1 minute read

S t e n n i j a g ħ a l l - ħ i d m a M a l t i j a f i l - U N S C

Il-bidu tal 2023 ra dħul ta’ Malta bħala membru talKunsill tas-Sigurtá talĠnus Magħquda (United Nations Security Council) wara li Malta ġiet eletta f ’siġġu mhux permanenti fil-Kunsill għal perjodu ta’ sentejn wara votazzjoni li saret lejn tmiem tas-sena l-oħra

Din hija fit-tieni esperjenza ta’ Malta f ’dan l-irwol L-ewwel darba kien fil-perjodu bejn l-

Advertisement

1983 u l-1984

Id-dħul ta’ Malta f ’dan il-Kunsill – li hi t-tieni esperjenza tagħha f ’dan l-irwol mhux biss ntlaqa’ tajjeb, imma saħansitra espert tan-Ġnus Magħquda, qal li flimkien mal-Isvizzera Malta se terfa’ piż kbir u mportanti f ’dan il-Kunsill

Richard Gowan, uffiċjal fi lorganizzoni qal li, f ’dan il-perjodu, bejn issa u l-2024, pajjiżna jista’ jmexxi ’l qud- diem l-aġenda tal-istati żgħar, tal-Karibew u tal-Paċifiku biex jindirizzaw l-isfidi tat-tibdil filklima

“Being a small island state at the UN has benefits as well as challenges Malta can rally the Caribbean and Pacific small island states to support it on issues such as addressing the security implications of climate change,” qal Gowan

L-espert qal lil Euronews li pajjiż żgħir mhuwiex ta’ żvantaġġ għall-Kunsill, għax pajjiżi żgħar ġeneralment jibagħtu laħjar diplomatiċi Huwa żied jgħid li Malta għandha tim tajjeb ta’ diplomatiċi fi New York, il-post fejn jiltaqa’ l-Kunsill tasSigurtà

Qal ukoll li fl-aħħar sena, Malta żiedet l-għadd ta’ diplomatiċi, filwaqt li investiet ukoll fit-taħriġ biex tħejji bl-aħjar mod lil dawn id-diplomatiċi.