3 minute read

RAPPORT LI JIFQA’ BUŻŻIEQA GIDEB

L-Awditur Ġenerali jikkonferma l-konsistenza tal-Prim Ministru Robert Abela fil-każ tal-konċessjoni tal-isptarijiet u

Il-pubblikazzjoni tar-rapport voluminuż mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO) dwar il-konċessjonijiet tal-isptarijiet tikkonferma diversi fatturi, primarjament il-fatti kif dejjem ippreżentahom il-Prim Ministru Robert Abela. Ir-rapport janalizza l-perjodu li matulu l-konċessjoni għaddiet mingħand il-Vitals għal għand Steward Healthcare bejn l-2017 u l-2018. Hawnhekk juri kif il-ħatra ta’ Prim Ministru ġdid fl-2020 ġabet bidla fl-istil fil-konfront ta’ dan ilftehim ma’ Steward Healthcare.

Advertisement

Ir-rapport jikxef ukoll mhux biss l-ispin u t-tgħawwiġ tal-fatti dwar din il-materja mill-Kap tal-Oppożizzjoni u dawk li jiddettaw l-aġenda tal-Partit Nazzjonalista, imma wkoll l-esaġerazzjonijiet tagħhom, kif qed ikomplu jressqu ’l quddiem f’eżerċizzju ieħor ta’ politika partiġjana u negattiva li ma tagħmilx ġid lill-pajjiż f’materja ta’ importanza nazzjonali.

Kif dejjem saħaq il-Prim Ministru, ir-rapport tal-NAO jikkonferma l-konsistenza li mexa biha l-Gvern dwar din il-kwistjoni mill-2020 ’il quddiem. Dan ifisser li l-fatti li ppreżenta l-Gvern tul l-aħħar xhur m’hemmx dubju dwarhom, anke għax l-Awditur Ġenerali ma ħassx il-ħtieġa li jibgħat għall-Prim Ministru biex jixhed f’dan il-każ.

Min-naħa l-oħra, it-tgħawwiġ tal-fatti mill-Oppożizzjoni huma ħaf na u f’dak li qed tgħid qed tibqa’ taħbi u tqarraq dwar prinċipji fundamentali stabbiliti wkoll mir-rapport inkwistjoni. Dan minbarra li, dwar is-sentenza tal-Qorti li temmet il-konċessjoni tal-isptarijiet, jisħqu li l-Gvern għamel xi frodi meta din fl-ebda parti ma attribwiet dan.

L-Oppożizzjoni qed tgħid li mis-sentenza tal-Qorti ’l hawn, ilGvern m’għamel xejn. Imma kulħadd jaf li anke jekk is-sentenza għadha mhix finali, tant li hemm appell, il-Gvern xorta waħda temm il-konċessjoni, ħa l-isptarijiet f’idejh u waqaf iħallas lil Steward Healthcare. Ma’ dan hemm arbitraġġ internazzjonali, fejn il-Gvern diġà rebaħ il-parti tal-urġenza.

F’dan il-każ sensittiv, il-Gvern mexa b’konsistenza u b’għaqal anke minn mindu ngħatat is-sentenza millImħallef Francesco Depesquale fi Frar li għadda. Mat-tħabbir ta’ din is-sentenza, il-Gvern ta garanzija li s-servizz mediku se jibqa’ għaddej u ta serħan ilmoħħ lill-ħaddiema b’rabta ma’ xogħolhom u anke l-kundizzjonijiet tagħhom, fost ħafna aktar.

Issa r-rapport tal-NAO ukoll ixejjen kompletament dak li ilu jingħad mill-Oppożizzjoni dwar il-ħlasijiet li saru tul il-proċess tal-konsultazzjoni, total ta’ €456 miljun, fejn hu kkonfermat li aktar minn €188 miljun huma pagi diretti, bil-maqlub ta’ dak li timplika l-Oppożizzjoni u tinsisti li dawn ukoll għandhom ikunu rritornati.

Ħlasijiet oħrajn mis-somma globali kienu marbutin mal-bini tal-Iskola Me- dika ta’ Barts u ma’ żieda fis-servizzi li bdew jingħataw fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Isptar Karin Grech, fejn l-Awditur Ġenerali wkoll janalizzahom u jirrikonoxxihom. tru, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana, fost oħrajn, biex jiġu investigati u jintbagħtu l-ħabs, meta r-rapport tal-Awditur Ġenerali ma jitfa’ l-ebda piż fuq il-Kabinett attwali, skoprejna li saħansitra qed jiddefendi lil ħaddieħor li hu indagat fl-inkjesta maġisterjali dwar il-kwistjoni tal-isptarijiet. ukoll prattikament obbligat jitfa’ ismu “fil-borma” biex jingħoġob ma’ dawk tal-fazzjoni estremista li tiddomina l-Oppożizzjoni.

Mhux l-istess jista’ jingħad dwar l-Isptar San Luqa fejn dan li kien mistenni minn Steward baqa’ ma sarx.

F’dan ir-rigward il-Prim Ministru wkoll mexa bl-aħjar mod u minnufih wara s-sentenza tal-Qorti talab lill-istess Awditur Ġenerali biex jinvestiga xi flejjes mis-somma kollha li nħarġet mill-Gvern għal investimenti li baqgħu ma sarux biex bil-fatti f’idejh ikun jista’ jirrikorri għal mezzi ħalli jirkuprahom.

Mhux l-istess jista’ jingħad għall-Oppożizzjoni, fejn l-inkonsistenzi jirrenjaw f’din il-kwistjoni.

Ir-rapport tal-NAO kixef l-inkonsistenza u l-irresponsabbiltà tal-Oppożizzjoni

Nazzjonalista, fost l-oħrajn, meta titlob li jiġi rritornat il-ħlas tal-konċessjonijiet inklużi aktar minn €188 miljun f’salarji tal-ħaddiema

Dan joħroġ b’mod ċar anke mill-esponenti tal-PN li jippreżentaw ruħhom fuq quddiem fil-kwistjoni, bħad-Deputati Joe Giglio u Adrian Delia wkoll.

Filwaqt li mad-Deputat Karol Aquilina tal-establishment, l-Avukat Giglio fassal id-denunzja kontra l-Prim Minis-

Dwar dan kien anke mistoqsi internament fil-PN biex jispjega l-pożizzjoni tiegħu wara li, iffaċċjat b’mistoqsijiet ta’ ONE News f’konferenza stampa, hu ma ċaħadx.

Minbarra hekk, kif żvelat mill-KullĦadd il-ġimgħa li għaddiet, Giglio kien

Wieħed ma jistax jinsa s-saga tal-bini tal-Isptar Mater Dei, li kien fdat lill-kumpanija tal-kostruzzjoni Żvediża, Skanska, li kienet responsabbli għall-konkos difettuż li nstab fil-binja wara l-bidla fil-Gvern 10 snin ilu. Fatt li kien inħeba mill-poplu mill-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi kien ftehim li, permezz tiegħu, ċeda d-dritt li jfittex lil Skanska f’każ li joħorġu xi difetti. B’riżultat ta’ dan, insterqu miljuni minn bwiet il-poplu Malti u Għawdxi, li ammontaw għal madwar €150 miljun biex il-ħsara titranġa.

Relatat ma’ dan, skoprejna aktar riċenti li d-Deputat u Eks Kap Adrian Delia, li jqis li l-kwistjoni tal-konċessjoni tal-isptarijiet hi mertu tiegħu u qed jgħid li “nsterqu miljuni” mill-poplu, għal numru ta’ snin kien proprju l-konsulent legali ta’ Skanska. Fil-fatt Delia, li llum qed ipinġi lilu nnifsu bħala d-difensur tad-drittij-

This article is from: