1 minute read

Il-kaċċa polemika fl-iskejjel

Il-kaċċa hija waħda mill-eqdem passatempi li hawn fid-dinja. Bdiet bħala bżonn, meta l-bniedem kien irid jikkaċċja biex jiekol, imma meta nstabu mezzi oħra biex wieħed irejjaq lilu nnifsu, il-kaċċa ma baqgħetx daqshekk bżonn, u nbidlet f ’delizzju F’Malta għandna eluf bdan il-passatemp, għalkemm imbagħad hemm eluf oħra li ma jistgħux għall-kaċċa, b’uħud minnhom, li kieku jistgħu jeqirduh għax għalihom hu tal-għasafar

Meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropeja, fejn hemm kontrolli qawwija fuq il-kaċċa, il-Gvern Malti ta’dak iż-żmien kien ġab dik li tissejjaħ daroga biex il-kaċċaturi jkunu jistgħu jkomplu jikkaċċjaw, imma taħt diversi kundizzjoni fosthom liema tajr jistgħu jikkaċċjaw u kemm il-tajr jistgħu joqtlu

Advertisement

Saħansitra, meta l-għajta kontra l-kaċċa kompliet ġie deċiż li jsir referendum, xi ħaġa li rari f ’Malta, biex jinstab jekk il-poplu kienx favur jew kontra l-kaċċa Ir-riżultat kien favur il-kaċċa

Issa dan l-aħħar tħabbar li l-Għaqda Kaċċaturi San Umbertu se tagħmel wirja dwar il-kaċċa f ’diversi skejjel li attwalment se tiġi mgħejjuna finanzjament mill-Ministeru għal Għawdex Il-wirja tikkonsisti f ’fuljetti u posters

Malli dan sar magħruf, l-għaqda Maltija, BirdLife Malta ħarġet tipprotesta bil-kbr għax sostniet li kien disgustanti u ta’ min jinkwieta dwaru, għax permezz tal-attività kienet se ssir promozzjoni talqtil tal-għasafar Ipprotestaw u nsistew mal-Ministru tal-Edukazzjoni biex iħassar l-attivitá

Il-Kummissarju tat-Tfal ukoll ħarġet kontra l-wirja Qalet li kienet imħassba dwar il-promozzjoni tal-armi fost it-tfal, u li dawn it-tip ta’ wirjiet jistgħu, involontarjament, jippromwovu l-użu tal-armi fost it-tfal Filwaqt li japprezzat il-fatt li l-kaċċa hi passatemp leġittimu, għandha tkun aċċessibbli biss għall-adulti

Sostniet li l-ġenturi għandhom kull dritt jitkellmu ma’ uliedhom dwar ilpassatemp u li jsir b’mod sigur u adattat u jiggwida lit-tfal li jmorru għal kaċċa biss meta jkollhom l-etá Fil-midja kien hemm kummenti kemm favur kif ukoll kontra

Min-naħa tal-Oppożizzjoni, ma saru l-ebda kummenti, u kien hemm min sostna li mhux ta’ b’xejn li l-Partiti politiċi jibżgħu li jitlfu l-vot tal-kaċċaturi u għalhekk joqogħdu lura milli jikkundannaw wirjiet bħal dawn

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Dr Clifton Grima ħareġ favur ilwirja, u sostnal li kellha ssir biex it-tfal jiġu esposti għal kulturi u tradizzjonijiet Maltija differenti

Min-naħa tagħha l-għaqda tal-kaċċaturi qalet li kellhom kull dritt li jgħaddu l-passatemp tagħhom lit-tfal, b'għaqal, u li “lanqas għandhom jingħataw tikketta ta' qattiela, kif jiġu mgħallma fliskola " Kif ukoll li fuq kollox Birdlife, li għandhom preġudizzju kontra l-kaċċa, ilhom jidħlu fl-iskejjel

Sostnew li l-wirja tagħhom hi dwar dak li hu tajjeb u li mhux, dwar il-kultura u l-benefiċċji, l-aspett kulinarju u anke il-ħidma tal-ambjent

Kif qalu wħud, forsi kien ikun aħjar li kieku l-Awtoritajiet ħasbu fil-bogħod u jekk ma riedux polemiċi bħal dawn, messhom żammew milli jagħtu permess lil Birdlife Malta jidħlu fl-iskejjel, għax setgħu pprevedew li llum jew għada l-għaqdiet tal-kaċċaturi kienu se jirreaġixxu u jitolbu li huma wkoll jingħataw iċ-ċans li jagħmlu xi attività fl-iskejjel