4 minute read

L-INDUSTRIJA TAL-CRUISE LINERS

B’IRKUPRU TA’ 89% SA TMIEM L-2023

L-operatur responsabbli mill-vjaġġi ta’ cruise liners li jsiru lejn pajjiżna saħaq li l-industrija qed tirkupra tajjeb ħafna lokalment wara s-snin devastanti tal-pandemija tal-COVID-19, tant li qed ibassar li ma ndumux ma nerġgħu għal-livell rekord li kien intlaħaq fl-2019 bil-moviment ta’ 900,000 passiġġier li kienu żaruna.

Advertisement

F’kummenti lill-KullĦadd, l-Uffiċjal Kap tal-Operazzjonijiet ta’ Global Ports Holding u Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port, Stephen Xuereb (inset), tenna li l-2022 kienet sena pożittiva. “Ilqajna aktar minn 529,000 moviment minn passiġġieri. Fil-fatt, is-sena li għaddiet kienet waħda ta’ rkupru mid-daqqa li l-pandemija tat lill-industrija matul is-sentejn ta’ qabel wara r-rekord ta’ aktar minn 900,000 moviment fl-2019,” tenna Xuereb.

Hu kompla li l-2023 ukoll mistennija tkun oħra pożittiva, anzi aħjar, fejn l-industrija se tkompli tqum fuq saqajha. “Kif kien mistenni u naħsbu li se jkollna numru sabiħ ta’ passiġġieri. Dawn mistennija jmissu t-800,000 moviment ta’ passiġġieri din is-sena, waqt li l-proġettazzjonijiet għas-sena d-dieħla jkomplu jqarrbu l-ammont ta’ passiġġieri li ġew Malta fuq cruise liners qabel il-Covid,” kompla jgħidilna l-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port.

Ix-xahar li għadda din il-gazzetta wkoll irrapportat, kif skont informazzjoni mogħtija mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, is-sena li għaddiet kien hemm 98,831 barrani ieħor li ġew b’mezzi oħrajn marittimi u qattgħu mill-inqas lejl fostna għal skop ta’ vaganza jew inkella negozju. Jirriżulta li din iċ-ċifra, li teskludi l-viżitaturi fuq cruise liners, hi waħda rekord u taqbeż l-akbar ammont preċedenti rreġistrat fl-2017 b’madwar 12,000 persuna iżjed.

Dawn ir-riżultati jkomplu jaspiraw fiduċja li s-settur turistiku jinsab fittriq it-tajba, kif jixhdu wkoll ċifri ta’ passiġġieri li jżuruna bl-ajru (ara paġna 7), waqt li jsostnu kull investiment b’saħħtu li qed isir bħalissa mill-Gvern f’dan ir-rigward, inkluż fil-Port il-Kbir, kif ikkonferma Xuereb innifsu.

Waqt li saħaq li l-pożizzjoni ċentrali ta’ Malta fil-Mediterran tfisser li nospitaw numru ta’ vapuri li jkunu fuq itinerarji li jilħqu l-erbat irjieħ tar-reġjun, b’mod frekwenti anke fuq vjaġġi itwal lil hinn madwar id-dinja, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port irrefera għall-importanza li s-settur qed jingħata mill-amministrazzjoni fil-pajjiż.

“Bħalissa fuq il-mollijiet għaddejjin żewġ proġetti infrastrutturali minn Infrastructure Malta li huma importanti ferm għal pajjiżna. Il-proġett tal-Grand Harbour Clean Air Project ikompli jtejjeb il-kwalità tal-arja f’pajjiżna u jagħmel l-operat fil-Port il-Kbir aktar sostenibbli. Dan se jippermetti li l-cruise liners, meta jittrakkaw mal-moll jitfu l-magni billi jieħdu l-provvista tal-elettriku minn fuq ix-xatt. Għalhekk, jonqos ittniġġis u titjieb il-kwalità tal-arja. Dan jgħin kemm lil pajjiżna kif ukoll lill-

L-operatur tal-Valletta Cruise Port ibassar li din is-sena se jkunu qed jaslu f’pajjiżna mat-800,000 passiġġier waqt li s-sena d-dieħla jintlaħaq il-livell rekord ta’ qabel il-pandemija tal-COVID-19

MALTA FOST 26 PAJJIŻ FI CRUISE LUSSUŻ MIFRUX FUQ ERBA’ XHUR

Vjaġġ partikolari bil-baħar minn Princess Cruises, li qed jiġi rreklamat bħala “uniku f’ħajtek”, jinkludi lil pajjiżna bħala parti minn itinerarju li jibda fl-2025, iżur 48 port f’26 pajjiż differenti u jintemm wara 116-il ġurnata.

Dan il-cruise, li għadu kemm tħabbar din il-ġimgħa, se jdur sitt kontinenti fuq erba’ xhur. Waqt li toffri vjaġġi fuq il-baħar itwal minn 100 ġurnata, il-kumpanija qalet li dan hu l-akbar wieħed fl-istorja tagħha.

