4 minute read

KRITIKA INĠUSTA FIL-KONFRONT TAL-PRIM MINISTRU

u lanqas mill-Kabinett. Deċiżjoni li bħalha la Lawrence Gonzi u lanqas Bernard Grech ma kienu kapaċi jieħdu meta l-partit tagħhom ħtiġilhom li jagħmlu dan fil-konfront ta’ wħud li kienu qed ifixklu t-tmexxija tagħhom jew inkella meta feġġew allegazzjonijiet ta’ każijiet fuq oħrajn.

Sur Editur, Fuq il-ħnieżer qabduha ’k Alla jrid dawn l-intamati. U qażżu l-qażquż li kienet trabbi bużnannithom issa. Ara vera jinsewh żmienhom!

Advertisement

Meta tisma’ u taqra l-kritika tal-Oppożizzjoni fil-konfront ta’ Robert Abela tibda taħseb li jew m’għamel xejn kemm ilu Prim Ministru jew inkella li kull deċiżjoni li ħa, ħadha f’xi interess personali u kontra l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi. Dan forsi biex inessu dak li għadda minnu pajjiżna sa minn Jannar tal-2020.

Robert Abela ġie elett Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru ta’ Malta f’Jannar tal-2020. Dan fi żmien meta pajjiżna kien għaddej minn turbulanzi politiċi, żmien meta konna qed nassistu għall-protesti fit-toroq, żmien meta kien hemm min beda jipprova jgħid li l-istituzzjonijiet f’pajjiżna ma kinux qed jaħdmu, żmien meta għajnejn l-Ewropa żgur, jekk mhux ukoll id-dinja, kienu fuqna, anki minħabba kultant, l-isproporzjonalità tal-Oppożizzjoni biex dejjem tpinġi lil pajjiżna bl-iktar mod ikrah barra minn xtutna.

Biex bħal donnu dan ma kienx biżżejjed, fis-7 ta’ Marzu tal-istess sena, Malta rreġistrat l-ewwel każijiet tal-COVID-19 fostna. Dan kien bidu ta’ 24 xahar fejn l-ekonomija Ewropea, u dinjija tista’ tgħid iġġammjaw. Il-previżjoni dak iż-żmien kienet li pajjiżna se jara għexieren ta’ eluf infettati u eluf oħra li jitilfu ħajjithom.

F’inqas minn sentjen wara dan, assistejna wkoll għal gwerra ftit ’il bogħod minn xtutna li l-impatt tagħha wkoll kien wieħed negattiv fuq sfera globali. Impatt, li għax aħna ma ngħixux f’bozza, inħass b’mod negattiv minna wkoll.

Id-domanda hija waħda: X’għamel Robert Abela quddiem dan kollu?

Fil-ftit spazju li għandna ejjew nibdew naraw x’deċiżjonijiet ittieħdu millPrim Ministru biex illum, (i) hawn stabbiltà politika, (ii) ekonomija fost l-aqwa fl-Ewropa u (iii) stabbiltà ta’ prezzijiet u trażżin fl-għoli tal-ħajja.

F’dak li jirrigwarda l-ambjent politiku li kellna lura fl-2020, Robert Abela, bħala Mexxej tal-Partit, fost l-ewwel deċiżjonijiet li ħa kien li sejjaħ laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali, fejn talab is-sapport waqt diskussjoni matura, sabiex l-Eks Ministru Konrad Mizzi ma jibqax jifforma parti mill-grupp parlamentari Laburista

Jekk se mmorru għall-perjodu tal-pandemija, Robert Abela, anki jekk mingħajr lini gwida għax il-pandemija kienet xi ħaġa bla preċedent, ġurnata wara oħra, flimkien ma’ sħabu, ma waqafx jieħu deċiżjonijiet li mhux biss ħarsu s-saħħa tagħna lkoll imma wkoll kienu deċiżjonijiet li permezz tagħhom sab bilanċ bejn is-saħħa tan-nies u l-isfida katastrofika ekonomika li kienet qed tolqot lil kull pajjiż. Ħa deċiżjonijiet li ma ħallewx il-virus jinfirex bla bżonn filwaqt li żamm l-ekonomija għaddejja anki jekk b’pass kajman. Ħa deċiżjonijiet li wieżnu lill-familji kollha billi l-ebda ħaddiem ma tilef il-post tax-xogħol tiegħu filwaqt li għen lin-negozji sabiex ikomplu jħallsu s-salarji, anki jek dawn kienu magħluqa. B’kuntrast, Gvern Nazzjonalista, meta sab kurrenti ferm inqas fl-2008, mhux talli ma wiżinx lill-familji talli għabbiehom b’aktar piżijiet, anki jekk l-isfidi kienu ferm anqas minn dawk tal-pandemija.

Robert Abela kompla jkun differenti meta żamm taħt kontroll il-prezzijiet tal-enerġija, xi ħaġa li llum, kull mexxej ta’ stat Ewropew, qiegħed jara kif jikkoppja. Li kien għall-Oppożizzjoni, skonthom dan mhux sostenibbli u kieku qed imexxu huma, għaddew il-piżijiet tal-gwerra tar-Russja fuq il-familji Maltin.

Hemm ħafna iktar xi tgħid imma l-ispazju huwa limitat. Però, dan hu biżżejjed biex ixejjen il-kritika li ssir mill-Oppożizzjoni fil-konfront tal-Prim Ministru għax fil-politika jgħodd dak li twettaq u mhux kliem fieragħ u opportunist bħalma taf tagħmel l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.

F’inqas minn sentjen wara dan, assistenja wkoll għal gwerra ftit ’il bogħod minn xtutna li l-impatt tagħha wkoll kien wieħed negattiv fuq sfera globali. Impatt, li għax aħna ma ngħixux f’bozza, inħass b’mod negattiv minna wkoll

Imma tajjeb li nfakkrek ftit kemm tħanżru fi żmienhom, Sur Editur. Għax Alla jbierek ibda minn dawn tal-partit tagħhom, kompli bil-Fair, Accurate & Trustworthy ta’ għajni tan-Njusbuk u spiċċa fix-Xit News, kollha jitkażaw. U ma jistax ikun hemm xi ħadd, imqar għandu żewġ taqtiriet tad-demm Laburist fih li jkollu kariga, għax tarahom dawn ixandruh mal-erbat irjieħ. Qisu għax tkun Laburist ma jistax ikollok impjieg. Qisu jekk Laburist ikollu impjieg jew kariga, ikun qed jisraq il-kaxxa ta’ Malta, x’kull waħda. Issa ħafna minn dawn li qed jitkażaw, aktar iva milli le, żgur li ħabtu spallejhom ma’ wħud minn dawk li bil-Gvern tagħhom kienu altru milli jitħanżru. Jew żgur li kielu l-kirxa magħhom xi darba jew oħra.

Jien ma ninsiex li meta kelli pensjoni miżera, il-Gvern tagħhom, immexxi mill-Kbir Wenzu “Par idejn Sodi” Gonzi, kien ta’ €600 filġimgħa żieda lil tiegħu, baxx baxx u minn wara dahar il-poplu. Ma nafx int, Sur Editur, imma jien qatt ma rajt imqar biċċa karta ffirmata li turi li dawn kienu jħallsuhom lura li kienu laħqu ħadu. Xi ħniżrija, imqaddsa ħanina dinja! Qed ngħidu mal-miljun u kwart ta! Mhux ċiċri, miljun u kwart ewro.

Imma tal-Laburist biss jidher, għandu jkun.

Issa ftit tal-jiem ilu t-tħarbixa tal-Beano, kif kien isejħilha lillgazzetta tagħhom il-mibki sieħbi Lino Cassar, staqsiet: “Min huma dawk li qed jitħanżru?” Ħa nfakkarhom jien min kien jitħanżer fi żmienhom, Sur Editur.

Ibda mit-tea boy tal-Partit Popolari Ewropew, dak li jinsab fil-kakka għax hemm investigazzjoni għaddejja fil-konfront talħabib ta’ Berta l-Metsola, David l-Għarukaża u Manfred il-Webber, jiġifieri Simon “Kastilja qatt ma ra” l-Busuttil.

Jien niftakar, Sur Editur, kemm kellu konsulenzi dan. Mal-miljun u mitejn elf. Viva l-Europa Consultancy li kellu u Viva l-but tagħna l-poplu. Imma dak Nazzjonalist, jista’ hux. U ma ninsewx lanqas Sur Editur, li dan it-tea boy, meta kien imexxi ċ-Ċentru Informazzjoni Malta Unjoni Ewropea, kien ta konsulenzi lillkumpanija European Research & Consultancy Services, li kien sieħeb tagħha hu stess. Matul is-snin baqgħet tieħu għadd kbir ta’ konsulenzi mingħand Gvernijiet Nazzjonalisti din. Ħaqq għallħnieżer.

Niftakar ukoll, issa dan li niftakar jien ta Sur Editur, lil ArrSiSi, li l-uffiċċju tiegħu f’Kastilja kien is-sular kollu ta’ fuq nett u kien qisu penthaws armat qisek dieħel il-Pentagon tal-Amerka. Kellu xi miljun ieħor konsulenzi dak, dejjem li nafu bihom.

U ftit inqas minnu, kien hemm Ġorġ is-Sapiano, li biddel ismu għal Georg, għax iktar fancy hux. Dan kellu xi miljun ieħor. Imbagħad niftakar lil Alan il-Camilleri, ħu dak li kien ġurnalist, li kien jitkellem qisu b’patata mwaħħla f’gerżumtu. Tiftakru lil Vanni l-Camilleri, Sur Editur? Dak li dilettant tas-Supermarkets?

Imma nsomma, għax għall-mument kont se nagħmel bħall-bloggers tagħhom, li jogħxew jiktbu fuq min ifettlilhom biex ikissrulu l-familja, bir-razza u r-redika b’kollox. Dan Alan il-Camilleri kellu sew aktar minn nofs miljun konsulenzi, ħaqq għall-ħnieżer!

Imma dawn kollha jistgħu, għax qanna Nazzjonalisti. U l-Beano jistaqsi fejn huma l-ħnieżer? Kemm iħares ħarsa madwaru, x’kull waħda! Issa kif jgħid l-Ingliż, din hija the tip of the iceberg. Għax min jaf x’kien hemm oħrajn li qatt ma ħarġu fil-beraħ, f’25 sena li damu jnawru lil pajjiżna.

Fejn huma l-ħnieżer, x’kull waħda! Kien hemm ukoll Noel Buttigieg Scicluna, ieħor tagħhom dan, li ngħata biżibilju konsulenzi fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti u llum jippretendi li jitla’ fuq ilpulpti biex jipponta s-swaba’ u jagħti l-lezzjonijiet lilna.

Ħa mmur nikkonsulta b’xejn ma’ Melda tiegħi, ara, ħa nara jekk nistax nersaq illejla.

Għad-dieħla!

This article is from: