1 minute read

Charles Spiteri Charles Spiteri

Mument waqt ittifkira ta’ Ġanninu fil-Knisja Katidrali

Santa Ċeċilia: kunċert

Advertisement

Il-Fondazzjoni Santa Ċeċilja tellgħet kunċert fis-sala tallukanda Kempinski f ’San Lawrenz, bis-sehem ta’ string quartet u mużiċisti lokali oħrajn fosthom Milica Lawrence fuq il-pjanu, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Antoine Mercieca

Ħadu sehem is-sopran Alison

Gatt u t-tenur Georg Zammit b’siltiet mill-ġeneru tal-musicals, fosthom mużika tal-kompożituri Lloyd Weber, Schongerg, Justin Paul, Menken, Elton John, u Mercieca nnifsu

Kien kunċert li niżel tajjeb maludjenza li mliet is-sala Il-lejla ġiet ipppreżentata minn Lelio Spiteri

Fit-tmiem ingħata ħajr partikularment lid-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, li sponsorja l-attività

Għall-okkażjoni tnieda ktieb impressjonanti u dettaljat bil-kulur miġbur minn Mark-Anthony Poulton li juri lkartolini u enveloppijiet prodotti mill-Gozo Philatelic Society sa mill-1999 biex jitfakkru okkażjonijiet, u lbolol b’konnessi ma’ Għawdex, dejjem xogħol id-disinjatur residenti Anthony Grech.

L-okkażjoni nkludiet l-inawgurazzjoni temporanja ta’ wirja b’għażla tagħhom, u preżentazzjoni

25 sena sagristan fis-Sannat

F'għeluq il-25 sena ta' Pietru Borg bħala sagristan tal-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Margerita ta' Sannat, l-Arċipriet talParroċċa, Dun Michael Curmi, mexxa konċelebrazzjoni solenni, li għaliha kienu preżenti familjari u għadd kbir ta’ Sannatin

F’kelmtejn tal-okkażjoni l-arċipriet faħħar ħidmet Pietru u qal li dan dejjem għamlu b’imħabba kbira, devota u disinteressata

Lejn tmiem iċ-ċelebrazzjoni, l-arċipriet Curmi ppreżenta lil Pietru kwadru bixxbiha ta’ Santa Margerita (fuq) Wara saret laqgħa soċjali għal dawk preżenti