvern Laburista millġdid li reġa’ tella’ fuq l-aġenda l-housing soċjali u affordabbli. Li kompla jagħti inċentivi fl-edukazzjoni bħall-eżamjiet tas-Sec u l-matrikola b’xejn, introduċa mediċini u vaċċini għat-tfal b’xejn, indirizza l-problema tal-pilloli out of stock li ħaddieħor xebbahhom mal-bottijiet tal-piżelli u l-waiting lists għall-appuntamenti fl-isptar u l-kliniċi u l-operazzjonijiet. Kellu jkun dan il-Gvern Laburista li bis-serjetà qed iwettaq riformi sabiex tiġi mħarsa s-saltna tad-dritt u d-drittijiet tal-minoranzi. Kellu jkun dan il-Gvern Laburista li telaq minn id l-eżekuttiv u l-Prim Ministru d-dritt li jaħtar karigi importanti fil-pajjiż bħal Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali u kif ukoll il-President tar-Repubblika. Kellu jkun il-Partit Laburista fil-gvern li qed iwettaq riformi sabiex tinbidel u tiġġedded il-Kostituzzjoni ta’ Malta, jilqa’ b’umiltà l-pariri ta’ entitajiet internazzjonali bħall-Kummissjoni Venezja u l-Greco u jwettaq ir-riformi meħtieġa li kienu staġnati għal 25 sena sħaħ taħt Gvern Nazzjonalista, biex pajjiżna hu ta’ eżempju ta’ governanza tajba fost il-pajjiżi tal-UE, hekk kif ġie kkonfermat din il-ġimgħa stess mill-UE nnifisha. U allura meta jkollna individwu li qed jaspira li jkun Kap tal-Oppożizzjoni fi ftit tal-ġranet oħra u joħlom ukoll li jsir Prim Ministru ta’ Malta u jiġi tistqarr li barra minn Malta jgħid li hu Grieg għax jistħi lil hu Malti, nikkonferma kemm hu għaqli l-poplu Malti u Għawdxi fil-maġġoranza kbira tiegħu li ma jara l-ebda alternattiva fit-tmexxija ta’ dan il-pajjiż u jibqa’ jafda b’fiduċja assoluta lil Partit Laburista fil-gvern sabiex imexxi dan il-pajjiż ’il quddiem u jkompli joħloq il-ġid anki fi żminijiet ta’ sfida li għaddejjin minnhom. Il-poplu huwa moħħu mistrieħ bl-għażla li għamel tliet snin ilu u persważ li fit-tmun hemm l-aqwa Gvern li jista’ jiggwidana f ’dan iż-żmien ta’ sfida u li joħroġna minn dan il-maltemp bl-inqas riperkussjonijiet possibbli. Oħrajn lanqas ikla sabiex jiċċelebraw Jum l-Indipendenza ma rnexxielhom jorġanizzaw, għax ma rnexxilhomx ibigħu biljetti biżżejjed, aħseb u ara kemm huma kapaċi jmexxu l-pajjiż aktar u aktar fi żminijiet bħal dawn li qed ngħixu fejn joħroġ il-karattru u l-abbiltà ta’ tmexxija serja, iffokata u ppjanata minn Kabinett u Grupp Parlamentari mimli entużjażmu u talent immexxija minn Prim Ministru li ma jiddejjaq xejn li jieħu d-deċiżjonijiet ibsin kemm huma ibsin basta li jsarrfu f ’benefiċċju għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 24 ta’ Settembru Il-botti mhumiex nieqsa, man, u naħseb li minn għada se jiżdiedu sew għax tibda l-votazzjoni. Jason Azzopardi, li għadu ma ċaħadx l-akkużi li huwa giddieb, flimkien ma’ Manuel Delia, David Casa u l-bella kumpanija fil-klikka ta’ Simon Busuttil, qegħdin jagħmlu minn kollox biex ipinġu f ’dell ikrah lill-Kap tal-Partit darba glorjuż tagħna, Adrian Delia. Imma l-Kap mhux iħallihielhom lixxa, man! Għall-kuntrarju, mhu jiddejjaq xejn jitfa’ l-botti fil-konfront taż-żiemel tagħhom, Bernard Grech, li kien kontra d-divorzju u li kien ċaħad lill-partit tagħna meta kien qal li hu mhu affiljat mal-ebda partit. Tgħid mhux se nafdah bniedem bħal dan?! Il-Ġimgħa, 25 ta’ Settembru Minn tal-ewwel kont li mort nivvota biex nikkonferma lil Adrian Delia bħala Kap tal-Partit. Jien ma naqta’ qalbi minn xejn, u anke jekk tat-Times qegħdin jgħidulna li se jiġru bina, jien nibqa’ naħdem sal-aħħar minuta, biex ma ngħidx sal-aħħar sekonda, biex bħala Kap jibqa’ jkollna lil Adrian Delia. Il-partit darba glorjuż tagħna, żgur li ma jistħoqqlux li jitmexxa minn bniedem bħal Bernard Grech, li lanqas biss huwa kapaċi jiltaqa’ wiċċ imb wiċċ mal-ġurnalisti. Ngħid jien, jekk mhux kapaċi jiltaqa’ wiċċ imb wiċċ mal-ġurnalisti, se jkun kapaċi jiltaqa’ wiċċ imb wiċċ malPrim Ministru Robert Abela! Is-Sibt, 26 ta’ Settembru Qiegħed insegwi dak kollu li jingħad, kemm minn Adrian Delia, kif ukoll minn Bernard Grech, dak li kien qal li ma jrid ikun affiljat mal-ebda partit. Ikolli ngħid li wasalt għall-konklużjoni li Grech lanqas biss jibda ma’ Delia. Mhux ta’ b’xejn ma jiħux gost jagħmel dibattiti ma’ Delia u sewwa għamel Peter Fenech ikkundannah talli kellem lill-ġurnalista li kienet se tintervistahom. Mhux bilfors jipprova jaħrab. La kien iħallas il-VAT li kien jieħu mingħand il-klijenti, la kien iħallas it-taxxa kollha dovuta minnu, u lanqas biss kien jiddikjara d-dħul kollu. Għamel sewwa Adrian Delia staqsieh kif kien jgħix bid-dħul miżeru li kien jiddikjara! U jridna nneħħu lil Delia biex nagħmlu lilu Kap. Ħallina, man! Il-Ħadd, 27 ta’ Settembru Sewwa jagħmlu tal-Labour jgħajru lil Bernard Grech talli qal li Malta mhix full-up bl-immigranti. Nirranġaw ruħna li kieku kellu jkun hu Prim Ministru, għax inkomplu nimtlew bl-immigranti. U tgħidx kemm hu bravu, man! Qisu skopra l-Amerka għax qalilna li s-solu-

