The Valletta 2018 Cultural Programme

Page 19

2018 Cultural Programme

Introduction

016 \ 017

FUTURE BAROQUE

VOYAGES

Future Baroque is a way of life – an extravagance that’s part and parcel of our daily rhythms. Our capital speaks the language of the Baroque as loudly as its architecture. Today, communities engage with the fabric of the city as it is developed and rethought across time, making it a stage where life and ideas are constantly evolving; the colourful banners that line the streets may boast of material riches, but they also create spontaneous soundscapes of revelry and joy, a spirituality suspended between tradition and the contemporary. The art of spectacle is what Future Baroque brings to Valletta 2018.

Valletta 2018 is an opportunity to celebrate life and creativity in our capital while nurturing vital dialogue; it provides a space in which to challenge dominant perspectives, and extends a hand of friendship to all artists and creatives. As we strive to recreate a sense of belonging in an age of cultural diversity, we have the power to give diverse communities a platform for expression and the necessary networks to support meaningful exchange.

BAROKK FUTUR

VJAĠĠI

Il-Barokk Futur huwa mod ta’ għajxien – stravaganza integrali mir-rutina tagħna. Il-belt kapitali tagħna titkellem l-istess lingwa Barokka tal-arkitettura tagħha. Illum il-ġurnata, il-komunitajiet jinteraġixxu mal-belt hi u tiżviluppa u tinħaseb mill-ġdid. Għalhekk, il-Belt Valletta ssir palk li fuqu joqogħdu l-ħajja u l-ideat li jevolvu u jibqgħu jiżviluppaw sakemm jieħdu xejra oħra; l-ornamenti mlewna, bħall-pavaljuni mtellgħin fit-toroq għall-karnival jew għall-festa, jiftaħru b’rikkezza liema bħalha, imma joħolqu wkoll fratterija spontanja ta’ ferħ u divertiment li tpaxxi ’l widnejn, tip ta’ spiritwalità sospiża xi mkien bejn it-tradizzjonali u l-kontemporanju. Il-Barokk Futur iwassal l-arti tal-ispettaklu lil Valletta 2018.

Valletta 2018 hija opportunità biex niċċelebraw il-ħajja u l-kreattività fil-belt kapitali waqt li nippromwovu djalogu vitali; tipprovdi spazju fejn jiġu sfidati perspettivi dominanti, u toffri għajnuna u ħbiberija lill-artisti u l-kreattivi kollha. L-ispirtu tal-Vjaġġi jikkomunika sens ta’ miġja, ta’ ġabra mal-wasla, u ta’ solidarjetà – jirrappreżenta spazju pożittiv li kapaċi jospita inkontri sinifikanti mal-ġirien tiegħu u jħeġġeġ inkontri bejn il-ġirien infushom, kemm fil-Mediterran kif ukoll lil hinn minnu. Waqt li nħabirku biex noħolqu mill-ġdid sens t’appartenenza fi żmien ta’ diversità kulturali, għandna wkoll is-setgħa li nipprovdu pjattaforma għall-espressjoni u l-kuntatti neċessarji lil komunitajiet differenti biex jiġu appoġġjati skambji ta’ valur.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.