1 minute read

Wasal il-Karnival 17-21 February is Carnival time in Malta Daqsxejn ta’ storja ...

Fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann fil-gżejjer Maltin, il-Karnival kien, kemm għallpopolin, kif ukoll għall-kavallieri tal-Ordni Kien minn kmieni li l-karnival kien jintuża bħala okkażjoni ta’ tbaħrit u żufjett fid-deher

Advertisement

Biss jidher li l-imġieba talkavallieri f ’dawn il-jiem beda jaqbeż il-limitu u kien beda jdejjaq lil xi wħud, l-aktaer lil dawk li kellhom twemmin reliġjuż riġidu

Minħabba f ’hekk, fl-1639, ilGran Mastru Lascaris ħareġ bandu li bih ipprojbixxa, kemm lill-kavallieri milli jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival, kif ukoll lin-nisa milli jilbsu l-maskri

Kien hemm għadd ta’ kavallieri li ssuspettaw li l-aġir talGran Mastru kien instigat, kemm mir-rettur tal-Ġiżwiti Patri Tagliava, u minn Ġiżwita ieħor Patri Giacomo Cassia, li kien il-konfessur ta’ Lascaris. Bi tpattija, fil-Karnival ta’ dik is-sena, il-kavallier tal-Ordni Fra Giacomo Salvatico, libes ċoqqa ta’ Ġiżwita u beda jdur it-toroq b’xi kitba fuq dahru, ħalli jipprotesta kontra l-editt tal-Gran Mastru, u biex ukoll iżeblaħ lill-Ġiżwiti.

Dan il-kavallier kien akkum- panjat minn xi oħrajn sħabu li bdew taparsi jsawtuh fuq dahru bħallikieku qegħdin isawtu lil patri Ġiżwita. B’rużultat ta’ dan, il-kavallier ġie arrestat u mitfugħ fil-ħabs ta’ Sant Iermu Meta sħabu saru jafu b’dan. b’appoġġ lejh irvellaw, marru u daħlu l-Kulleġġ tal-Ġiżwiti fi Triq San Ġakbu (illum, fi Triq il-Merkanti l-belt Valletta), u bdew jarmu kull ma ġie f ’idejhom għal ġot-triq

Mhux hekk biss, imma lkavallieri bdew jinsistu li lĠiżwiti kellhom jitkeċċew minn Malta, għal kollox, u finalment, bejn tlettax u ħmistax mill-Ġiżwiti trikkbu fuq bastiment biex jiġu eżiljati lejn Sqallija

Imma jidher li l-istruzzjonijiet tal-Gran Mastru kienu mod ieħor Il-bastiment salpa lejn Kemmuna fejn baqa’ moħbi hemm għal xi jiem sakemm ilbiċċa kkalmat

Fl-aħħar, il-Ġiżwiti nġabu lura l-belt Valletta fejn damu xi żmien imsakkrin fil-kunvent, ’il bogħod minn għajn in-nies. Tant li l-knisja tagħhom baqgħet magħluqa sa Jannar tassena ta’ wara

(M. Galea, 1986, V. Zammit u J Grima, 1992, J Cassar Pulliċino, Frar 1995)