zzjoni rridu nsibuha flimkien mal-Unjoni Ewropea. Il-Kap Adrian Delia ilu jgħidha ma nafx kemm, imma tal-Ewropa appoġġ bil-paroli biss tawna. Naħseb li nesa li lanqas biss kas sieħbu Simon Busuttil mhuma jagħtu għax dak issa ilu Segretarju Ġenerali tal-partit tagħna fl-Ewropa ma nafx kemm, imma fejn konna bqajna. Jekk, fuq kollox, qatt fetaħ ħalqu! It-Tnejn, 28 ta’ Settembru Bdiet l-aħħar ġimgħa tal-elezzjoni għallKap tal-Partit darba glorjuż tagħna. Din il-gimgħa mhux biħsiebni nieqaf nikkanvassja lill-Kap Adrian Delia u se nagħmel minn kollox biex lill-klikka ta’ Simon Busuttil u l-giddieb Jason Azzopardi jieħdu t-tweġiba li jixirqilhom. U mhux huma, imma anke dawk tatTimes li mhix tgħaddi ġurnata waħda li ma jagħtux palata lil Bernard Grech, iż-żiemel ta’ Simon u ta’ Jason. Imma f ’wiċċhom se jibqa’ għax Grech lanqas biss jibda ħdejn Delia. U mhux jien biss qed ngħidu dan, imma kważi t-tesserati li ltqajt magħhom, kollha l-istess kelma. It-Tlieta, 29 ta’ Settembru Kemm ħadt gost insegwi d-dibattitu bejn il-Kap Adrian Delia u Bernard Grech. Konferma oħra li Bernard Grech ma jibdiex ħdejn Delia, u li dawk li jgħidu mod ieħor, kif wisq probabbli se jagħmlu l-gazzetti bl-Ingliż, assolutament ma jifhmux fil-politika. Insomma l-gazzetti bl-Ingliż jgħidu li jridu. L-importanti dak li jgħidu u jagħmlu t-tesserati, mhux il-gazzetti b-Ingliż. U jidher li tagħna ħerġin bi ħġarhom jivvutaw għal Adrian Delia. U ħaqqu man, kif wera fid-dibattitu tal-lum. Issa Bernard Grech ftit li xejn għandu ċans jirpilja mit-tkaxkira li tah Adian Delia u proprju għalhekk li għamilli kuraġġ ta’ sur li nhar is-Sibt se nkunu aħna li niċċelebraw. L-Erbgħa, 30 ta’ Settembru Tlett ijiem biss baqa’ u l-eċitament beda jagħmel tiegħu. Bilkemm qiegħed norqod billejl, għax għalkemm jien konvint li se nirbħulhom, xi ftit tad-dubji dejjem ikun hemm, mhux hekk man! Ngħid is-sewwa, ma nafx għalfejn qegħdin jiġuni d-dubji għax wara d-dibattitu ma nafx xi trid tkun biex tivvota għal Bernard Grech, iż-żiemel ta’ Simon Bususttil, Jason Azzopardi u l-bella kumpanija. Imma m’hemmx x’tagħmel, la jien iffissat, iffissat. Fuq kollox jien l-akbar Nazzjonalist li hawn f ’Malta u għalhekk ma jistax ikun li ma tinkwetax, xi ftit jew wisq. Imma nsomma, jekk il-Bambin irid dalwaqt jgħaddi kollox u jiġri x’jiġri jien xorta se nibqa’ l-akbar Nazzjonalist.


18

04.10.2020

one.com.mt

IL-FORTI SANT’ANĠLU TAĦT IL-FLOTTA RJALI INGLIŻA Illum nagħlqu din is-sensiela ta’ erba’ intervisti li saru lil Matthew Balzan, li hu l-Kuratur Prinċipali tal-Fortifikazzjonijiet ta’ Heritage Malta. Miegħu sirna nafu d-diversi aspetti li jirrigwardaw u għadda minnhom il-Forti Sant’Anġlu, fil-Birgu; kif inbeda fi żmien il-Medju Evu, kif issaħħaħ

fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann; kif komplew jiżviluppawh il-Forzi Armati Ingliżi, sa ma wasal biex qajla seta’ jkompli joffri s-servizz sħiħ tiegħu fil-gwerer moderni. Madankollu, din il-fortifikazzjoni hi waħda mill-isbaħ li jgawdi pajjiżna u tinsab f’żamma mill-aqwa minn Heritage Malta. Fiha

Matthew, nafu kif għedna, li l-Armata Ingliża bdiet tnaqqas l-importanza tal-Forti Sant’Anġlu. Minn meta sar dan u x’kambjament rajna?

ta iżda wkoll il-post tax-xogħol għal eluf ta’ baħrin Maltin. Din ir-rabta kellha tintemm eżattament ma’ tmiem il-preżenza tal-Forzi Militari Ingliżi f ’Malta, fil-31 ta’ Marzu 1979.

L-Armata Ingliża bdiet tnaqqas l-importanza tal-Forti Sant’Anġlu mal-qalba tas-seklu 20, iżda min-naħa l-oħra, il-Flotta Rjali bdiet dejjem iżżid il-preżenza tagħha f ’Malta. Il-bastiment HMS Hibernia, li kien ilu ankrat taħt il-forti mill-1855 u li kien iservi bħala depot ship, kien qdiem wisq. Fl-1902, dan inbidel ma’ HMS Egmont. Fl-istess sena, il-Flotta Rjali talbet li tibda tuża l-Forti Sant’Anġlu għall-akkomodazzjoni tal-membri tagħha. Dan seħħ fl-1906 u minn hemm, bdew 73 sena li matulhom, il-Forti Sant’Anġlu mhux biss bidel ismu għal darba tnejn u sar ikona tal-Ammiraljat f ’Mal-

Jiġifieri nistgħu ngħidu li l-preżenza tal-Flotta Rjali fil-Forti Sant’ Anġlu bdiet fl-1906? Le, din il-preżenza tal-Flotta Rjali bdiet qabel. Fil-fatt, l-ewwel użu ta’ partijiet mill-forti mill-Ammiraljat beda fl-1902 meta nbena impjant tal-iddistillar tal-ilma fil-batterija t’isfel li kienet inbniet fl-1690. Dan l-impjant kien ibiddel l-ilma baħar f ’ilma ħelu biex jintuża mill-bastimenti tal-Flotta Rjali. Naqra naqra, l-Ammiraljat beda dejjem jieħu iktar partijiet, sakemm fit-8 ta’ Diċembru 1906 sar it-trasferiment uffiċjali tal-Forti Sant’Anġlu mill-Armata Ingliża għall-Ammiraljat.

Dan wassal għal diversi xnigħat, tant li fil-Kunsill tal-Gvern fl1908 kien qam dibattitu sħiħ dwar jekk kienx hemm il-ħsieb li l-forti jiġi mwaqqa’ u minfloku jinbena kumpless ġdid għall-Flotta Rjali. Mela sa dak iż-żmien, għal xiex nistgħu ngħidu li kien l-użu ta’ dan il-forti?

hemm it-tagħrif kollu, inklużi filmati tal-iżvilupp tagħha tul iż-żminijiet u l-epoki li semmejna. Lil min qatt ma żar din il-forti, li kienet l-aħħar post f’idejn il-Forzi Militari Ingliżi f’Malta, nissuġġerilu li jżurha. Minn CHARLES B. SPITERI

mill-Victualling Yard li kienet tokkupa kważi x-xatt kollu tal-Birgu, beda jintuża wkoll għall-ħażna u l-amministrazzjoni ta’ manutenzjoni navali ħafifa. Matul l-ewwel 15-il sena ta’ okkupazzjoni mill-Ammiraljat, il-Forti Sant’Anġlu sarulu diversi tibdiliet.

Ngħid sew li l-palazz tal-forti beda jintuża bħala L-użu prinċipali tal-fortizza d-Dar tal-Kaptan? f ’dan iż-żmien kien bħala akkomodazzjoni għal dawk il-mem- Iva, hekk sar, filwaqt li l-kwartbri tal-Flotta Rjali li jkunu ieri tas-suldati ġew mibdula stazzjonati Malta jew inkella li f ’dormitorji għall-baħrin u jkollhom il-bastiment tagħhom l-batterija msaqqfa li nbniet fit-Tarzna. It-terminu navali fl-1872 ġiet imkabbra bħala għal postijiet ta’ dan it-tip kien l-wardroom tal-fizzjali. Sal-1912 inbena l-moll li għata’ shore establishment, jiġifieri post fuq l-art użat mill-Ammi- du jinsab taħt il-fortizza u fuqu raljat, li għalkemm kien mib- bdew jinbnew diversi uffiċini, ni, xorta waħda kien jitmexxa imħażen u ħwienet tax-xogdaqslikieku kien bastiment na- ħol li kienu jservu lill-Flotta. Sal-istess sena kien twaħħal vali. Apparti minn hekk, peress arblu navali u wkoll żewġ arli l-forti kien jagħmel parti bli tal-komunikazzjoni twal

mal-200 pied, fejn fil-fortizza kien hemm skola tal-wireless li kien jintuża għall-komunikazzjoni mal-bastimenti tal-Flotta Rjali. Fl-1920, inbniet kamra tar-rikreazzjoni, li kienet tinkludi wkoll ċinema għall-użu tal-baħrin fil-forti. Jirriżulta li għal xi żmien il-Forti Sant’Anġlu nbidillu ismu. X’kienet ir-raġuni għal dan? Matul dawn l-ewwel snin, il-bastiment HMS Egmont kien għadu marbut ħdejn il-fortizza u kien jintuża wkoll bħala akkomodazzjoni. Għalhekk, fl-1912 l-Ammiraljat iddeċieda li dan l-isem kellu jkopri wkoll il-fortizza u meta fl-1914 il-bastiment ġie mneħħi, l-isem HMS Egmont baqa’ jgħodd għall-fortizza biss. Dan wassal għal xi tgergir hekk kif lokalment, ħafna ma setgħux jifhmu x’rabta seta’


