1 minute read

Charles Spiteri Charles Spiteri Jum l-Ewropa

Bħala parti mill-attivitajiet relatati ma’ Jum l-Ewropa, l-uffiċċju tal-EUROPE DIRECT f ’Għawdex organizza ‘Europe Day in Gozo 2023’ fil-ġonna tal-Villa Rundle fil-Belt Victoria, fejn ingħata wkoll tagħrif dwar l-Unjoni Ewropeja

Advertisement

Bħala parti mil-Europe Direct Globe Air Quality Monitoring Programme, studenti minn ħames skejjel Għawdxin ippreżentaw irriżultati dwar studju li għamlu qrib l-iskejjel tagħhom dwar il-kwalitá tal-arja Saret ukoll diskussjoni fosthom dwar is-suġġett li ġiet moderata mill-koordinatriċi ta’ Globe Malta Ramona Mercieca

Fl-attivitá saru wkoll diskorsi minn Daniel Borg, Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozju Għawdija, Dr Mario Sammut, Kap tal-European Parliament Liason Office f ’Malta, Mark Vella, Kap tal-Komunikazzjoni fi ħdan ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropeja f ’Malta, u kif ukoll mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri (xellug) fl-attivitá dwar Jum l-Ewropa

Soleil Grech tesprimi t-tħassib dwar it-tniġġiż fl-arja, u għamlet suġġerimenti dwar kif wieħed jista’ jnaqqas il-livell ta' tniġġiż c

The Priests waqt l-intervista fuq ir-radju Bambina

It-trio The Priests fi żjara f ’Għawdex

It-tliet saċerdoti kantanti Irlandiżi, Fr Eugene u ħuh Fr Martin O’Hagan minn Claudy County Londonderry u Fr David Delargy minn Ballymena County Antrim li jiffurmaw it-trio The Priests għamlu żjara f ’Għawdex fejn ġew intervistati fuq ir-Radju Bambina tal-Kommunitá parrokkjali taxXagħra minn Lelio Spiteri

Huma tkellmu dwar l-impenn tagħhom qalb innies u kif iwettqu ħidma pastorali f ’parroċċi differenti fl-Irlanda ta’ Fuq Huma jużaw it-talenti tagħhom biex iwasslu l-messaġġ tal-Evanġelju permezz tal-kant

F’Għawdex iltaqgħu mal-Isqof tad-Djoċesi Mgr

Anton Teuma, u żaru s-Santwarju Nazzjonali talMadonna Ta’ Pinu, fejn iċċelebraw quddiesa talokkażjoni

It-tliet saċerdoti ħadu sehem ukoll f ’kunċert filKnisja Parrokkjali tax-Xagħra, imtella’ mill-JP2 Foundation.

Il-Gozo Flower Art Festival

F

’Għawdex ġie organizzat il-Gozo Flower Art Festival, festa ta’ arti bi fjuri, melħ u minerali oħra fi Pjazza t-Tokk u t-Telgħa tal-belt, Victoria (lemin) li fetħet b’konferenza u b’wirja fis-sala tal-Esebizzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex

Fil-festival kien jinkludi xogħol impressjonanti mill-Assoċjazzjoni Espressjonarti tar-raħal talGħarb, u ta’ għadd ta’ membri ta’ għaqdiet minn pajjiżi barranin, fosthom mill-Italja, Spanja, ilBelġju, il-Messiku u l-Gappun, li kienu apposta Għawdex għall-festival.