2 minute read

IL-PN BI PROPOSTI IRRELEVANTI GĦAN-NEGOZJI

Il-Partit Nazzjonalista ppropona tliet proposti li, skontu, il-Gvern għandu jintroduċi biex itaffi l-piżijiet minn fuq in-negozji Maltin u Għawdxin, iżda li wkoll ġew redikolati minn rappreżentanti tan-negozjanti stess f’reazzjonijiet ippubblikati f’sezzjoni oħra tal-midja.

Wieħed faċilment jagħraf, minn kliem id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Ta’ Min Iħaddem (MEA) Joe Farrugia u l-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji Abigail

Advertisement

Agius Mamo stess, li l-Partit ta’ Bernard Grech lanqas biss ikkonsulta ma’ dawk interessati qa- bel spara tali proposti.

Waqt li ma wrietx entużjażmu għall-proposta ta’ Grech biex jitwaqqaf fond ħalli, skontu, jitnaqqsu spejjeż ta’ importazzjoni u esportazzjoni, Agius Mamo indikat li din m’għadhiex relevanti llum il-ġurnata. Iżjed minn hekk qalet li l-Gvern diġà poġġa fil-prattika miżura, li kienu ssuġġerew huma, bil-għan li jkun hemm għajnuna lill-importaturi biex ikabbru l-imħażen u b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu ordnijiet akbar.

Hi ġiet ikkwotata tgħid li, waqt li l-ispejjeż tattbaħħir huma għoljin, dawn issa qed jistabbiliz-

€5M OĦRA FIT-TISBIĦ

TA’ BINI ANTIK MALTI

Titnieda r-raba’ edizzjoni tal-iskema “Irrestawra Darek”

Sidien ta’ proprjetajiet antiki għal darb’oħra qegħdin jingħataw iċ-ċans li jirrestawraw il-faċċati tagħhom b’għajnuna finanzjarja mill-Awtorità tal-Ippjanar li tlaħħaq il-€5 miljun.

Dan tħabbar mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi fit-tnedija tar-raba’ edizzjoni tal-iskema “Irrestawra Darek”, li diġà qasmet għadd ta’ miljuni fis-snin li għaddew. Fil-preżenza ta’ Oliver Magro, Chairperson Eżekuttiv talAwtorità tal-Ippjanar, Zrinzo Azzopardi tenna li din l-iskema se tgħin lin-nies jirrinovaw u jsebbħu d-dar tagħhom, waqt li skemi ta’ dan it-tip ukoll ikomplu jagħtu l-opportunità biex pajjiżna jżomm il-karatteristiċi ewlenin tal-arkitettura Maltija fil-qalba tal-irħula u l-ibliet tagħna.

Il-Ministru faħħar l-impenn tal-Awtorità fir-riġenerazzjoni taż-żoni urbani, filwaqt li rrikonoxxa l-apprezzament tal-pubbliku għall-iskema, kif tixhed l-istess konkorrenza f’edizzjonijiet preċedenti.

Diġà kienu allokati aktar minn €27M sal-lum

Fil-fatt, jirriżulta li mill-iskema “Irrestawra Darek” biss, l-Awtorità tal-Ippjanar allokat aktar minn €27 miljun diġà u kienet ta’ għajnuna għal aktar minn 3,000 sid ta’ residenzi f’żoni ta’ konservazzjoni urbana (UCA). L-iskema tnediet fl2017.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar qal li “dan hu mod għaqli kif nipproteġu l-qalba tal-ibliet u l-irħula tagħna, billi nikkonservawhom u nżommuhom attraenti, mhux biss għax huma parti integrali mill-wirt arkitettoniku tagħna, iżda wkoll għax jirriflettu l-awtentiċità tal-identità tagħna.”

Magro żied jgħid li “wieħed japprezza li bini antik jiswa aktar biex jiġi rinnovat peress li jirrikjedi materjali speċifiċi u ħiliet tradizzjonali. Ma nistgħux ninsistu biss li jiġu adottati l-aħjar prattiċi u snajja’, speċjalment f’żoni sensittivi bħaċ-ċentri tal-irħula tagħna. Għaldaqstant, qed noffru inċentivi ta’ appoġġ finanzjarju lis-sidien tad-djar biex nilħqu l-għan tagħna.”

Permezz ta’ din l-iskema, residenti bi proprjetà fi kwalunkwe lokalità f’Malta u Għawdex li jaqgħu f’UCA jew huma skedati fl-Ewwel jew it-Tieni Grad se jkunu jistgħu jirrestawraw il-faċċati. Huma jirċievu rifużjoni ta’ 100% għax-xogħlijiet sa massimu ta’ €11,000 f’żoni ta’ konservazzjoni urbana u sa €16,000 għar-residenzi skedati fl-Ewwel jew fit-Tieni Grad. Parti mill-istess rifużjoni se tinkludi wkoll sa €800 għall-ħlasijiet għal servizzi professjonali eliġibbli (inklużi spejjeż ta’ periti) u €200 għallħlas ta’ permessi tal-kunsill lokali. Proprjetajiet residenzjali li diġà bbenefikaw minn edizzjonijiet preċedenti tal-istess skema mhumiex eliġibbli. zaw ruħhom u l-akbar problema hi li l-prezzijiet żdiedu minn barra.

Mis-somma li qed tiġi investita fl-iskema, €4 miljun qed jiġu allokati għal proprjetajiet residenzjali f’UCA, filwaqt li l-bqija għal proprjetajiet residenzjali skedati.

Is-sottomissjonijiet għal din l-iskema se jibdew jintlaqgħu minn nhar it-Tlieta, 30 ta’ Mejju 2023 u jagħlqu fit-30 ta’ Ġunju 2023 għar-residenzi f’żoni UCA, filwaqt li għal proprjetajiet skedati s-sottomissjonijiet se jintlaqgħu bejn it-Tlieta, 6 ta’ Ġunju 2023 u s-6 ta’ Lulju 2023.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku uffiċjali tal-Awtorità (pa. org.mt), li jinkludi l-linji gwida, jew b’email fuq irrestawradarek2023@pa.org.mt.

Għat-tnedija tal-iskema kien preżenti wkoll il-Perit Ray Farrugia, Chairperson tal-Kumitat tal-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp (DPF).

Farrugia waqqa’ l-argument tal-Kap tal-PN li l-eliminazzjoni tat-taxxa fuq iż-żieda tal-għoli tal-ħajja tiskoraġġixxi lill-employers milli jgħollu l-prodotti jew is-servizzi tagħhom. Hu qal li m’hemm l-ebda relazzjoni awtomatika bejn l-ispejjeż u l-prezzijiet.

L-imsieħba soċjali kienu wkoll faħħru l-inizjattiva tal-Gvern li jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija, biex għamilna l-uniku pajjiż Ewropew li ma tefax dan il-piż fuq il-familji u n-negozji.

Waqt li l-ebda produttur lokali ma jesporta prodotti organiċi, hi biss 0.58% tal-art agrikola kollha f’pajjiżna li tintuża għall-produzzjoni ta’ tali prodotti … il-Gvern qed jimmira li jżidha għal 5% sal-2030 b’miżuri ta’ għajnuna speċifika

This article is from: