2 minute read

L-AQWA SENA F’GĦAXAR SNIN

1,000 barrani. Tabilħaqq, l-industrija talfilms kienet vaċċin ekonomiku li saħħet l-immunità ta’ pajjiżna f’perjodu li fih kien qiegħed jirkupra mill-effetti u l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija. Is-sodisfazzjon huwa akbar meta tqis li minn settur staġjonali u tal-part-time illum qegħdin inwittu t-triq għal industrija tal-films li tkun mibnija fuq is-sostenibilità u karrieri ġodda.

tal-films.

Advertisement

Il-pjan tal-Gvern flimkien mal-Kummissjoni Maltija għall-Films qiegħed jaħdem. Għall-ewwel darba fl-istorja qiegħed isir ukoll investiment b’saħħtu fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal dawk kollha li jixtiequ jkunu parti minn din l-industrija u wkoll qegħdin jiġu iżjed imħarrġa dawk li diġà jaħdmu fiha.

Fl-2022, l-industrija tal-films ħalliet €85 miljun fl-ekonomija Maltija. Dan l-effett ekonomiku tas-sena preċedenti huwa l-akbar wieħed f’dawn l-aħħar 10 snin.

Dawn ir-riżultati pożittivi ssarrfu minn ġbid ta’ 24 produzzjoni li kienu jinvolvu feature films, tv series u reality shows ġejjin mill-Amerka, mir-Renju Unit, mill-Italja, minn Franza, mill-Iżvezja, mill-Awstrija, min-Norveġja, mill-Ġermanja kif ukoll mill-Eġittu.

Fil-produzzjonijiet imsemmija ħadmu aktar minn 900 persuna Maltija u aktar minn

M’aħniex ser nistrieħu fuq dawn is-suċċessi. Anzi dawn ir-riżultati jpoġġu fuqna responsabilità biex b’rieda u b’enerġija akbar inkomplu nsostnu dawn il-kisbiet. Malta kienet u għadha f’tellieqa kompetittiva li ma taqtax fid-dinja tal-films.

Għalhekk, din is-sena l-impenn tal-Gvern flimkien mal-Kummissjoni Maltija għall-Films ser jikber tant li ser jiġi rfinat ir-reklamar li diġà qiegħda tagħmel l-istess Kummissjoni permezz tal-introduzzjoni ta’ Screen Malta.

Dan ser ikun mezz ieħor ta’ marketing li ser tkun qiegħda tagħmel il-Kummissjoni Maltija għall-Films meta tmur tirreklama lil pajjiżna fid-dinja

Qegħdin naħdmu wkoll biex inkomplu ninċentivaw lill-produtturi lokali. Riċentement, il-Kummissjoni Maltija għall-Films nediet fond b’allokazzjoni finanzjarja bl-isem ta’ Creative Malta.

Dan il-fond li fl-ewwel fażi tiegħu ser jammonta għal €600,000 ser ikun pjattaforma ewlenija li permezz tiegħu produtturi lokali jistgħu japplikaw biex l-istejjer tagħhom isiru realtà.

Prinċipalment, ser jinkorpora sistema ta’ sejħa pubblika li għandha twassal għal iżjed effiċjenza fir-rikjesti li tagħmel l-industrija minn żmien għal żmien, skemi li huma iżjed diretti għall-produtturi tal-films kif ukoll simplifikar fil-proċedura ta’ applikazzjoni permezz ta’ sistema ġdida li tippermetti anqas dokumentazzjoni fi stadju bikri ta’ meta produtturi japplikaw għall-fondi.

B’mod sinifikattiv, għall-ewwel darba ser jitneħħew ir-restrizzjonijiet ta’ “de minimis” kif ukoll l-obbligazzjonijiet ta’ “recoupment” għal produtturi lokali.

It-tibdil li sar fil-fond ta’ allokazzjoni għall-industrija lokali huwa pass importanti li permezz tiegħu l-industrija tal-films lokali tagħmel il-qabża li jmiss fil-kreattività u l-kwalità tal-produzzjoni rispettiva. Smajna lill-industrija u ħadna d-deċiżjonijiet neċessarji biex il-produtturi Maltin jaħsbu iżjed b’mod internazzjonali.

Din għandha tkun il-mentalità li għandhom iħaddnu produtturi lokali sabiex il-flus li qiegħed jinvesti l-Gvern jissarrfu f’suċċess f’Malta u lil hinn.

L-aqwa sena f’10 snin. Iżda ma tridx tkun tal-aħħar. Nemmen li din l-industrija għandha futur sabiħ quddiemha.

Din is-sena ser tfisser iżjed ħidma li tinkludi titjib fl-infrastruttura tal-Malta Film Studios permezz tal-bini tal-ew- wel sound stages f’pajjiżna, inċentivi fiskali attraenti għall-produtturi lokali u barranin u fuq kollox iżjed opportunitajiet ta’ karrieri ġodda għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u dawk li għadhom ġejjin.

Għall-ewwel darba fl-istorja qiegħed isir ukoll investiment b’saħħtu fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal dawk kollha li jixtiequ jkunu parti minn din l-industrija

This article is from: