3 minute read

Vittmi tal-Interdett

Is-snin sittin u sebgħin f ’Malta kienu kkaratterizzati bilkwestjoni ħarxa bejn il-Partit Laburista mmexxi millPerit Dom Mintoff, u l-Knisja, jew aħjar il-Kurja, li kienet immexxija mill-Arċisqof, Mons Mikiel Gonzi.

Fost il-miżuri li l-Knisja kienet ħadet kontra dawk li kienu fit-tmexxja jew li taw l-appoġġ lill-Partit Laburista kien hemm dak tal-interdett, li l-ewwel li ngħata kien liżżagħugħ Lorry Sant li kien imexxi l-ġurnal taż-Żagħżagħ

Advertisement

Laburisti: The Struggle.

Aktar tard l-interdett ingħata wkoll lill-membri talEżekuttiv tal-Partit Laburista u lil oħrajn anke jekk biss kienu jaqraw il-gazzetti tal-partit

L-interdett kien ifisser li dak li jkun, jiġi maqtugħ għal kollox mill-Knisja u allura ma setax jirċievi s-sagramenti jew ikollu d-dar tiegħu mbierka Saħansitra, meta jmut ma setax jindifen fil-parti kkonsagrata taċ-ċimiterju, imma f ’dik imwarrba li kienet magħrufa bħala l- Miżbla

Fil-fatt għadd ta’ Laburisti, fosthom idDeputat mexxej tal-Partit Laburista’ ta’ dak iż-żmien, Ġużè Ellul Mercer messitu din ix-xorti (?) u spiċċa midfun hemmhekk.

Il-Kurja kienet ħarġet sanzjonijiet ukoll għall-partitarji attivi tal-Partit Laburista li ġew imċaħħdin milli jattendu funzjonijiet reliġjużi Dan wassal biex minħabba dawn is-sanzjonijiet għadd ta’ persuni kellhom jiżżewwġu fis-sagristija, mingħajr funzjoni proprja, jew inkella ma ngħatawx assoluzzjoni fil-qrar

Dak iż-żmien li tkun maqtuh mis-sagramenti, u li tindifen fil-miżbla kienet għajb kbir għax kollox kien iffukat fuq ir-reliġjon,

Il-ġnien wara l-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta fejn ġie ssuġġerit li jsir il-monument iddedikat lil vittmi tal-interdett u s-separazzjoni tas-setgħa bejn il-Knisja u l-Istat kienet għadha ħolma, u li bdiet tiġi proposta mill-Partit laburista Attwalment kien waħda mir-raġunijiet ewlenin li wasslet għal dawn il-kundanni min-naħa tal-Kurja

Maż-żmien il-Kurja ħadet passi biex tipprova tfejjaq din il-ġerħa billi l-Arċisqof Gużeppi Mercieca kien bierek dik li qabel kienet il-miżbla, xi ħaġa li saret ukoll millI-arċisqfijiet ta’ warajh, Mons Pawlu Cremona u wkoll dak preżenti, Mons Charles

J. Scicluna li saħansitra talab maħfra għal dak li għamlet il-Knisja dak iż-żmien

Iżda għal xi wħud dan ma kienx biżżejjed, tant li iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef kien ħareġ bl-idea li jsir monument lill-vittmi tal-interdett billi parti mill-ġnien li hemm wara l-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta tiġi dedikata lil dawn il-vittmi

Xi Ħdud ilu l-istess Micallef sostna li għalkemm kienu saru diskussjonijiet malKurja dwar din il-proposta, ma kien sar

Dan l-aħħar laqatni rapport interesanti fil-ġurnal elettroniku Talk mt dwar magħmudija li saret b’rit mhux tas-soltu, dak msejjaħ ir-rit tal-immersjoni xejn dwarha

Il-Kurja kienet pronta twieġeb u fi stqarrija li ħarġet spjegat illi fit-18 ta’ Mejju 2020, l-Arċisqof Charles Scicluna kien kiteb lill-ministru ta’ dak iż-żmien José Herrera fejn stqarr li l-Knisja kienet tappoġġa t-twaqqif ta’ monument bħal dan flispirtu ta’ għaqda nazzjonali

Iżda l-Kurja qalet ukoll li għal raġunijiet ta’ konfidenzjalitá dan m’għandux isir filĠnien tal-Palazz tal-Arċisqof, u ssuġġeriet lill-ministru ta’ dak iż-żmien biex monument bħal dan jitpoġġa f ’post pubbliku, u laqgħet il-proposta ta’ Dr Herrera li minflok, jintuża l-Ġnien tal-Mall fil-Furjana għal dan il-għan għax hu ċentrali u aċċessibbli.

Dan wassal għal tweġiba minn Micallef li baqa’ jsostni li l-Monument kellu jsir fejn ġie ssuġġerit oriġinarjament Nistennew u naraw se jiġri, iżda tkun ħasra li minħabba pika dwar il-post jintilef iċ-ċans li jsir monument lil dawn il-vittmi

Magħmudija b’differenza

sar fil-Parroċċa tal-Għasri Għawdex (ara ritratt) u sar f ’battisteru li huwa mobbli, u jista’ jittieħed minn parroċċa għall-oħra.

Ir-rit tal-magħmudija li aħna mdorrijin bih huwa dak li l-qassis li jkun qed jgħammed jimla speċi ta’ kuċċarun bl-ilma mbierek millbattisterju, imbagħad isawwab dan l-ilma fuq ras it-tarbija li jkun qed jgħammed

Fil-każ tar-rit tal-immersjoni, ilmagħmudija ssir billi t-tarbija jew min ikun jiġi mgħammed (għax jista’ jkun adult) jiddaħħal, jew jidħol, kollu kemm hu fl-ilma mbierek

Dan ir-rit huwa komuni ħafna fost il-membri tal-Grupp Neo Kattokmenali kif ukoll f ’diversi pajjiżi Ewropej fosthom l-Italja fejn fi Knejjes li ġew mibnija flaħħar snin saħansitra ġie inkluż fihom battisteru fejn tista’ ssir lmagħmudija b’dan ir-rit Il-każ irrapportat minn Talk mt,

Kull meta ssir magħmudija jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex titħares is-saħħa ta’ dawk li jitgħammdu permezz ta’ dan irrit. Dan billi wara li jitnaddaf sewwa u jimtela’ bl-ilma, isiru testijiet minn espert tal-pools li jiċċertifika li l-ilma huwa ħieles minn kull periklu għas-saħħa L-istess battisteru huwa mgħammar b’apparat li permess tiegħu tiġi rregolata t-temperatura tal-ilma

Skont il-kappillan tal-Għasri, Dominic Sultana, fejn saret il-magħmudija b’dan ir-rit lil tarbija u adult, il-proċess tal-magħmudija msejjaħ b’immersjoni hija xi ħaġa normali flistorja tal-knisja u li normalment isseħħ meta jkun se jitgħammed adult Fl-aħħar snin fid-Djoċesi ta’ Għawdex saru għadd ta’ magħmudijiet b’dan il-mod u f ’dan l-istess battisteru fil-parroċċi ta’ San Lawrenz, fix-Xagħra, il-Qala u f ’San Gorg