1 minute read

Il-laqgħat tal-anzjani; Il-mutur tal-komunitá

Il-komunitá Maltija fl-Awstralja hija kumplessa ħafna Il-lokalitajiet fejn hemm ir-residenti Maltin jew dawk ta’ dixxendenza Maltija huma mferxa ma’ dan il-kontinent ta’ kobar enormi. Tant hemm differenzi li ftit tista’ tipparaguna, anke bejn komunitajiet kbar bħal Victoria u NSW.

Il-komunitajiet evolvew ukoll L-emigrazzjoni minn Malta hija ħaġa tal-passat Rari jkollna xi emigrant gdid Għalhekk dħalna f ’perjodu mhux biss diffiċli imma wkoll ta’ sfida Kif se nassistu lil dawk li ilhom hawn żmien twil, dawk li waslu qrib tmiem ħajjithom? Dawk li illum għandhom iktar bżonn ta’ daqqa t’id u għajnuna ta’ bastun Fil-komunitá Maltija gew imnieda dawk il-gruppi essenzjali li jieħdu ħsieb u kura tal- anzjani Maltin Dawn huma l-magħrufa active Maltese senior social welfare day groups li spuntaw f ’kull stat Dawn Jiltaqgħu jew kull ġimgħa, kull xahar jew kultant. F’dan il-magazine nagħtu ħafna tagħrif ta’ fejn jiltaqgħu u jimirħu Dawn Saru lmutur tal-komunitá

Advertisement

Fost dawn il-gruppi mill-aktar attivi hemm is-St Albans South Senior & Social Club immexxi mill-enerġetiku Charlie Desira li f ’Jannar li għadda ġie onorat blOAM għax-xogħol li jagħmel mal-grupp li kważi kollha huma Maltin, u sintendi bħala fundatur tal-foodbank Loaves and Fishes proġett, li bih, kull ġimgħa jgħinu madwar 280 familja mal-parroċċa

XELLUG: Il-grupp tal-komunitá ta’ St Albans (Melbourne) kwazi kollha Maltin, jidhru qed jiddevertu f ’waħda mill-attivitajiet tagħhom.