The Valletta 2018 Cultural Programme

Page 226

VALLETTA 2018

EUROPEAN CAPITAL OF CULTURE

SEE YOU IN 2019! Our tenure as European Capital of Culture may only last twelve months but the coming of the New Year won’t mean goodbye. Valletta 2018 is a catalyst for change, a transformative moment for the arts and culture on our Islands that drives us to keep the creative fire alive – through new and ongoing projects, research, feedback and continuous dialogue. For making this dream possible the Valletta 2018 Foundation wishes to thank all its dedicated partners, contributors, artists, volunteers and audiences, who supported the Cultural Programme from kick-off to closure – Valletta 2018 wouldn’t have been possible without you! In 2019, the Foundation will devote its energies to exploring and building upon the cultural, social and economic legacy of the European Capital of Culture. In this light, the networks and relationships forged between the programme’s early days and its final bow at the end of 2018 are just the beginning. They’re the springboard to a dynamic cultural scene that has the power to evolve, expand and thrive for years to come.

NARAWKOM FL-2019! Veru li l-mandat tagħna bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura huwa biss ta’ tnax-il xahar, iżda mas-Sena l-Ġdida ma jfissirx li ser jieqaf kollox. Valletta 2018 ser isservi ta’ katalist għall-bidla, mument ta’ trasformazzjoni għall-arti u l-kultura fuq il-Gżejjer tagħna li jħeġġiġna nkomplu nsaħħu l-kreattività – permezz tal-proġetti diġà eżistenti u oħrajn ġodda, ir-riċerka, ir-rispons u

d-djalogu kontinwu. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tixtieq tirringrazzja lill-imsieħba, lill-kontributuri, lill-artisti u lill-voluntiera li ħadmu bi ħġarhom biex din il-ħolma ssir realtà, u lill-udjenzi kollha li kienu ta’ appoġġ għall-Programm Kulturali mill-bidu sal-aħħar – mingħajrkom, Valletta 2018 ma kinitx tissarraf f’dan is-suċċess! Fl-2019, il-Fondazzjoni ser tiddedika

l-enerġiji tagħha biex tesplora u tibni fuq il-wirt kulturali, soċjali u ekonomiku tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Fid-dawl ta’ dan, in-netwerks u r-relazzjonijiet li nħolqu bejn l-ewwel jiem tal-programm u l-aħħar tislima fi tmiem l-2018 huma biss il-bidu. Dawn ser jissarrfu fl-ispinta meħtieġa għal xena kulturali dinamika li jkollha s-saħħa tevolvi, tespandi u tiffjorixxi fis-snin li ġejjin.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.