2 minute read

CLAIRE TONNA KITBET KANZUNETTA ĠDIDA WAQT PERJODU TWIL U KIEFER

Lill-personalità tal-lum, ili nafha ftit żmien mhux ħażin, u dejjem nafha tħobb il-mużika. Proprju dan l-aħħar sirt naf li ħarġet kanzunetta ġdida, waqt żmien mhux tant sabiħ li għaddiet minnu. Qed nirreferi għal Claire Tonna. Għandha 40 sena, u hija kantawtriċi. Bħala passatempi tħobb tikteb, tkanta, tgħum, timxi fin-natura u s-silenzju, tqatta’ ħin ta’ kwalità ma’ nies onesti u li jimlew ħajjithom b’dak li vera jagħmilhom kuntenti u ħajjin.

Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala umana, onesta, ħajja, tipprova ssir persuna aħjar kuljum għall-benefiċċju tagħha u ta’ ħaddieħor. tagħżel li tkun u tiprova dejjem tkun verżjoni aħjar tagħha nnifisha.

Advertisement

Kanzunetta ġdida: Never Enough

Bdejt din l-intervista billi staqsejtha x’ispiraha sabiex tikteb u toħloq il-kanzunetta ġdida tagħha Never Enough . “ Never Enough ktibtha fis-sena 2021 waqt li kont qed nirkupra minn operazzjoni fis-sinsla ta’ dahri, f’għonqi preċiżament. Kien perjodu twil u kiefer fiżikament, mentalment spiritwalment u emozzjonalment. Kont nikteb ħafna lejl u nhar biex nipprova nifhem x’ġabni f’din is-sitwazzjoni u kif irnexxieli nikser rukkel minn għonqi.

Irrealizzajt li apparti t-tqandil fiżiku u emozzjonali, tgħawwiġt ħafna f’ħajti biex inkun aċċettata u maħbuba, sintomi li ħafna minnhom jiġu minn trawmiet fit-tfulija. Bażikament tikber f’adulta, imma tibqa’ taħseb u taġixxi bl-uġigħ ta’ meta kont żgħira, gwidat minn twemmin falz bħal eżempju l-ħsieb ta’ ‘jien iebsa nkun maħbuba’. Never Enough ktibtha bħala ittra lili nnifsi f’dan iż-żmien; qisha qrara fejn għedt lili nnifsi l-affarijiet li verament kelli bżonn ngħid u nisma’ mingħandi stess.

Never Enough tispjega kif l-imħabba ta’ ħaddieħor lejk qatt mhi ser tkun biżżejjed jekk inti ma tagħtix valur lilek innifsek, jekk inti ma tħobbx lilek innifsek. L-imħabba ta’ ħadd mhi ser tfejqek jekk inti ma tgħożżx lilek innifsek u tfiq minn uġigħ tal-passat u tibni fik verżjoni aħjar tiegħek innifsek għalik stess.”

Claire waqt din l-intervista qaltli li l-kanzunetta aktar ibbażatha dwarha biex sa ċertu punt issib il-paċi magħha nnifisha stess, u jekk jaf tkun ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor, tant l-aħjar. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Id-diska iva ktibtha għalija, affarijiet li kelli bżonn ngħid lili nnifsi b’volum għoli. Però, iva jekk id-diska issa li tinsab hemm barra tista’ b’xi mod tgħin lil

Irrealizzajt li apparti t-tqandil fiżiku u emozzjonali, tgħawwiġt ħafna f’ħajti biex inkun aċċettata u maħbuba, sintomi li ħafna minnhom jiġu minn trawmiet fit-tfulija. Bażikament tikber f’adulta, imma tibqa’ taħseb u taġixxi bl-uġigħ ta’ meta kont żgħira nies oħra jiftakru jagħtu valur lilhom infushom u jaħdmu fuqhom infushom bi mħabba kbira, allura iva kuntenta li d-diska tinsab hemm tagħmel vokazzjoni tagħha lejn semmiegħa oħra.”

Il-mużika għaliha dejjem kienet il-ħoss ta’ dak li tħoss

Staqsejtha wkoll xi tfisser għaliha l-mużika, u b’liema mod iżżommha għaddejja. “Il-mużika għalija qatt ma kienet għażla, kienet dejjem il-ħoss ta’ dak li nħoss. Jekk nipprova ngħix mingħajr ma nesprimiha nimrad, kif ġieli mradt. Ilkliem u n-noti li nesprimi huma l-mod kif jien nista’ nieħu nifs aħjar, nisma’ dak li nħoss aħjar, u wkoll ngħid lili nnifsi dak li għandi bżonn nisma’ biex ikolli aktar kuraġġ u paċi miegħi nnifsi u mad-dinja li ngħix fiha, aktar milli żżommni għaddejja

This article is from: