1 minute read

€1M GĦAL PROĠETTI ĠODDA MINN NGOs

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur ta ftit inqas minn €1 miljun f’fondi lill-għaqdiet volontarji biex iwettqu 87 proġett ġdid fil-komunità, bħala parti mill-Iskema tal-Proġetti tal-Organizzazzjonijiet Volontarji (VOPS) u s-Small Initiative Support Scheme (SIS).

Waqt iċ-ċerimonja annwali, għaqdiet volontarji li jvarjaw minn setturi bħas-saħħa, il-mużika, l-isport, l-edukazzjoni, il-kultura u d-drittijiet ċivili ġew ippreżentati bl-għotjiet rispettivi tagħhom. Il-proġetti jvarjaw minn tisħiħ tal-inklużjoni għall-persuni b’diżabilità, għarfien dwar ambjent sostenibbli u l-promozzjoni tal-arti u l-kultura fl-ibliet u l-irħula tagħna, fost oħrajn.

Advertisement

L-għaqdiet volontarji kollha huma rreġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji biex ikunu eliġibbli għall-fondi.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur

Julia Farrugia Portelli qalet li dawn is87 proġett fil-komunità se jfissru differenza pożittiva fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. “Dan l-investiment ta’ ftit inqas minn €1 miljun hu xhieda ċara tal-fiduċja kbira li l-Gvern għandu fl-għaqdiet volontarji u fil-voluntieri. Nemmnu bis-sħiħ li kull proġett ġdid li se jkun qed jimmaterjalizza se jkun qed itejjeb jew isaħħaħ xi aspett minn ħajjitna sew jekk hu ambjentali kif ukoll jekk huwa soċjali. Kommessi li nkomplu mhux biss insaħħu lill-għaqdiet volontarji iżda naħdmu lkoll flimkien biex nibnu settur volontarju sostenibbli għal-lum u għal għada.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju Mauro Pace Parascandalo qal li filwaqt li permezz ta’ dawn il-fondi nkomplu nsostnu lis-Settur tal-Volontarjat, dan isir b’impenn lejn dik li hi trasparenza u kontabilità bil-fondi pubbliċi.

L-għotjiet lill-għaqdiet volontarji ġew ippreżentati mill-Ministru Julia Farrugia Portelli, u Mauro Pace Parascandalo, Kap Eżekuttiv tal-MCVS fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur

Nancy Caruana, Dr Noel Camilleri, Chairperson tal-MCVS, u Jesmond Saliba, Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji.

Il-Ministru Farrugia Portelli tindirizza lill-għaqdiet ippreżentati bl-għotjiet tal-Gvern għal 87 proġett fil-komunità

L-investiment hu xhieda ċara tal-fiduċja kbira fil-volontarjat u l-NGOs

This article is from: