4 minute read

JISSOKTAW IT-TESTIJIET FL-ISPAZJU FIL-PROĠETT MALTI TAD-DIJABETE

Minn din il-ġimgħa fl-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS) bdew testijiet ġodda fuq kampjuni ta’ pazjenti Maltin li jbatu mid-dijabete bħala parti mill-ewwel proġett spazjali Malti, li jinsab fittielet sena tiegħu, bil-għan li tinstab kura aħjar għall-kundizzjoni kronika li taffettwa perċentwal għoli tal-popolazzjoni.

Il-proġett imsejjaħ “Maleth”, proprju għax inħoloq mill-Università ta’ Malta, diġà wettaq żewġ missjonijiet preċedenti mindu tnieda sentejn ilu. Maleth III qed ikompli r-riċerka fuq ulċeri tas-saqajn ikkawżati mill-kundizzjoni tad-dijabete. Il-Professur Malti Joseph Borg, li hu ġenetiku molekulari u xjenzat fil-laboratorju bijomediku tal-Università, hu l-perċimes tar-riċerka, waqt li l-proġett qed jitwettaq minn xjenzati bijomediċi fl-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni ma’ xjenzati mill-Isptar King Faisal u Ċentru ta’ Riċerka fl-Arabja Sawdija u l-Weill Cornell Medicine fl-Istati Uniti.

Advertisement

Eventwalment dawn l-entitajiet kollha se jibbenefikaw mid-data li tirriżulta u jaqsmuha mad-dinja. Fl-aħħar jiem l-astronawta mill-Arabja Sawdija Sultan

Al Neyadi ta dettalji dwar din ir-riċerka fuq kampjuni minn tessuti tal-ġilda ta’ pazjenti minn Malta u oħrajn, li ttellgħu fl-ispazju x-xahar li għadda permezz ta’ SpaceX CRS-27.

Il-Gvern ta’ Dubai xandar filmat li fih

Al Neyadi jispjega fid-dettall il-proġett li għandu l-għan li jtejjeb l-effiċjenza tat-trattament tal-ulċeri fis-sieq ikkawżati mid-dijabete u b’hekk jagħmel differenza fil-ħajja ta’ pazjenti simili.

L-astronawta qal li dan hu l-bidu ta’ dak li jista’ jinkiseb permezz ta’ kollaborazzjoni internazzjonali u tenna li jinsab fiduċjuż li r-riżultati se jispiraw ġenerazzjonijiet futuri biex iwettqu l-ħolm tagħhom u jagħmlu impatt fuq id-dinja.

L-aċċess għall-ambjent spazjali, il-mikrogravità u r-radjazzjoni għolja joħolqu opportunità unika biex jiġu studjati diversi esperimenti tal-bijoloġija esperimentali u jitwieġbu mistoqsijiet fundamentali tax-xjenza bijomedika li jista’ jkollhom implikazzjonijiet għal problemi kliniċi tad-dinja reali.

Sentejn ilu l-Professur Borg kien spjega li żewġ applikazzjonijiet li hu u t-tim kienu qegħdin jaħdmu fuqhom flimkien mal-kollegi Afshin Beheshti (Investigatur Prinċipali fin-NASA Ames Research Centre) u Christopher Mason (Investigatur Prinċipali fil-Weill Cornell Medicine, USA) jinkludu l-istudju u l-effetti tal-ispazju fuq id-demm uman u kontroll talespressjoni tal-emoglobina.

Hu stmat li kważi nofs biljun persuna qed jgħixu b’din il-kundizzjoni madwar id-dinja u hu mbassar li dan in-numru se jiżdied fis-snin li ġejjin. F’pajjiżna d-dijabete hi wkoll problema komuni ħafna u taffettwa madwar 10% tal-popolazzjoni, waqt li hu mbassar li 45% tal-Maltin se jkollhom il-kundizzjoni sal-2045.

Id-dijabete hi kundizzjoni kronika tas-saħħa li taffettwa l-mod kif il-ġisem jibdel l-ikel f’enerġija. Din ġeneralment toħroġ f’dawk ta’ età aktar avvanzata u hi l-kawża ta’ diversi raġunijiet. Fost dawn hemm id-dieta mhux bilanċjata, l-obeżità, in-nuqqas ta’ attività fiżika u każi ġenetiċi.

Meta l-ġisem tal-pazjent ma jibqax sensittiv għall-insulina, il-kundizzjoni tista’ twassal biex il-frixa ma tkunx tista’ tipproduċi biżżejjed insulina u allura jinħolqu iżjed kumplikazzjonijiet.

Feriti u ulċeri fil-ġilda f’pazjenti Maltin jippreżentaw problema medika ta’ sfida kbira u sinifikanti fejn jirriżulta li għaxar każi ġodda kull ġimgħa jkunu jeħtieġu attenzjoni u kura medika.

Fl-ewwel stadju ta’ Maleth fl-2021, kienu ntbagħtu kampjuni tal-ġilda biex jiġu studjati fl-ISS. Sena wara, Maleth II intbagħat fl-istess laboratorju spazjali biex isegwi r-riżultati tal-ewwel riċerka u jsiru testijiet ġodda fuq ċelloli u kif jirreaġixxu għall-ambjent fl-orbitu. Ittielet stadju issa qed isegwi l-iżviluppi kollha fil-proġett.

Il-Gvern Malti kien tenna li l-proġett għandu jwassal lix-xjenza Maltija f’era ġdida ta’ xjenza u diplomazija spazjali. Kien qal li x-xjenza tista’ tintuża kemm għat-tajjeb kif ukoll għall-ħażin u b’dan il-proġett Malta qed tużaha għall-ġid talumanità, tant li dan jista’ jgħin biex, fost oħrajn, dawk b’kundizzjonijiet mediċi marbutin mad-dijabete jiġu megħjuna biex possibbilment jevitaw il-ħtieġa ta’ xi amputazzjoni.

L-esperimenti ġew appoġġjati millkumpanija Evolve Ltd, li tat €30,000 lir-Research, Innovation and Development Trust (RIDT) tal-Università ta’ Malta.

INVESTIMENT TA’

€82,000 F’56 E-BIKE

G Al G Awdex

Ir-residenti Għawdxin jistgħu jibdew jagħmlu użu minn 56 e-bike, li nxtraw mill-aġenzija LESA u l-Kunsill Reġjonali għal Għawdex. Dawn l-e-bikes inkisbu b’investiment ta’ €82,000, li €65,000 minnhom tħallsu dirett mil-LESA.

Fit-tnedija ta’ dan l-investiment innovattiv f’Marsalforn kienu preżenti l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, il-President tar-Reġjun ta’ Għawdex Samuel Azzopardi u l-Kap Eżekuttiv tal-LESA Svetlick Flores.

Il-Ministru Camilleri qal li, permezz ta’ dawn il-proġetti, qed titwettaq aktar ħidma tanġibbli mil-LESA fil-lokalitajiet Għawdxin. Hu spjega li dan imur id f’id mal-istrateġija talistess aġenzija, li tinvesti l-flus miġburin miċ-ċitazzjonijiet fi proġetti li jaqdu lir-residenti, waqt li stqarr li r-reġjun ta’ Għawdex hu eżempju ċar ta’ din il-ħidma kkordinata li qed issir bejn ir-reġjuni, il-kunsilli u l-entità responsabbli mill-infurzar.

“Dan hu wieħed mill-isbaħ proġetti li saru minn dan ilfond fejn numru ta’ ċittadini Għawdxin, primarjament żgħażagħ, qed jiġu pprovduti trasport alternattiv fil-gżira. Apparti l-ħidma biex ikun hemm l-ordni fil-lokalitajiet, permezz tal-flus li jinġabru minn dawk li jabbużaw mil-liġi, qed isiru proġetti li minnhom jibbene- fikaw ir-residenti ta’ diversi lokalitajiet, f’dan il-każ dawk Għawdxin,” qal Camilleri.

Hu għamel ukoll referenza għall-kameras tas-sigurtà li ġew installati tul ix-xatt ta’ Marsalforn, fejn spjega li dawn se jkunu qed jgħinu lill-Pulizija ħalli tissaħħaħ is-sigurtà f’din il-lokalità.

Il-Ministru Camilleri stqarr: “Dan il-Gvern għandu viżjoni għal pajjiż b’arja aktar nadifa u għalhekk permezz ta’ dawn l-e-bikes qegħdin ukoll noffru trasport alternattiv lir-residenti Għawdxin mingħajr tniġġis, ideali għal vjaġġi ta’ distanza qasira fil-gżira Għawdxija.”

Hu semma wkoll il-ħidma li qed issir b’kollaborazzjoni malKorp tal-Pulizija biex tiżdied is-sigurtà.

Il-President tar-Reġjun ta’ Għawdex qal li “proġetti bħal dan huma parti mill-istrateġija tal-Kunsill Reġjonali biex inkomplu nrawmu kultura u stil ta’ ħajja f’Għawdex li tpoġġi l-ewwel lill-ambjent, sabiex inħallu Għawdex aħjar għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.”

Min-naħa l-oħra, il-Kap Eżekuttiv tal-LESA qal li, sa mittwaqqif tagħha, l-aġenzija dejjem emmnet li l-flus iġġenerati mill-kontravenzjonijiet għandhom jiġu investiti mill-ġdid fil-komunitajiet. “Permezz ta’ skema maħruġa għall-kunsilli lokali u dawk reġjonali qed naraw li jitwettqu diversi proġetti li minnhom tgawdi s-soċjetà,” tenna Flores.

Fl-istrateġija tal-Gvern il-flus li jinġabru miċ-ċitazzjonijiet qed jerġgħu jiġu investiti għall-ġid tal-komunitajiet, kif inhu l-każ b’dawn il-mezzi ta’ trasport alternattiv

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

This article is from: