1 minute read

Il-ħitan tas-sejjiegħ

Il-ħitan tas-sejjieħ huma strutturi tipiċi Maltin li barra ssbuħija naturali tagħhom għandhom ukoll diversi funzjonijiet importanti, fosthom li jżommu l-ħamrija tal-għelieqi milli tinġarr mal-ilma, joffru kenn mir-riħ għas-siġar u l-uċuħ tarraba’, kif ukoll huma kenn għal eluf ta’ ħlejjaq żgħar, fosthom gremxul, wiżat, bebbux, eċċ.

Advertisement

Il-bini ta’ dawn il-ħitan tinħtieġ sengħa speċjali li minħabba li ftit kien fadal ħaddiema tas-sengħa, ftit ftit kienet qed tinqata’ b’ għadd ta’ ħitan jisparixxu, bejn minħabba li l-għelieq jingħataw għal-bini, kif ukoll għax meta jaqgħu dawn il-ħitan kienu jew jitħallew gozz ġebel, inkella jinbnew ħitan talġebel lixx, jekk mhux ukoll jiddeffsu xi briks

Fortunatament, l-awtoritajiet bdew jieħdu ħsieb biex is-sitwazzjoni ma’ tibqax sejra lura, allura nstabu ħaddiema li ġew imħarrġa ħalli jagħmlu dan ix-xogħol, u b’hekk, dawk il-ħitan tas-sejjeħ li waqgħu jew kienu fil-periklu li jaqgħu, issa qed jinbnew mill-ġdid

Dan il-proġett ingħata spinta qawwija f ’Għawdex fejn’ aktar minn tletin kilometru ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar il-gżira Għawdxija ġew mibnija mill-ġdid mid-Direttorat EkoGħawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Ixxogħol ġie ffinanzjat minn fondi Ewropej, bl-ispiża tlaħħaq aktar minn għaxar miljun ewro

Il-proġett ħa madwar sentejn u nkluda wkoll total ta’ madwar erbgħin triq b’diversi xogħlijiet estensivi ta’ bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ.

Sintendi, barra li fost kollox jipproteġi lħamrija u l-għelieqi, dan il-proġett isebbaħ ukoll b’mod dirett it-toroq rurali madwar il-gżira l-Għawdxija, J’alla li ibqgħu jittieħdu inizjattivi bħal dan il-proġett biex mhux biss inżommu ttradizzjoni, imma fl-istess waqt inżidu nsebbħu l-pajjiż, l-aktar il-kampanja Maltija u Għawdxija żwiġijiet isiru fl-Italja b’1.6 għal kull 1,000.

Ir-rata taż-żwieġ f ’Malta fl-2019 kienet ferm akbar, ta’ 5,3 għal kull 1,000. Jista’ jkun li t-tnaqqis fir-rata ta’ żwiġijiet f ’Malta fl-2020 kien minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19.

Kien hemm għadd konsiderevoli ta’ koppji li pposponew iż-żwieġ tagħhom f ’dik is-sena billi ma setgħux jiċċelebraw iż-żwieġ kif xtaqu

Sadanittant, fis-sena li għaddiet fil-Qrati ta’ Malta ġew ippreżentati 106 kawżi ta’ separazzjoni filwaqt li fil-Qorti t’Għawdex ġew ippreżentati 39 kawża.

Mill-kawżi lippreżentati fil-Qorti ta’ Malta għad hemm 99 minnhom pendenti filwaqt li sebgħa ġew deċiżi Fil-Qorti t’Għawdex għad hemm 25 li għadhom pendenti 14 li ġew deċiżi.

Aktar minn hekk, fis-sena li għaddiet ġew ippreżentati wkoll 327 kawża ta’ separazzjoni bonarja f ’Malta u 15 f ’Għawdex

Mill-kawżi ta’ Malta 309 ġew itterminati filwaqt; 18 għadhom pendenti F’Għawdex tmienja ġew itterminati u sebgħa għadhom pendenti