1 minute read

5 Statwi bi storja fuq iz-zuntier ta’ Santu Wistin

Fuq quddiem taz-zuntier tal-Kunvent ta’ Santu Wistin fir-Rabat hemm ħames statwi tal-ħaġar, erbgħa minnhom weqfin, u bust fuq il-bieb ewlieni tal-knisja,li kollha fihom storja, għalhekk tlabt lill-arkivista tal-Prijorita' Agostinjana Fr Peter Paul Cachia jagħtina xi tagħrif dwarhom.

Qalilna li l-istatwa bust fuq il-bieb ewlieni darba kienet wieqfa ma’ ta’ Santu Wistin, li saru f ’Ottubru 1771 mill-artist Giovanni Caruana, li għamel ukol San Mikiel fil-belt Valletta u ta’San Pawl ta’ linjam fir-Rabat ta’ Malta

Advertisement

Skont l-arkivju tal-kunvent, dawn l-istatwi mnaqqxa fil-ħaġra Maltija ġew jiswew (fi flus ta’ dak iż-żmien), 68 onze, u 2 onze u 29 tari għat-trasport mill-minjiera Benefatturi ħallsu madwar 40 onze mis-somma totali

L-istatwi l-oħra, tal-Madonna taċ-Ċintura, San Tumas ta’ Villanova u San Nikola ta’ Tolentinu saru mill-artist Anton