19

04.10.2020

one.com.mt

jkollu dan l-isem ma’ fortizza li kienet ilha magħrufa b’isem ieħor għal mijiet ta’ snin. L-Ingliżi użaw dan il-fattur favur tagħhom meta fl1933 iddeċidew li jibdlu l-isem tal-fortizza għal darb’oħra. Kien fl-1933, li wara li ġie approvat mir-Re Ġorġ V, l-isem sar HMS St Angelo, isem li qatt ma kien intuża qabel fil-Flotta Rjali. Dan sar peress li f ’dan iż-żmien, il-qawmien tan-Nażiżmu u l-Faxxiżmu fl-Ewropa wasslu biex l-Ingliżi jagħmlu dak kollu li jistgħu biex inaqqsu dawn l-influwenzi minn Malta. B’hekk, il-fatt li reġgħu taw lura l-isem oriġinali tal-fortizza, kien interpretat bħala mezz biex juru li kellhom għal qalbhom lill-Maltin u l-istorja tagħhom. Apparti minn dan, biex din ir-rabta tidher iktar, saret arma ġdida għall-fortizza li kienet ibbażata fuq l-istemma tal-Gran Mastru de Valette u l-motto sar ‘NON AES SED FIDES’, meħud minn munita użata waqt il-bini tal-Belt Valletta fl1566 u li tfisser ‘MHUX FLUS IŻDA FIDUĊJA’. X’kien is-sehem tal-Forti Sant’Anġlu matul it-Tieni Gwerra Dinjija? Matul din il-gwerra, il-Forti Sant’Anġlu baqa’ jintuża mill-Ammiraljat, u qabel ma beda jiġi żviluppat il-kumpless ta’ Lascaris, fil-forti kien hemm il-kwartieri tal-Viċi Ammirall ta’ Malta. Minbarra dan, il-forti kien jintuża wkoll bħala post fejn kienu jiġu iddeċifrati messaġġi Ġermaniżi mibgħuta bil-magna Enigma. Interessanti l-fatt li matul dan iż-żmien, is-sotterranji tal-fortizza ġew imkabbra estensivament, tant li jkopru tul ta’ madwar kilometru u nofs. Maż-żmien, il-ħafna passaġġi li hemm taħt l-art issemmew għal diversi toroq famużi f ’Londra. Għalkemm il-fortizza ma kinitx intiża li tintuża għad-difiża tal-Port il-Kbir, minħabba l-pożizzjoni tagħha viċin il-miri ewlenin tal-għadu, ġiet armata bi tliet kanuni Bofors ta’ kontra l-ajruplani. Dawn il-kanuni rnexxielhom iwaqqgħu tliet ajruplani u jolqtu 47 oħra. Jiġifieri sehem il-Forti sewa qatigħ, la waqqa’ dawn l-ajruplani kollha, mhux hekk? Dażgur, iżda rridu ngħidu li l-fortizza ġiet milquta direttament minn 69 bomba tal-għadu. Dawn ikkawżaw diversi ħsarat, fosthom fuq il-kappella tan-Natività tal-Madonna; is-swar li jdawru l-fortizza u d-daħla prinċipali u saħansitra wieħed mill-kwartieri tas-sul-

dati mibni minn Mederico Blondel fl-1693. Din id-daħla nqerdet għalkollox. Episodju traġiku ieħor kien seħħ proprju fl-ewwel jum tal-gwerra meta fil-11 ta’ Ġunju 1940, tliet laneċ ta’ HMS St Angelo intbagħtu jissorveljaw bastiment Taljan barra l-port. Huma u ġejjin lura, bi żball, ġew identifikati bħala bastimenti tal-għadu u l-fortizzi talport fetħu attakk kontrihom, li wassal għall-mewt ta’ sitt persuni. It-tiġrif li ġarrab il-forti, ġie rranġat appena spiċċat il-gwerra? Wara l-Gwerra, il-Forti Sant’Anġlu beda minnufih jiġi rranġat mill-ħsarat li ġarrab. Kważi l-bini kollu ta’ fuq il-moll kellu reġa’ nbena mill-ġdid u fejn kien magħruf bħala Lower Fort, kien hemm il-kwartieri tal-baħrin Maltin fil-Flotta Rjali. B’hekk, il-Forti Sant’Anġlu kellu wkoll is-sehem ta’ base ship tal-Local Enlisted Personnel tal-Flotta Rjali. Minflok il-kwartieri tas-suldati ta’ Blondel, li waqgħu, inbnew żewġ blokok ġodda li ntużaw bħala mess u sala tal-ikel għallbaħrin. Dawn il-binjiet huma partikulari minħabba s-sistema ta’ kostruzzjoni tagħhom, li tinkludi diversi travi tal-ħadid li jibqgħu neżlin sal-art. Użu ieħor li kien qabad sew wara l-gwerra kien dak tas-saluti, hekk kif il-fortizza kellha ħames kanuni tas-salut fuq il-kavallier li kienu jintużaw biex isellmu bastimenti tal-Flotta huma u deħlin jew ħerġin. Saluti oħrajn kienu jingħataw minn ħdejn l-arblu navali li miegħu kienet tittajjar il-bandiera tal-Flotta Rjali, filwaqt li forom oħra apposta kienu jintużaw għall-manuvrar tal-bastimenti u għar-rapport tat-temp. Meta nsibu li l-Imperu Ingliż beda jnaqqas mill-importanza fl-użu ta’ dan il-forti, u għaliex wasal sa hawn? Wara l-1956, l-Imperu Ingliż beda jnaqqas mis-saħħa tiegħu, u għalhekk beda jiġi ppjanat li ħafna mill-infiq militari fil-kolonji, fosthom Malta, kellu jonqos. Mal-aħħar tas-snin 50, l-Ammiraljat kien qed jikkunsidra li HMS St Angelo jingħalaq, jew tintuża parti żgħira biss minnu, filwaqt li kollox jinġabar fil-Forti Manoel, li kienet magħrufa bħala HMS Phoenicia. Biss, il-Gvernatur Sir Guy Grantham ma qabilx ma dan, għax qal li l-Forti Sant’Anġlu kellu rabta kbira mal-baħrin Maltin, u żgur li kien iqum xi inkwiet kieku dan il-pjan tmexxa ’l quddiem.

Għalhekk, fl-1964 kien HMS Phoenicia li ngħalaq. Dan wassal għall-aħħar investiment maġġuri f ’HMS St Angelo peress li kull servizz tal-Ammiraljat li kien baqa’, ġie trasferit lejn il-fortizza. Fost l-oħrajn, dan wassal biex tkabbru xi dormitorji u wkoll il-kamra tar-rikreazzjoni. Kemm nistgħu ngħidu li laħqet infirxet din l-attività fil-Forti Sant’Anġlu? Din l-attività kienet għal żmien qasir. Mill-1979 ’il quddiem, l-Ingliżi bdew inaqqsu l-faċilitajiet tagħhom f ’Malta b’rata mgħaġġla u filwaqt li kull aspett tal-Ammiraljat beda jiġi kkonċentrat f ’HMS St Angelo, ħafna bini navali ieħor beda jingħalaq. Fl-1972, matul in-negozjati għall-ftehim ġdid ta’ difiża mar-Renju Unit, li kienu kkumplikati mhux ħażin, l-Ingliżi kienu saħansitra ser jitilqu għalkollox fi ftit jiem. Ħafna apparat tneħħa mill-fortizza, fosthom il-kanuni tas-salut u l-pulena tal-HMS Hibernia li kienet imwaħħla fid-daħla prinċipali tal-forti. Illum, din il-pulena tinsab filMużew Marittimu. Bejn l-1972 u l-1979, l-attività tal-Flotta Navali f ’Malta baqgħet dejjem tonqos u għalhekk, ħafna baħrin Maltin bdew jitilfu xogħolhom. Fejn sas-snin 50 kien hemm mijiet ta’ baħrin jaħdmu f ’HMS St Angelo, f ’Jannar tal1979 kien hemm biss ftit iktar minn 100. Skont il-ftehim mal-Gvern Malti, hekk kif il-ftehim ta’ difiża kellu jiskadi f ’nofsillejl tal-31 ta’ Marzu 1979, il-Forti Sant’Anġlu kellu awtomatikament jgħaddi f ’idejn il-Gvern. B’hekk, il-Forti Sant’Anġlu kien l-aħħar post li ġie vakat mill-Forzi Militari Ingliżi f ’Malta wara aktar minn 180 sena fuq il-gżira.

L-użu prinċipali tal-fortizza f’dan iż-żmien kien bħala akkomodazzjoni għal dawk il-membri tal-Flotta Rjali li jkunu stazzjonati Malta jew inkella li jkollhom il-bastiment tagħhom fit-Tarzna. It-terminu navali għal postijiet ta’ dan it-tip kien ta’ shore establishment, jiġifieri post fuq l-art użat mill-Ammiraljat, li għalkemm kien mibni, xorta waħda kien jitmexxa daqslikieku kien bastiment navali


20

04.10.2020

one.com.mt

MATTHEW ATTARD “IL-KALAKKU”

IL-MUŻIKA TĦARRBU MIR-REALTÀ

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Għal ħafna l-mużika hija parti sostanzjali mill-ħajja minħabba l-ferħ li ġġib magħha f ’mumenti mhux daqstant sbieħ u anke f ’mumenti tajbin. L-ispirazzjoni li ġġib magħha u l-ferħ huma tant qawwijin li tista’ tgħid li l-mużika tidħol f ’kull post. Dan l-aħħar sirt naf b’artist lokali li għalih il-mużika hija xi ħaġa li tħarrbu mir-realtà, u fil-fatt jikteb lirika u jkanta kanzunetti bil-Malti wkoll, fejn dan l-aħħar rajnieh kellu kollaborazzjoni ma’ kantanta lokali wkoll. Qed nirreferi għal Matthew Attard magħruf aħjar bħala “Il-Kalakku”. Għandu 23 sena, jaħdem bħala songwriter u ma jgħidx li għandu l-mużika bħala passatemp għax iqisha aktar bħala professjoni, però l-akbar passatemp hu li jgawdi l-ħajja. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala individwu determinat, skjett, bla kantunieri u dejjem lest li jgħin lil min ikun fil-bżonn. Bil-mużika jkun jista’ jesprimi lilu nnifsu bl-aktar mod skjett Għalih il-mużika hi xi ħaġa li tħarrbu mir-realtà, filwaqt li jkun jista’ jesprimi lilu nnifsu bl-aktar mod skjett. Li jirċievi messaġġi ta’ ringrazzjament li persuni jgħidulu li kienu mdejqin u ferħu b’xi diska jew li mqar għamel differenza fil-ħajja ta’ xi ħadd minkejja li għal ftit sekondi huwa l-ikbar sodisfazzjon tiegħu. Għall-mużika, l-aktar li juża huwa l-laqam tiegħu, “Il-Kalakku”. Mitlub jgħidli minn fejn oriġina dan il-laqam, Matthew fissirli li “Il-Kalakku” kien illaqam tal-bużnannu, missier in-nanna tiegħu u baqa’ jintiret. “Aktar minn stage name huwa timbru, hawn nies li ilni nafhom snin u jafuni biss bħala “Il-Kalakku” u lanqas għandhom idea ta’ ismi proprju,” beda jgħidli. Matthew jew kif inhu aktar magħruf “Il-Kalakku” huwa rapper Malti, u bil-kanzunetti tiegħu joħloq ħafna messaġġi personali, kultant dwar ibnu, dwar divertiment u xalar fost oħrajn u anke satirika

b’messaġġi li ngħixuhom kuljum. Ħallejt f ’idejh sabiex jikkummenta dwar dan u sabiex jgħidli wkoll minn fejn jispira ruħu. “Nagħmel dan għaliex inkun irrid selezzjoni varja ta’ suġġetti u messaġġi differenti biex żgur kulħadd ikun jista’ jassoċja l-burdata jew iż-żmien li jkun għaddej minnu ma’ xi waħda mid-diski. Jien nara kollox bħala taqbila fil-ħajja, li kollox konness, għalhekk iżżmien, il-perjodu, il-burdata u l-emozzjonijiet li nkun għaddej minnhom ikunu ħafna drabi s-sorsi primarji tal-ispirazzjoni tiegħi,” spjegali tajjeb Matthew. Sensiela ta’ kollaborazzjonijiet ma’ waħda mill-finalisti ta’ X Factor Malta – Kelsey Bellante Ta’ min jgħid li dan l-aħħar rajna lil Matthew “Il-Kalakku” fl-ewwel diska f ’sensiela ta’

kollaborazzjonijiet ma’ waħda mill-finalisati ta’ X Factor Malta – Kelsey Bellante bil-kanzunetta - Komplu Kantaw Magħna Ħbieb. Il-lirika ta’ din il-kanzunetta hija kollha tiegħu stess. Mistoqsi kemm ilu fix-xena mużikali lo-

kali, wieġeb: “Iva, hekk hu, jien dejjem ktibt il-lirika tiegħi stess u ili fix-xena dawn l-aħħar seba’ snin.” Mistoqsi x’kienet il-motivazzjoni li ressqitu lejn il-kantanta Kelsey Bellante sabiex

Nemmen li kollox f’ħinu u f’waqtu. Meta jkun hemm bżonn li nkun bla kantunieri, inkun. Imma l-aktar importanti li kollox ikun fil-kuntest tiegħu. Xi kultant issib min jgħidlek “ħamallu” u lanqas biss ikun jafek minn Adam, issib min jifhmek aktar b’dan il-mod u ssib min assolutament ma taffettwahx

flimkien jikkollaboraw fuq xogħol mużikali, Matthew weġibni: “Jien u l-producer tiegħi, Rikki Lee Scicluna minn Gilkicker Studios konna ilna niddiskutu li kien wasal żmien li nagħmlu sensiela ta’ kollaborazzjonijiet ma’ xi kantanta. Jien ġbart lista ta’ ismijiet li kelli f ’moħħi u hu għamel l-istess. Kelsey kienet l-unika isem li kien fil-ħsibijiet tagħna t-tnejn. Kelsey hija kantanta bravissima li tissorprendik kull darba li tiftaħ ħalqha.” Huma flimkien sostnew li l-kbir għadu ġej. B’kurżità fuqi ridt inkun naf x’ser jistenna l-poplu minnhom. “Wara Komplu Kantaw Magħna hemm erba’ kanzunetti oħra fejn ser nesploraw ġrajjiet komiċi, oħrajn kemxejn tad-dwejjaq u oħrajn li żgur ser iniggżu l-laħam il-ħaj! L-aħħar diska ser tkun ta’ sorpriża,” stqarr miegħi mingħajr ma kompla jiżvela aktar. Ta’ min jgħid ukoll li s’issa Matthew “Il-Kalakku” dejjem


21

04.10.2020

one.com.mt

kiteb u kanta bil-lingwa Maltija, għalkemm kif stqarr miegħi stess li fil-ħajja qatt ma jeskludi xejn. Il-kanzunetti tiegħu huma bla kantunieri Barra minn hekk, magħruf ukoll għall-mużika mwettqa spirtu pront. Aktar milli jispira ruħu, Matthew jara kollox taqbila waħda għalhekk kważi kważi tiġih naturali li jqabbel u ġeneralment iqabbel fuq dak li jkun qed jiġri dak il-ħin. “Però naħseb li bħal kollox aktar kemm tipprattika, aktar aħjar,” stqarr miegħi. Ħafna drabi wkoll il-kanzunetti tiegħu huma bla kantunieri, u dak li jħoss jgħidu. Mitlub jikkummenta dwar dan, u kif normalment jintlaqgħu l-kliem li jfajjar fil-mużika tiegħu, Matthew weġibni: “Nemmen li kollox f ’ħinu u f ’waqtu. Meta jkun hemm bżonn li nkun bla kantunieri, inkun. Imma l-aktar importanti li kollox ikun fil-kuntest tiegħu. Xi kultant issib min jgħidlek “ħamallu” u lanqas biss ikun jafek minn Adam, issib min jifhmek aktar b’dan il-mod u ssib min assolutament ma taf-

fettwahx.” Ridt l-opinjoni tiegħu dwar jekk jaħsibx li l-mużika lokali qed tkun apprezzata biżżejjed hawn Malta. Fil-fatt, stqarr miegħi li jemmen li dejjem sejra ’l quddiem. Fl-istess nifs żvela miegħi li jdejquh ħafna dawk in-nies li dejjem moħħhom biex jiġġudikaw għax jemmen li ħadd mhu qiegħed f ’moħħ ħadd u li kull min jgħolli jdejh għandu xi jxomm. Fl-aħħar nett, Matthew

“Il-Kalakku” ħalla messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Ngħidilkom grazzi ħafna għax is-sapport tagħkom huwa l-akbar rigal għalija u nħeġġiġkom sabiex dejjem tagħtu sapport lit-talent lokali. Filwaqt li ngħid grazzi kbira lill-familjari, dawk kollha involuti fil-proġetti tiegħi, u grazzi speċjalment lit-tfajla tiegħi Audrienne, li mhux biss tieħu ħsieb dak li jkun hemm bżonn, imma dejjem tagħtini s-sapport meħtieġ.”


22

04.10.2020

one.com.mt

IL-FONDAZZJONI IDEAT TKOMPLI TIĠĠEDDED... Il-Fondazzjoni iDEAT hija fondazzjoni li twaqqfet bil-għan li tgħin il-Partit Laburista jibqa’ jiġġedded matul is-snin filwaqt li tikkontribwixxi billi tagħtih ideat li jmorru id f ’id mal-bidla tas-soċjetà Maltija. Tkellimna maċ-Chairperson il-ġdida tal-Fondazzjoni Dr Elaine Degiorgio. Għaliex twaqqfet ilFondazzjoni iDEAT u x’inhi proprju l-funzjoni tagħha? Il-Fondazzjoni iDEAT twaqqfet sabiex tkun mutur li permezz tagħha jinħolqu u jitwieldu ideat li jservu mhux biss biex il-Partit Laburista dejjem ikollu proposti innovativi, mistħarrġa u diskussi, iżda sabiex fl-aħħar mill-aħħar, in its own right, il-Fondazzjoni tkun tista’ tpoġġi fuq il-mejda tad-diskussjoni fuq skala Nazzjonali proposti li għandhom ikunu analizzati. Żgur li l-Fondazzjoni iDEAT hija għodda li tixraq lill-Partit Laburista, mhux biss għax huwa l-uniku partit progressiv f ’pajjiżna, iżda fuq kollox għax il-Partit Laburista sa mill-bidu tal-istorja tiegħu, qatt ma ddejjaq ibiddel u jinbidel hu stess. Il-fondazzjoni għandha wkoll l-irwol edukattiv tagħha fejn permezz tal-korsijiet li ttella’ tipprepara u tħarreġ lil dawk il-persuni li għandhom mhux biss għal qalbhom il-politika, iżda li jridu jaħdmu u jidħlu fiha. X’ħidma saret tul is-snin? Tul is-snin il-Fondazzjoni iDEAT kienet hemm sabiex tiddiskuti diversi materji. Materji li wħud minnhom spiċċaw biex illum il-ġurnata huma parti mil-leġiżlazzjoni ta’ pajjiżna għax il-Gvern ikun ħa l-idea, ikun ħa l-prinċipju. Nista’ nsemmi ħafna u ħafna diskussjonijiet li l-fondazzjoni mexxiet ’il quddiem u li llum il-ġurnata spiċċaw bħala parti mil-liġijiet tagħna, jiġuni f ’moħħi d-dritt tad-divorzju fost liġijiet oħrajn li forsi llum neħduhom kważi forgranted. Sintendi kien hemm fergħat oħra wkoll tal-Partit Laburista li anke fuq dawn is-suġġetti li ġibt bħala eżempju, tkellmu u esprimew il-pożizzjonijiet tagħhom. Il-fondazzjoni ħadmet sabiex ittella’ numru ta’ konferenzi u fuq kollox baqgħet dejjem tiżviluppa l-bixra edukattiva tagħha. Kull sena l-fondazzjoni torga-

nizza l-kors politiku tagħha dak li kien magħruf bħala You Progress. Dan il-kors għen lil ħafna persuni sabiex jieħdu kemm esperjenzi teoretiċi iżda anke prattiċi f ’dik li hija politika. Uħud minn dawn in-nies illum jinsabu wkoll fuq il-mejda tad-deċiżjonijiet u dan huwa ta’ sodsifazzjon kbir għall-Fondazzjoni iDEAT.

tkun magna ta’ ideat. Qabelxejn se tkun qed tiġi mressqa riforma b’mod intern, billi jkun hemm tibdiliet fl-istatut fil-mod kif taħdem il-fondazzjoni. Dan kollu qed isir sabiex ix-xogħol ikun iċċentralizzat iżda, fl-istess ħin sabiex jingħata aktar spazju lil dawk il-persuni li jixtiequ jikkontribwixxu. Se jissokta l-kors annwali ta’ X’inhi l-viżjoni għall-futur? iDEAT għal dawk kollha li jixtiequ li fil-futur jidħlu fil-poliIl-fondazzjoni żgur li se tibqa’ tika jew saħansitra anke dawk

li sempliċement għandhom għatx għat-tagħlim politiku, għalkemm b’bixra differenti iżda fl-istess ħin se tkompli l-ħidma sabiex dan il-kors ikompli jkun iżjed professjonali anke permezz ta’ akkreditazzjoni. Bħala fondazzjoni wkoll nemmen li għandna nkunu proattivi u nesploraw korsijiet oħra sabiex il-fondazzjoni tibqa’ l-fulkru fejn irġiel u nisa żgħażagħ jistgħu jkabbru t-tagħlim politiku tagħhom. Ovvjament se jibqgħu jiġu organizzati avvenimenti fejn ikun hemm diskussjonijiet fuq materji u f ’dan ir-rigward diġà beda jsir eżerċizzju intern. Kif wieħed jista’ jagħti kontribut f ’din il-fondazzjoni?

lem lil xi ħadd mill-membri. Minn hawn nagħmel appell sabiex dawk interessati jidħlu u jagħmlu l-kors tal-iDEAT li se jibda mis-17 ta’ Ottubru li ġej. Din hija esperjenza interessanti ħafna. Dan il-kors li huwa fuq medda ta’ disa’ ġimgħat jittratta diversi temi bħas-sistema politika ta’ pajjiżna, dik Ewropea u internazzjonali, komunikazzjoni effettiva u l-politika ambjentali u ekonomika fost temi oħrajn. Inti l-ewwel mara f ’dan l-irwol fi ħdan il-fondazzjoni... X’inhuma l-kummenti tiegħek u l-ambizzjonijiet?

Proprjament jiena t-tieni mara li ninsab f ’din il-kariga, l-ewwel mara kienet Prof. Carmen Sammut. Iżda rrid ngħid li qabelxejn Faċli ħafna, wieħed jista’ jagħmel inħossni mċekkna li ġejt fdata kuntatt magħna fuq il-paġna ta’ b’din ir-responsabilità, iżda bħaFacebook jew inkella billi jkel- la mara ninsab kuntenta għax


one.com.mt

23

SKEDA ONE

04.10.2020

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 The local Traveller 17:00 Mhux kemm taf 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza

19:15 ONE TNEJN Sports & 05-10 Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Reboot 21:15 Follow Up 22:15 Gizelle 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30 18:30 19:15

Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Follow Up Dak li Jgħodd Pjazza ONE Sports & Temp

19:30 20:15 20:45 21:00 22:15 22:45 23:30 23:45

07:15 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40 12:45

13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30 19:15

Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Pink Panther #Pajjiżi Pjazza ONE Sports & Temp

19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:45 The Local Traveller 21:15 Division 7 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 #Pajjiżi 10:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35 18:00

Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8 Mhux kemm taf

18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Dirett - PL 21:00 Ilsien in-Nisa 22:30 Reboot 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40 12:45

13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30 19:15

Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Dirett Indhouse Pjazza ONE Sports & Temp

19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Min Imissu?! 21:45 Kick OFF 22:45 Ħabrikt - Reel 8 23:00 Mhux Kemm taf 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40 12:45

ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Indhouse Espresso ONE News Teftif Telebejgħ

TLIETA 06-10

ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak li Jgħodd Espresso ONE News Teftif Telebejgħ

ĦAMIS 08-10

qed nara li l-Partit Laburista, bil-fatti ma jħarisx lejn is-sess ta’ dak li jkun, iżda lejn dak li individwu jista’ joffri. Irrid nirringrazzja lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela tal-fiduċja mhux biss fija, iżda anke tal-fiduċja fin-nisa l-oħra li issa se nkun qed ningħaqad magħhom fl-amministrazzjoni. Dan huwa l-Partit li bis-serjetà għandu fuq l-aġenda

tiegħu, l-aġenda femminista. Inħares ’il quddiem sabiex minn din il-kariga nista’ nkun verament ta’ servizz. Awguri lil Elaine Degiorgio u lit-tim kollu fi ħdan il-Fondazzjoni iDEAT. Nieħdu l-okkażjoni nsellmu wkoll lil Dominic Grech li kien iċ-Ċermen preċedenti tal-ħidma li wettaq fi ħdan l-istess fondazzjoni.

Żgur li l-Fondazzjoni iDEAT hija għodda li tixraq lill-Partit Laburista, mhux biss għax huwa l-uniku partit progressiv f’pajjiżna, iżda fuq kollox għax il-Partit Laburista sa mill-bidu tal-istorja tiegħu, qatt ma ddejjaq ibiddel u jinbidel hu stess

ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Espresso ONE News Teftif Telebejgħ

SIBT 10-10

ONE News Prime Time Ħabrikt - Reel 8 Mija - PL Music Legends Ondroad ONE News Night Transmission

ERBGĦA 07-10

ĠIMGĦA 09-10

07:15 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 #Pajjiżi 10:30 Popcorn 11:00 Indhouse

11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 HazZzard 14:45 Ħabrikt 15:00 The Local Traveller 15:30 ONE News 15:35 Dak li Jgħodd 16:30 Flimkien ma’ Nancy 17:30 Il-Kelma

18:00 18:40 19:15 19:30 20:15 20:45 23:30 23:45

07:15 07:45 08:00 08:30 10:00 10:30 11:25 11:55

12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 16:15 17:30 19:15

19:30 ONE News 20:15 Ieqaf 20 Minuta 20:45 Attività Politika 21:15 Min Imissu?! 22:30 Distintivi 23:30 ONE News

ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Il-Kelma Telebejgħ

ONE News Popcorn Arani Issa ONE News Duurella Mija L-Argument One Sport & Temp

Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News Night Transmission

ĦADD 11-10


24

04.10.2020

one.com.mt

reċensjoni tal-ktieb

40 PAĠNA MID-DJARJU TA’ SANDRA Bħal kull studenta oħra tal-ħdax-il sena, Sandra kienet qed tistenna li tlesti l-eżamijiet tal-Matsec biex b’hekk ikollha l-isbaħ sajf ta’ ħajjitha. Imma d-destin ma kienx eżattament kif xtaqet jew kif kienet bassret hi. Fl-ewwel ġurnata l-għarus tagħha, Mikas intlaqat b’tiri ta’ arma tan-nar waqt li kien ix-xogħol. F’dan ir-rakkont Sandra tirrakkonta lill-akbar ħabib tagħha, Id-Djarju, dak li tkun għaddejja minnu u dak li jkun għaddej minn moħħha. F’dan il-ktieb insibu 40 paġna mid-Djarju ta’ San-

dra u fl-istess ħin insibu r-rakkont tal-erbgħin ġurnata li bidlu l-ħajja ta’ Sandra u ta’ dawk ta’ madwarha. Kif marret ma’ sħabha? Kompliet b’ħajjitha? X’relazzjoni kellha mal-familjari tal-maħbub tagħha? Il-pulizija riedu jsiru jafu jekk kienx żball jew jekk kienx Mikas fil-mira. Il-kobba tkompli titħabbel meta nsterqet oħt Mikas u s-sitwazzjoni marret għall-agħar meta ħu Mikas beda jirċievi ittri anonimi li fihom beda jintalab somma sostanzjali ta’ eluf ta’ ewro. Kif jibqa’ Mikas? X’kien qiegħed jaħbilha

lill-maħbuba tiegħu? Sandra setgħet tibqa’ tħobb lil xi ħadd li mingħaliha li kienet tafu u fil-verità ma kienet taf xejn fuqu? Mistoqsijiet li jgħaddulek minn moħħok u minn moħħ Sandra. Tagħmel sewwa li teħodha kontrih u li tibda tfittex ħajja ġdida f ’ġuvintur oħra? X’jiġri meta Sandra u l-akbar ħabiba tagħha jitfgħu għajnejhom fuq l-istess ġuvni? Il-kummissarju jirnexxilu jsolvi din il-kobba li ma jidher li fiha ebda tarf ?

Silta mill-ktieb 18 ta’ Mejju Għażiż tiegħi, lejl u ġurnata twila. Is-sekondi dehru sigħat. Is-sigħat dehru ġranet. Wara xi tnax-il siegħa ħallewni nidħol narah. Bilħaqq għadni ma għedtlekx. Lil Mikas sparawlu. Xi ħadd ipprova joqtlu. Ma nafux jekk hux lilu jew bi żball, imma issa dak f’idejn il-pulizija biex jiskopru. Dejjem kont żvinturata jiena. Għax sibt wieħed li jidher iħobbni! Naħseb li jmutli. Demgħa qattret fuq il-paġna tad-djarju. Mesħitha kif setgħet. Hekk kif dħalt ħdejh, sibtu abjad karti, mitluf minn sensih. Bla ebda tama ta’ ħajja. Qalbi nqasmet u mhux ser tkun faċli nħobb lil xi ħadd ieħor bl-istess imħabba li nħobb lilu. Ħa nħallik ħa mmur nara l-aħbarijiet forsi nsir naf xi ħaġa ġdida dwar il-każ. Jiena nżommok infurmat bħal dejjem. Gn. Sandra libset t-shirt u shorts u marret fis-salott tara l-aħbarijiet. L-aħbar prinċipali kienet fuq l-isparatura fil-bar, li ħalliet lil Mikas fil-periklu serju talmewt. S’issa l-pulizija ma kienu ħarġu l-ebda stqarrija u għalhekk dak li xandru fl-aħbarijiet kienet diġà tafu kollu. Iddeċidiet li tmur torqod. Jew aħjar tipprova torqod. Dik il-ġurnata, li kellha tibdielha l-isbaħ

