2 minute read

I l - L a b o r a t o r j u t a l - P a ċ i t a ’ P a t r i

Ma ssibx persuna f ’Malta li ma tafx bil-Laboratorju tal-Paċi f ’Ħal Far, ċentru imwaqqaf ‘il fuq minn 50 sena ilu minn Patri Dijonisju Mintoff Dan hu wkoll post ta’ serħan għal kull min ikun irid iqatta’ ftit tal-ħin tassew fis-sliem, billi jattendi għal quddiesa kkonċelebrata millistess patri fundatur, u wara jimrah fis-skiet u s-sliem idur mal-ġnien iffullat bis-siġar u t-tisfir tal-għasafar.

Imma aktar milli għall-Maltin, il-Laboratorju tal-Paċi, li jinsab fi Triq Ħal Far fiż-Żurrieq qrib fejn jgħixu ‘l biċċa ‘l kbira tar-refuġjati huwa l-kenn ta’ ħafna minn dawn l-istess emigranti (ġieli mfissra bħala klandestini li daħlu Malta bla invit biex jevitaw l-inkwiet ta’ pajjiżhom forsi mifni bil-gwerer jew imqar ġlied bejn dawk li askapitu ta’ nieshom u bla ma jimpurtahom lil min qed jgħakksu, iridu lpoter biex jieħdu r-riedni tal-pajjiż

Advertisement

L-għarfien li kiseb il-Laboratorju talPaċi, u l-fundatur tiegħu Patri Dionisju mill-Papa Franġisku meta s-sena l-oħra żar Malta, żied jinfirex ma’ għadd ta’ pajjiżi, imma d-deċiżjoni li dan l-aħħar tintefaħ fergħa tiegħu fl-Olanda turi tassew l-apprezzament ta’ dan il-pajjiż għal dak imwettaq f ’Malta. Forsi ftit wieħed seta’ jobsor li xi ħaġa bħal din seta’ isseħħ Imma seħħet, meta l-eqdem università flOlanda, l-Universitá ta’ Leiden f ’The Hague, nediet il-Laboratorju tal-Paċi tagħha fuq il-passi ta’ Patri Dijonisju, li minkejja l-etá tiegħu, fuq id-90, għadu mhux biss impenjat imma wkoll entużjażmat li jissokta jkabbar l-għarfien ta’ dak liLaboratorju tassew hu

Patri Dionisju mar f ’The Hauge u ingħata l-opportunitá li jitkellem dwar x ’wieħed għandu jagħmel ħalli jikseb il-paċi, u flistess ħin fisser il-ħidma tal-Laboratorju tal-Paċi f ’Malta

Patri Dijonisju Mintoff, li jiġi ħu l-eks Prim Ministru Dom Mintoff, qal flOlanda, li t-twaqqif tal-Laboratorju Globali tal-Paċi f ’dan il-pajjiż kien meħtieġ biex isostni fuq tliet pedamenti: l-edukaz- zjoni għall-paċi, id-djalogu għall-paċi u lformulazzjoni ta’ soluzzjonijiet kreattivi u prattiċi għall-kunflitti.

Il-Professur Giles Scott-Smith, id-Dekan tal-Università ta’ Leiden, li ħa wkoll sehem fl-inawgurazzjoni, fisser lil Patri Dijonisju bħala bniedem ġgant li għal għexieren ta’ snin ippromwova l-paċi dinjija

Dawk kollha li nafu mill-qrib lil dan ilpatri umli u segwejnieh mil-qrib, ma nistgħux ma naqblux mal-aġġettiv li tah il-Porfessur Tnejn u ħamsin sena ta’ ħidma kontinwa immirata għall-għan talpaċi bdiet fl-1971 meta Patri Djonisju, ħa wieħed mill-hangars tal-qawwa tal-ajru Ingliża f ’Ħal Far biex idawru f ’Ċentru ta’ Ħidma Pastorali favur il-Paċi Kien semmiegħ għall-Papa Ġwanni XXIII

Bil-għajnuna ta’ ħafna voluntiera l-post sar ġawhra Kompla jikber sena wara l-oħra u aktar art li qabel kienet żdingata ġiet maħduma u ddawret biex il-post sar kumpless li beda jissejjaħ il-Laboratorju talPaċi

Fil-post, forsi qabel mwarrab, ġie mdawwar f ’Ġenna tal-Art Hawnhekk saru u għadhom isiru ċ-ċerimonji kollha eklesjastiċi, inkluż żwigijiet, u niftakar qisu l-bieraħ l-ewwel żwieġ li sar fil-kappella f ’April tal-1972 li kien ikkonċelebrah Patri Dijonisju stess Niftakar kemm tħabtu l-għarajjes biex jippruvaw jiksbu l-permess tal-Arċisqof biex jużaw il-post għaċ-ċerimonja Sa flaħħar l-Arċisqof kellu jbaxxi rasu, u Agnes u Denis qatgħu xewqithom. Minn dakinhar il-post attira aktar żwiġijiet u funzjonijiet Imma forsi l-aktar espressjoni li ta’ min jgħożż kienet dik talPapa Franġisku meta ħa spunt taż-żjara filLaboratorju u qal li Malta hija l-qawwa taż-żgħar u l-pajjiż huwa LABORATORJU TAL-PAĊI Ikkonferma wkoll li Malta għandha sehem importanti fl-emigrazzjoni u fl-evanġeliżżazzjoni

It-tħejjijiet għaż-żjara ta’ Patri Dionisju fl-Olanda saru mid-diplomatiku Malti Robert Micallef

TAĦT: Il-kappella tal-Laboratorju tal Paċi