3 minute read

Tkompli f’paġna

L-EFFETTI TA’ MIŻURI POŻITTIVI

Tkompli minn paġna 1 Sussegwentament l-għadd ta’ persuni qiegħda baqa’ jonqos b’mod kostanti sakemm intlaħaq minimu ta’ 1,616 f’Ġunju tal-2019. Wara dak ix-xahar, in-numru ta’ dawk jirreġistraw reġa’ beda jiżdied ftit ftit, tant li fi Frar 2020 kien ilaħħaq l-1,659 persuna.

Advertisement

Kif mistenni, il-pandemija wasslet għal daqqa ’l fuq fil-qgħad u sa Mejju tal-2020 dan kien laħaq tela’ għal 4,409 persuni jirreġistraw għax-xogħol. B’hekk morna lura għal kif konna fil-bidu tal-2016.

Irid jiġi rrimarkat li f’dak il-perjodu tal-bidu tas-sena li għaddiet il-Gvern kien qed jingħata tbassir differenti, tant li kien hemm dawk li bassru li l-qgħad seta’ faċilment jitla’ għal-livell ta’ 50,000 persuna qiegħda, li hu livell astronomiku għal popolazzjoni żgħira bħal tagħna.

Minflok, wara t-tħabbir tal-Pjan għar-Riġenerazzjoni Ekonomika ta’ €900 miljun fil-bidu ta’ Ġunju 2020, li inkluda fost oħrajn l-akbar għajnuna lin-negozji u lill-industriji biex ikunu jistgħu jsostnu l-pagi tal-ħaddiema meta ma kellhom l-ebda tip ta’ dħul finanzjarju, ilqgħad qabad it-triq tan-niżla biex issa għandna l-inqas numru fl-istorja ta’ nies ifittxu impjieg.

Fl-aħħar leġiżlatura Nazzjonalista, dik bejn l-2008 u l-2013, il-politika ta’ awsterità adottata mill-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi kienet wasslet biex xokk ekonomiku, li kien ferm inqas qawwi minn dak tal-pandemija, tella’ l-qgħad minn 5,861 f’Ġunju tal-2008 għal xejn inqas minn 7,900 fi Frar ta’ sentejn wara.

Sussegwentement hekk kif l-ekonomija rkuprat, il-qgħad naqas ftit, iżda sa Marzu 2013 kien għadu fil-livell ta’ 7,350. Fil-fatt, kellu jkun April tal-2015 u l-bidla qawwija fil-politika ekonomika talGvern Laburista biex pajjiżna reġa’ kellu l-qgħad fl-istess livell li kien f’Ġunju 2008. Dan ifisser li x-xokk ekonomiku tal-2008 kien dam 72 xahar biex spiċċa l-impatt tiegħu fuq il-qgħad.

Imqabbel ma’ dan, ix-xokk ferm akbar tal-pandemija globali talCOVID-19 kellu impatt fuq il-qgħad f’pajjiżna għal 16-il xahar biss.

Il-politika progressiva tal-amministrazzjoni Abela mhux biss wasslet biex, anke fl-eqqel tal-pandemija, il-qgħad lokali dejjem baqa’ taħt il-medja storika ta’ 6,000 persuna, imma talli t-tul tal-impatt fuq is-suq tax-xogħol kien kważi ħames darbiet inqas. Fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena d-dħul tal-Gvern mill-VAT żdied b’€125 miljun, frott l-irkupru ekonomiku

DEFIĊIT INQAS FL-EWWEL SEBA’ XHUR … MINĦABBA T-TKABBIR EKONOMIKU

Mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 f’pajjiżna, il-Gvern investa bl-akbar mod biex isostni lill-ekonomija nazzjonali u b’riżultat ta’ dan l-Istat Malti rreġistra titjib fid-defiċit ta’ €169 miljun fil-Fond Konsolidat fl-ewwel seba’ xhur tas-sena meta mqabbel malistess perjodu sena ilu.