żmien ta’ ħajjitha, spiċċat biex tefgħetha fl-agħar żmien li kienet tiftakar. Intefgħet fuq is-sodda bil-ħwejjeġ b’kollox. Tolfoq u tibki. Lil xortiha jew lil Mikas? Mistoqsija bla risposta. Kif setgħu dawn iż-żewġ żerbinotti jitkellmu fuq futur? Hi kienet qed tibki u tolfoq. Id-dmugħ ċarċar ma’ ħuġbejha u xarrab l-investa. Xtaqet torqod, imma ħsibijietha kienu tqal. Ma kellhiex risposti għal dak li kienet għaddejja minnu. U meta tkun bla risposti l-ħsibijiet jherruk. Kienu kważi nofsillejl. Torqod u tistenbaħ. Sakemm it-telefown ħasadha. Mhux lilha biss imma anke lil ommha li kienet fil-kamra tas-salott tara film tal-biża’. Ommha qabdet it-telefown. “Ħelow. Min hemm?” “Il-Kuntistabbli Joe Borg mid-depot tal-pulizija.” “X’inqala’ dan il-ħin?” “Il-kummissarju għandu bżonn ikellem lil Sandra Pace.” “Issa?” “Iva, issa. Mela aħna għandna ħin!” “Ħa niġi nwassalha mela.” “Importanti li tkun ma’ xi ħadd mill-ġenituri minħabba li hi taħt l-età. Jekk le jkollna nistennew sa ma jiġi xi ħadd minnhom. Grazzi u skużani jekk skomodajtek.” Mistoqsija: X’kien ġralu Mikas?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb 40 PAĠNA MID-DJARJU TA’ SANDRA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 11 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb DANNY hija: J. GALEA - MOSTA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

02

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hemm skwadri tal-klieb li jistgħu jidentifikaw varjetà ta’ affarijiet illegali? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

04.10.2020

one.com.mt

ŻEWĠ VITTMI BL-ISTESS ISEM – MARY MORRIS JINQATLU BL-ISTESS MOD FI ŻMIEN TLETT IJIEM Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO MARY MCGINNIS MORRIS

MARY LOU MORRIS Fl-għodwa tat-12 ta’ Ottubru tal-2000, Mary Lou Morris sellmet lil żewġha, Jay Morris, u telqet lejn ix-xogħol. Morris, li kellha 48 sena, kienet taħdem bħala loan officer maċ-Chase Bank fi Houston f ’Texas fl-Istati Uniti. Jay ċemplilha kemm-il darba iżda Mary la wieġbet u lanqas ċemplitlu lura. Żewġha beda jitħasseb u waranofsinhar ċempel il-bank fejn kienet taħdem u kif staqsa għaliha sar jaf li ma kinitx marret għax-xogħol u li anke l-kollegi tagħha pruvaw iċemplulha iżda ma bdietx twieġeb. Jay mill-ewwel ħass li xi ħaġa ma kinitx f ’postha u b’hekk ċempel lill-pulizija jirrapporta lil martu nieqsa. Ftit wara li għamel din it-telefonata, il-pulizija rċevew telefonata fejn qalulhom li kien hemm karozza qiegħda taqbad, tliet mili biss ’il bogħod minn fejn kienu joqogħdu Jay u Mary Lou Morris. Sar magħruf li filgħodu xi ħadd kien irrapporta lill-pulizija li kien hemm xi dħaħen f ’dik l-akkwata iżda l-Protezzjoni Ċivili ma marrux fuq il-post għax ħasbu li n-nar kien qiegħed jiġi kkontrollat. Meta l-pulizija waslu ħdejn il-karozza, huma sabu ġisem fin-naħa tax-xufier. Minħabba li kien intuża l-pitrolju u ngħata n-nar, il-ġisem ma setax jingħaraf. Kulma sabu bħala evidenza li l-katavru kien ta’ Mary Lou Morris kienet sinna għax il-portmoni u ċ-ċurkett taż-żwieġ kienu ttieħdu. Mill-awtopsja ma setgħetx tingħata konklużjoni ta’ x’wassal għall-mewt tagħha għax in-nar ħaraq l-evidenza kollha. Dawk li kienu jafu lil Mary Lou Morris ma setgħux jemmnu dak li kien ġara għax hi kienet maħbuba minn kulħadd. L-għada mis-sejba ta’ Mary Lou Morris, il-Houston Chronicle rċieva telefonata fejn raġel qalilhom li l-vittma nqatlet bi żball għax ma kinitx il-Mary Morris li riedu...

Tlett ijiem wara li nstabet Mary Lou Morris, instabet mejta fil-karozza tagħha Mary McGinnis Morris. Mary McGinnis Morris kienet infermiera ta’ 39 sena. Hi kienet taħdem ma’ korporazzjoni industrijali kbira u kienet tieħu ħsieb ukoll diversi kliniċi. Hi kienet miżżewġa lil Mike Morris u kellhom tifla. Morris u l-familja tagħha wkoll kienu jgħixu fi Houston f ’Texas. Morris kienet persuna dħulija u kienet tmur tajjeb mal-kollegi tax-xogħol, ħlief ma’ persuna waħda. Magħha kien jaħdem impjegat ġdid, Duane Young, li ma tantx kellu grazzja magħha u Morris kienet temmen li kien jasal biex iweġġagħha. Morris kienet saħansitra qalet lill-ħabiba tagħha, Laurie Gemmel, fuq Young u din tal-aħħar qalet li darba Morris sabet l-iskrivanija tax-xogħol ta’ taħt fuq u ħdejn l-inkwatru ta’ Morris kien hemm nota tgħid ‘mewt għaliha.’ Dakinhar li sabet din it-theddida, Morris qalet lil żewġha biex jgħallimha tuża pistola ħalli żżommha fil-karozza tagħha għal li jista’ jkun. Fis-16 t’Ottubru tal-2000, Morris ċemplet lil Gemmel u qaltilha li kienet fi spiżerija u kien hemm raġel li qabbadha l-biża’. Qabel qatgħet minn magħha qaltilha li se tmur sal-uffiċċju biex titfi l-kompjuter u tmur id-dar. F’inqas minn kwarta wara din it-telefonata, il-pulizija jirċievu telefonata mingħand Morris li kienet qed tiġi attakkata. Sakemm waslu l-pulizija fuq il-post, huma sabu lil Morris fil-karozza tagħha, imsawta u b’tir f ’rasha. Il-qattiel prova jpinġi x-xena bħala suwiċidju billi poġġa l-pistola fil-karozza fis-sit tal-passiġġier. Din il-pistola kienet l-istess waħda li kellha Morris taħt is-sit tax-xufier u hi kienet l-arma tad-delitt.

RABTA BEJN IŻ-ŻEWĠ DELITTI? Skont il-pulizija m’hemmx rabta bejn iż-żewġ delitti iżda l-qraba taż-żewġ familji u ħafna nies oħrajn ma jaħsbuhiex hekk. Ħafna nies jaħsbu li xi ħadd kien imqabbad biex joqtol lil Mary McGinnis Morris iżda bi żball qatel lil Mary Lou Morris. Bħala suspettat fil-qtil ta’ Mary McGinnis Morris kien hemm żewġha, Mike. Iż-żwieġ tagħhom ma kienx għaddej minn żmien sabiħ u Mike kien daħħalha f ’rasu li martu kienet qed tibdlu. Is-suspett kompla jiżdied hekk kif ma riedx jieħu test poligrafiku u ma ħalliex lill-pulizija jkellmu lil bintu. Apparti minn hekk, il-pulizija saru jafu li kien hemm polza tal-assigurazzjoni ta’ $700,000 fuq Mary McGinnis Morris u l-werriet ma kien ħadd ħlief żewġha. Sagħtejn wara li nqatlet, Mike ċemplilha u skont il-kumpanija tal-mowbajls, it-telefonata damet għaddejja erba’ minuti. Meta ġie mistoqsi dwar din it-telefonata, hu qal li ħadd ma wieġbu u li l-kumpanija kellha żball. Bħal fil-każ ta’ Mary Lou Morris, Mary McGinnis Morris ma kellhiex iċ-ċurkett taż-żwieġ fuqha u din kienet xi ħaġa li jagħmlu l-hitmen bħala prova li għamlu dak li ġie mitlub minnhom. Interessanti kif ħabib tal-familja qal li ra ċ-ċurkett ta’ Morris f ’idejn it-tifla tal-koppja u Mike qal li sabuh wara. Apparti Mike Morris, il-pulizija kellhom suspettat ieħor, Duane Young. Huma saru jafu li Young prova jagħmel il-ħsara lil Morris iżda kif ma rnexxilux telaq mix-xogħol. Minkejja dan, Young qal li hu ma kellux x’jaqsam mal-qtil ta’ Morris. Dawn iż-żewġ delitti għadhom mhumiex solvuti sal-lum il-ġurnata.


26

04.10.2020

one.com.mt

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

04.10.2020

one.com.mt

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 349

T. MALLIA - MARSA

709 Bi 3 Numri 757 088 791 092 826 156 828 190 895 281 460 B’4 Numri 483 0171 594 0418 625 0857 637

1241 1414 1544 2145 2860 2880 2912 3607 3635 4149 4266

4444 4766 5395 5417 5455 5498 6415 6694 6897 7493 7966

8632 8750 9644 B’5 Numri 05842 09881

346190 504427 539487 544950 649163 764422

Bi 8 Numri B’6 Numri 08126151 18346016 229472 18996716 261586

34942649 44447816 61052187 64978193 91964491

1. 4. 7. 9. 10. 12. 16. 18. 19.

Mimdudin: Sħab? (5) Kompli l-qawl: Fi Frar ix-xita bil....., u xogħol binhar (4) Ara 5 Kif issejjaħ lil Manwel (3) Żburżat! (6) Dellek (6) Kunjom (3) Risposta negattiva (2) Ara 6

20. 21. 23. 24.

Tittiekel nejja jew misjura (5) Wara li fittex hekk għamel (3) Ara 2 Ħares lejja (5)

1. 2,23. 3,17. 5,7. 6,19. 8.

Weqfin: Ħawwad? (6) Warrab (7) Għasfur (6) Kunjom (5) Wieħed li jaqra (6) Gżira Taljana (9)

11. 12. 13. 14. 15 17. 21. 22.

Missier (2) L-inizjali ta’ Charles Arrigo (1,1) Paul Lagana Inglott (1,1,1) Xbieha? (6) Ħajr (6) Ara 3 It-talb bit-Taljan kollu hekk jispiċċa: Cosi .... (3) Borża Ingliża (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Jifli, 4.Frar, 7,17.Skola, 9,18.Marki, 10.Marokk, 12.Grappa, 16,23. Nordiċi, 19.Lat, 20.Ħalib, 21.LAA, 24.Nitma

Weqfin: 1.Jumejn, 2,6.Farrak, 3,11.Ismar, 5.Rio, 8.Kappillan, 12,22.Granċ, 13.AKA, 14.Albert, 15.Stinka, 21.Lad


28

04.10.2020

one.com.mt

IL-KRIŻI LI FADLILHA Editorjal

Ir-riżultat tal-bieraħ fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit ma fissirx li dan issa huwa xi kapitlu magħluq. Lanqas xejn. Anzi pjuttost hu l-bidu ta’ fażi ġdida

Ir-referenza t’hawn fuq mhix għall-effetti tal-pandemija talCOVID-19. L-istess effetti li huma meqjusin bħala katastrofiċi minn ħafna pajjiżi u inqas għal xi wħud, bħal Malta, u li kawża tagħhom is-sena 2020 se tibqa’ mfakkra bħala dik li litteralment biddlet il-mod u l-istil ta’ ħajja umana madwar id-dinja kollha. Minflok qed nalludu għallkriżi politika fi ħdan il-Partit Nazzjonalista Malti li issa ilha tkarkar magħna s-snin, mhux xhur. Minbarra hekk, il-mewġa tagħha baqgħet dejjem tikber u tiggrava aktar ma avvanza ż-żmien, u jekk xejn, l-akbar dannu sofrut kien fuq is-saħħa demokratika ta’ pajjiżna. Ir-riżultat tal-bieraħ fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit ma fissirx li dan issa huwa xi kapitlu magħluq. Lanqas xejn. Anzi pjuttost hu l-bidu ta’ fażi ġdida, speċjalment meta jitqies li din l-elezzjoni kienet ukoll

sforzata u barra minn żmienha. Qabel sentejn oħra ma kinitx mistennija elezzjoni simili wara li tliet snin ilu t-tesserati tal-Partit kienu diġà għamlu l-għażla tagħhom u ddeċidew b’mod konvinċenti ħafna dak iż-żmien favur in-novizz Adrian Delia fuq l-istabbilit Chris Said. Bejn l-ewwel u t-tieni darba fi tliet snin li t-tesserati ntalbu jagħtu l-ġudizzju tagħhom f ’dan ir-rigward, kien hemm anke voti oħrajn interni ta’ fiduċja jew sfiduċja fil-konfront tal-istess Delia, li mill-2017 sab biss intoppi, ostakli u bsaten fir-roti, kif jaf kulħadd, sakemm ressquh fix-xifer u imbuttawh għal isfel. Li ma kienx għal zokk f ’tarf l-irdum li qabad miegħu (l-elezzjoni) bħala l-aħħar tama biex isalva l-pożizzjoni, allura kieku ilu li spiċċa. Dik kienet x-xew­ qa tal-establishment l-antik Nazzjonalista, magħmul minn maġġoranza ta’ deputati li

sfiduċjawh fil-pubbliku u anke sfidawh għall-aħħar dwell talbie­raħ bl-iskop uniku li jiġi determinat min mil-lum kellu jibqa’ jferfer, jekk hux huma jew hu. Issa li anke dak iz-zokk tqaċċat għal Delia u l-favorit tal-establishment sab l-appoġġ tat-tesserati, konvinti li se tissokta s-saga kontra s-suċċessi ta’ pajjiżna u kontra l-amministrazzjoni nazz­jonali Laburista, li hi l-għażla tal-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti u Għawdxi … u mhux ta’ xi 21,000 tesserat. Minkejja dan, il-ħidma talGvern xorta se tibqa’ miexja ’l quddiem, mingħajr is-sehem tal-Oppożizzjoni, eżatt bħalma ġara fl-aħħar seba’ snin. Il-poplu ta’ rieda tajba llum rassenjat u mhux se joqgħod jistenna u jittama fl-Oppożizzjoni sakemm din xi darba ssib is-sliem fi ħdanha. Wisq inqas se joqgħod jistenna u jittama sakemm ikol-

lu s-serħan tal-moħħ li jkun jista’ jibda jafdaha biex tikkontribwixxi għall-ġid komuni. Dan il-pajjiż, li, aħna kburin bih u ma niddejqux ngħidu li nagħmlu parti minnu (kontra l-fehma tal-Kap il-ġdid Nazz­ jonalista), ma jistax jieqaf jew joħroġ mit-triq li qabad fl2013 u kkonfermaha fl-2017, sempliċiment għax ċorma ta’ politiċi ddisprati lesti jibdlu r-regoli ta’ kull logħba biex jirbħu dejjem huma. Għaldaqstant, issa li nafu ferm aħjar lil min hemm wara Grech, ma nistgħux nistennew li ż-żmien li ġej ikun b’xi mod differenti milli kienu l-aħħar seba’ snin. Anzi, dawn issa rabbew iżjed ardir u arroganza mal-ħafna li diġà kellhom. M’għandniex dubju li żgur jaħsbu u jemmnu li r-riżultat tal-bie­raħ, saħħaħhom u għolliehom fuq pedestall minn fejn iħarsu aktar ’l isfel fuq il-bqija.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.