The Valletta 2018 Cultural Programme

Page 199

2018 Cultural Programme

Encounters

196 \ 197

The infrastructural development supported by Valletta 2018 relates to the creation of support networks for creative practice as well as the creation and renovation of physical spaces suitable for cultural events. For this reason, a series of festivals and creative networks are being co-produced and promoted internationally throughout the year. Meanwhile, several of Valletta’s treasured but underused spaces are also being restored and renovated for use by the culture sector and existing platforms are also receiving vital makeovers that make them more accessible to diverse audiences. The Valletta Design Cluster shall be housed in il-Biċċerija Antika, or the Old Abbatoir site, on St Christopher Street corner with Bull Street, Valletta. The site is being transformed into a hub for community and economic development thanks to the support of the European Regional Development Fund and is projected for completion in April 2019. With a focus on design activity in Malta and Gozo, this platform will provide space and support for design practices and creative start ups and organisations, while forging connections with creative collaborators and urban regeneration projects overseas.

L-iżvilupp infrastrutturali sostnut minn Valletta 2018 jirrelata kemm mal-ħolqien ta’ netwerks t’appoġġ għal prattiki kreattivi kif ukoll mal-ħolqien u r-rinnovazzjoni ta’ spazji fiżiċi adegwati għal avvenimenti kulturali. Għal din ir-raġuni, serje ta’ festivals u netwerks kreattivi qed jiġu koprodotti u rreklamati internazzjonalment matul is-sena. Sadanittant, bosta spazji miżmuma tajjeb iżda li ma kinux jintużaw daqstant

qed jiġu restawrati u rinnovati wkoll biex jintużaw mis-settur kulturali, flimkien ma’ pjattaformi eżistenti li wkoll qed isirilhom tibdil vitali sabiex ikunu aktar aċċessibbli għal udjenzi differenti. Il-Valletta Design Cluster ser tkun stazzjonata fil-Biċċerija l-Antika li qegħda fi Triq San Kristofru kantuniera ma’ Triq il-Gendus, il-Belt Valletta. Is-sit qed jiġi ttrasformat f’ċentru għall-iżvilupp ekonomiku

u tal-komunità grazzi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mistenni jitlesta f’April tal-2019. Iffukat fuq l-attività tad-disinn kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, dil-pjattaforma ser tipprovdi spazju u appoġġ lil prattiki tad-disinn u lil negozji ġodda u organizzazzjonijiet kreattivi, waqt li jinħolqu u jissaħħu konnessjonijiet ma’ kollaboraturi kreattivi u proġetti ta’ riġenerazzjoni urbana lil hinn minn xtutna.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.