The Valletta 2018 Cultural Programme

Page 152

VALLETTA 2018

EUROPEAN CAPITAL OF CULTURE

MALTA INTERNATIONAL JAZZ FESTIVAL // JAZZ ON THE FRINGE July 2018 Valletta

c. Stefano Vella Photography

The Malta International Jazz Festival is undoubtedly one of the more eclectic musical celebrations in the Valletta 2018 Programme. Bringing together some of the best Maltese and international artists, this event promises to thrill its audience with contemporary jazz styles that are currently dominating the musical scene. Each year, the festival brings a variety of world-renowned artists to perform in the capital city, with previous editions having hosted world-class performers such as Wayne Shorter, Herbie Hancock, Michael Brecker and Brad Mehldau. With a variety of gripping main sets and fringe events staged under Malta’s starry summer sky, the Malta International Jazz Festival has become a staple favourite on the local cultural calendar. Created and Organised by // Maħluq u Organizzat minn: Arts Council Malta // Kunsill Malti għall-Arti Supported by // Bl-Appoġġ ta’: Valletta 2018

MALTA INTERNATIONAL JAZZ FESTIVAL // JAZZ ON THE FRINGE F’Lulju 2018 Il-Belt, Valletta

Il-Malta International Jazz Festival huwa bla dubju wieħed mill-aktar ċelebrazzjonijiet mużikali eklettiċi fil-Programm ta’ Valletta 2018. Billi jlaqqa’ flimkien xi wħud mill-aħjar artisti lokali u internazzjonali, dan l-avveniment iwiegħed li jqanqal lill-udjenza tiegħu bi stili ta’ jazz kontemporanju li qegħdin jiddominaw ix-xena mużikali fil-mument. Kull sena, il-festival iġib fostna varjetà ta’ artisti

ta’ fama dinjija biex idoqqu fil-belt kapitali – l-edizzjonijiet preċedenti ospitaw artisti ta’ livell dinji bħal Wayne Shorter, Herbie Hancock, Michael Brecker u Brad Mehldau. B’varjetà ta’ settijiet ewlenin eċċitanti u b’għadd ta’ avvenimenti marġinali mtella’ taħt is-sema mkewkeb ta’ Malta, il-Malta International Jazz Festival sar wieħed mill-avvenimenti favoriti ewlenin fil-kalendarju kulturali lokali.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.