Minkejja l-imxija globali, li għattnet numru ta’ pajjiżi, u r-restrizzjonijiet relatati, id-dħul tal-Gvern Malti kien aktar minn nofs biljun ewro aqwa mill-istess xhur fl-2020. Waqt li kien hemm xi tnaqqis fid-dħul minn liċenzji, kif ukoll inqas flus minn grants, id-dħul mit-taxxi kiber b’rata qawwija.

Fil-fatt, jirriżulta li d-dħul mill-VAT żdied b’€125 miljun, dak mill-Income Tax tela’ b’€284 miljun, mentri mill-bolla l-Gvern daħħal €113-il miljun aktar. Dawn huma ammonti akbar mhux biss mill-2020, imma saħansitra aktar milli kien inġabar fl-2019, jiġifieri qabel bdiet il-pandemija.

Dan, jekk xejn, jikkonferma li l-qagħda tal-familji u n-negozji qed tirpilja sew. Mhux biss qed ikunu jistgħu jħallsu lura t-taxxi differiti s-sena li għaddiet, imma saħansitra qed iħallsu taxxi aktar minħabba li d-dħul tagħhom żdied, frott ir-rata ta’ rkupru tal-ekonomija.

Filwaqt li d-dħul qed jirkupra, prova ta’ kemm kien għaqli l-Gvern Laburista li fl-aħħar xhur ma jadottax politika ta’ awsterità nazzjonali, xorta kompliet tiżdied sew l-ispiża mill-Istat bil-għan li s-sistema tassaħħa pubblika tingħata aktar riżorsi u tiġi sostnuta l-ekonomija, fost oħrajn. Fil-fatt, l-ispiża rikorrenti laħqet rekord ta’ €3.1 biljun fl-ewwel seba’ xhur tas-sena.

Dan hu tliet darbiet in-nefqa li kellu l-Gvern Nazzjonalista fl-istess xhur fl-2009, meta kien iffaċċja kriżi ekonomika b’miżuri ta’ awsterità u piż

akbar fuq il-familji u n-negozji. Kontra l-fatt li l-pajjiż kien dam snin twal ibati l-konsegwenzi tal-kriżi 12-il sena ilu, illum diġà qed jirnexxilna nirkupraw mid-daqqa ferm akbar tal-pandemija. L-unika spiża li qed inaqqas il-Gvern hi dik tal-imgħax fuq dejn pubbliku. Mentri fl-ewwel seba’ xhur tal-2013 kien intefaq €131 miljun fuq hekk, fl2021 tħallsu €104 miljun. Dan għax il-fiduċja qawwija fit-tmexxija fiskali wasslet biex il-Gvern ikun jista’ jissellef b’rati inqas. Fl-istess ħin, biex ukoll jagħi spinta lill-ekonomija u jitkompla l-pjan ambizzjuż ta’ investiment infrastruttuId-dħul tal-Gvern mill-VAT, l-Income Tax u rali, kif ukoll diversi proġetti biex jissaħħaħ is-servizz tas-saħħa, il-Gvern nefaq €323 miljun fuq spiża kapitali. l-Bolla fl-ewwel seba’ xhur Dan hu 15% aktar mill-ammont minfuq kien aħjar mill-istess perjodu qabel bdiet qabel il-pandemija. Din hi l-aqwa konferma ta’ kemm il-Gvern hu kommess lejn l-ekonomiil-pandemija ja ta’ pajjiżna. Waqt pandemija, mhux talli qed inaqqas l-investiment, imma aċċellera l-pass f’dan ir-rigward. Dan qed isir biex, malli tispiċċa l-isfida tal-COVID-19, l-ekonomija tkun tista’ terġa’ titlaq tiġri permezz ta’ infrastruttura ġdida li tippermetti u tħejji lill-pajjiż għal prosperità ġdida.

More articles from this publication:
This article is from: