The Valletta 2018 Cultural Programme

Page 58

VALLETTA 2018

EUROPEAN CAPITAL OF CULTURE

SERATA GĦANA U LEJLA RAP 17 August 2018 // Workshop: A Nostalgic Artistic Vision to Modern Art 18 August 2018 // Performance: Serata Għana u Lejla Rap Ġnien San Girgor, Żejtun

c. Emma D’Anastasi

From medieval music to traditional Maltese Għana and contemporary rap, different artists come together in one night that showcases a diversity of styles that evolved from traditional music and singing. Locally known as il-benniena tal-għannejja (the cradle of the singers), the charming village of Żejtun makes for an intimate setting in which different communities meet to blend, compare and contrast rich performances, including: sets by the Medieval-inspired band Bibita, the hip hop duo Marmalja and electronic artist Yews; traditional Għana and Makjetta sessions; an open mic segment with the literary group Spazjarti; and a beat-box and spirtu pront session inspired by words from the audience. A collage and creative writing workshop will also be held in preparation for the main event. Created and Organised by // Maħluq u Organizzat minn: Rachelle Deguara Supported by // Bl-Appoġġ ta’: Valletta 2018

SERATA GĦANA U LEJLA RAP 17 ta’ Awwissu 2018 - Workshop: Minn Viżjoni Nostalġika Artistika għall-Arti Moderna 18 ta’ Awwissu 2018 - Prestazzjoni: Serata Għana u Lejla Rap Fi Ġnien San Girgor, iż-Żejtun

Minn mużika Medjevali għall-Għana tradizzjonali Malti u rap kontemporanju, artisti differenti se jingħaqdu flimkien f’lejla waħda biex juru d-diversità fl-istili li evolvew mill-mużika tradizzjonali u mill-kant. Ir-raħal sabiħ taż-Żejtun, magħruf lokalment bħala l-benniena tal-għannejja, joffri ambjent ideali fejn komunitajiet differenti jiltaqgħu biex iħalltu, iqabblu u joħolqu kuntrast permezz ta’ rappreżentazzjonijiet mill-aktar rikki. Dan kollu jinkludi: sett

mużikali Medjevali mill-banda Bibita, id-duo tal-mużika hip hop Marmalja, l-artista tal-mużika elettronika Yews, sessjonijiet tradizzjonali ta’ Għana u Makjetta; wirja b’taħlita ta’ mużika u letteratura mill-grupp Spazjarti; u sessjonijiet ta’ ħsejjes vokali u spirtu pront ispirati minn fomm l-udjenza preżenti. Bi tħejjija għall-avveniment prinċipali, se jsir workshop dwar it-teknika fil-produzzjoni tal-arti viżiva u l-kitba kreattiva.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.