Waqt li l-bastiment Island Princess se jsalpa fil-5 ta’ Jannar tal2025 minn Fort Lauderdale fi Florida, l-Istati Uniti tal-Amerka, u jibda jżur l-ewwel l-Amerka Ċentrali, se jieħu lill-passiġġieri tiegħu lejn destinazzjonijiet varji, fosthom l-Indoneżja, Dubai, New Zealand, il-Greċja, l-Italja u Malta, fost oħrajn, qabel jirritorna fl-istess port Amerikan.

Fil-promozzjoni dwar pajjiżna, il-kumpanija Princess Cruises mhux biss issemmi kif ingawdu minn siti ta’ wirt storiku dinji tal-UNESCO, iżda tħajjar ukoll lill-klijenti prospettivi biex, fost l-eskursjonijiet offruti, isibu l-Indiana Jones fihom infushom bi żjara fit-tempju taħt l-art tal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, bi storja li aktarx tmur lura sa 4,000 sena QK.

Dan il-vjaġġ “ta’ darba fil-ħajja”, iżda, mhuwiex irħis u l-biljetti jibdew minn madwar $20,000 (€18,500) kull persuna.

kumpaniji tal-cruise liners biex jilħqu l-miri tagħhom ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet,” hu spjega.

Dan il-proġett ta’ kważi €50 miljun, kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, se jnaqqas mad-90% tat-tniġġis tal-arja mill-vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija fil-port ewlieni ta’ pajjiżna. B’dan se jgawdu wkoll minn arja aktar nadifa mas-17,000 familja li jgħixu mad-dawra tal-Port il-Kbir.

Fil-fatt, il-proġett magħruf ukoll bħa- la x-shore-to-ship hu t-tieni l-akbar investiment ambjentali li qatt sar fil-Port il-Kbir wara l-għeluq tal-power station tal-Marsa. L-installazzjoni ta’ sistemi tal-elettriku max-xatt se tagħmel lil dan il-port fost l-ewwel fl-Ewropa b’din it-teknoloġija ambjentali.

Is-Sur Xuereb kompla li “minbarra hekk, iżda, Infrastructure Malta għaddejja bix-xogħol biex żewġ mollijiet ewlenin – Pinto 4 u 5 – jitwessgħu b’medja ta’ 16-il metru. L-estensjoni tal-molli- jiet se tippermetti li hawnhekk jorbtu cruise liners kbar mingħajr il-ħtieġa tal-braken li kienu qed jintużaw s’issa.”

“B’hekk l-operat ikun aktar sigur u attraenti. Minkejja l-iskariġġ u l-isfidi li dawn il-proġetti qed joffru tul ixxhur li ġejjin dan hu meħtieġ li jsir fl-interess tal-industrija li qed tuża vapuri dejjem akbar u miri ambjentali li se jidħlu fis-seħħ fis-snin li ġejjin,” ikkonkluda s-Sur Xuereb.

Dan il-proġett ta’ €25 miljun biex jiġu estiżi l-mollijiet u jsir il-bini mill-ġdid tax-Xatt ta’ Lascaris se jifforma rmiġġ kontinwu ġdid fiż-żewġ żoni għal spazju addizzjonali li hu tant meħtieġ fil-Port il-Kbir. Il-proġett se jtejjeb l-effiċjenza tal-port ewlieni tagħna, filwaqt li lill-awtoritajiet marittimi lokali se jkun qed jipprovdilhom ferm aktar flessibbiltà u disponibbiltà biex jiġu użati mollijiet oħrajn fl-istess żona.

Dawn il-proġetti fil-Port il-Kbir huma kruċjali biex tkompli tingħata spinta wkoll lill-ekonomija nazzjonali u anke lill-industrija marittima

Meta riċentament żar ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin, il-Ministru għatTrasport, l-Infrastruttura, u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia qal li l-proġett hu kruċjali biex inkomplu nagħtu spinta ’l quddiem lill-Port il-Kbir li joffri wkoll spinta lill-ekonomija hekk kif issa se jkollna l-abbiltà li nilqgħu bastimenti akbar.

Spjega wkoll li l-estensjoni taż-żona l-ġdida tal-moll se tkun qed issir fuq medda ta’ 5,200 metru kwadru biex ilmoll ikollu l-kapaċità li jirmiġġa miegħu bastimenti sa tul ta’ 320 metru u sa 10 metri fond fil-baħar.

Il-proġett jinkludi t-tqegħid ta’ pjattaformi ta’ 200 metru u t-tiswija ta’ strutturi eżistenti. Infrastructure Malta se tkun qed tipproteġi wkoll il-ħitan talbaħar eżistenti u dawk ġodda, bi tqegħid ta’ materjal speċjali li jservi ta’ protezzjoni mill-kurrent u l-ħsara mill-ilma baħar, waqt li se jsiru tibdiliet fuq l-art, bħal arbli tad-dawl ġodda.

Matul ix-xhur li għaddew, l-aġenzija wettqet ukoll ħidma kbira ta’ tħammil f’diversi żoni tal-Port il-Kbir biex jitnaddaf fejn hemm faċilitajiet għallirmiġġ u anke jitneħħa materjal ikkontaminat minn qiegħ il-baħar. B’hekk, diversi partijiet li jinsabu fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-Port il-Kbir se jsiru aktar aċċessibbli għal vapuri akbar, kemm tal-passiġġieri kif ukoll dawk li jġorru l-merkanzija.

This article is from: