2 minute read

BEJN GVERN U OPPOŻIZZJONI FATTI LI

Mill-2020 l-amministrazzjoni ta’ Robert Abela dejjem kienet konsistenti fil-kwistjoni dwar il-konċessjonijiet

Fatti importanti li għamel enfasi fuqhom il-Prim Ministru u Mexxej Laburista fid-dibattitu Parlamentari li sar fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, jagħmlu distinzjoni kbira fil-mod kif il-Gvern u l-Oppożizzjoni qed jittrattaw il-kwistjoni tal-isptarijiet wara s-sentenza tal-Qorti Ċivili l-ġimgħa l-oħra.

Advertisement

Bl-iskuża tas-sentenza filQorti, flimkien ma’ argumenti oħrajn li m’għandhomx x’jaqsmu, il-Partit Nazzjonalista flaħħar jiem ħeġġeġ lin-nies biex illum jieħdu sehem fi protesta li se jkun qed jorganizza fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta. “Il-Qorti kellha numru ta’ ftehimiet xi tħassar, iżda ebda wieħed minn dawk ma ġie ffirmat wara Jannar tal-2020. Minn dakinhar ’il quddiem, ma ġie ffirmat assolutament ebda ftehim li jikkonċerna lil Steward Healthcare. Fl-aħħar tliet snin fil-konfront ta’ Steward Healthcare, ħadna pożizzjoni konsistenti, dejjem għednielhom ‘pacta sunt servanda’, li jfisser li l-pattijiet u l-obbligi legali qegħdin hemmhekk biex jiġu osservati. Dejjem għedna lil Steward li kellha obbligi legali li kienu ċari, kienet taf x’kienu l-obbligi legali li daħlet għalihom u li kellha tikkonforma ruħha magħhom,” iddikjara Dr Abela.

Hu kompla li “minn wara Jannar tal-2020, il-Gvern fittex lil Steward Healthcare għall-arretrati tat-taxxa li kienu akkumulaw, tant li llum il-ġurnata Steward daħħlet lill-Gvern il-Qorti għax hemm kontestazzjoni legali … mill-bidu tal-2020, lil Steward Healthcare ma tajnieha ebda pagament għajr dawk li kienu joħorġu mill-ftehimiet li kienu diġà ffirmati”.

B’reazzjoni għall-akkuża li Steward Healthcare ltaqgħu miegħu mindu sar Prim Ministru, Dr Abela qal li “iva, Steward Healthcare ġiet għandna darba, tnejn, tlieta u talbitna biex nirrevedu u nimmodifikaw il-ftehimiet eżistenti, inkluż il-ftehimiet prinċipali, u d-deċiżjoni finali tagħna kienet li mhu se jinbidel xejn mill-ebda wieħed mill-ftehimiet li kien hemm eżistenti”.

Il-Prim Ministru spjega filParlament li d-deċiżjoni aħħarija tal-Gvern kienet li dan kien se jistenna l-eżitu tal-kawża tal-Qrati. Huwa enfasizza wkoll li minn din id-deċiżjoni ma kellu ebda rimors, għax din kienet deċiżjoni li ttieħdet fl-interess nazzjonali. Deċiżjoni li ttieħdet wara diskussjonijiet wiesgħa li matulhom ġew esplorati x-xenarji kollha, tqieset ukoll kull l-Isptar San Luqa, li kien tħalla abbandunat mill-aħħar Gvern Nazzjonalista wara li tlesta l-bini tal-Isptar Mater Dei. Grech u esponenti oħrajn tal-establishment Nazzjonalista ġew akkużati li qed jieħdu “rikba b’xejn” minn fuq il-kawża li nfetħet minn Adrian Delia (xellug) konsegwenza possibbli, inkluż li l-Gvern ried jevita kwalunkwe konflitt possibbli eventwali ma’ sentenza tal-Qorti. Deċiżjoni li ttieħdet ukoll wara li l-Gvern qies ir-rapporti preċedenti talAwditur Ġenerali.

Din il-ġimgħa wkoll il-Qorti laqgħet ir-rikors imressaq mill-Prim Ministru Robert Abela, l-Avukat Ġenerali u l-entità lajr fl-interess nazzjonali. Il-Qorti, ippreseduta millMaġistrat Miriam Hayman, niżżlet iż-żmien għal 20 jum mill-għoti tas-sentenza, li jfisser li kull appell issa jista’ jiddaħħal sa ġimagħtejn oħra. Il-kumpanija barranija oġġezzjonat bil-qawwa għas-sentenza u, fi stqarrija wara s-sentenza, qalet li qed “tirriserva d-dritt ftehim wara l-2020. Importanti wkoll li f’każ t’appell u konferma tas-sentenza, il-Gvern jieħu lura l-isptarijiet u jimplimenta l-viżjoni tiegħu, fosthom li jibni sptar ġenerali ġdid f’Għawdex. F’dan kollu wkoll serħan il-moħħ għall-investituri ġenwini.

“L-investiment dirett barrani f’Malta se jibqa’ b’saħħtu

Robert Abela: Fl-aħħar tliet snin fil-konfront ta’ Steward Healthcare, ħadna pożizzjoni konsistenti … dejjem għednielhom ‘pacta sunt servanda’, li jfisser li l-pattijiet u l-obbligi legali qegħdin hemmhekk biex jiġu osservati tal-Gvern responsabbli millartijiet, INDIS, biex jitnaqqas il-perjodu ta’ 30 jum allokat għall-appell bil-għan li jkun hemm deċiżjoni definittiva filkwistjoni kemm jista’ jkun ma- li tissalvagwardja l-interessi tagħha fil-fora legali u qrati għoljin f’Malta u barra”.

Punt importanti li ħareġ mid-diskors tal-Prim Ministru hu li l-Qorti ma ħassret ebda għax hemm fiduċja f’Malta u l-ħaddiema,” enfasizza l-Prim Ministru t-Tnejn, waqt li insista li bid-deċiżjoni aħħarija li ttieħdet, il-Gvern ried ikun żgur li ma jikkatalizza ebda klawżola li setgħet tintitola lil Steward Healthcare għal xi kumpens li ma kinitx intitolata għalih.

“U dan hu l-mod kif isiru l-affarijiet bis-serjetà,” kompla l-Prim Ministru fil-Parlament.

Hu fisser id-deċiżjoni talQorti l-ġimgħa l-oħra bħala mument ta’ responsabbiltà, li jiddetta l-interess nazzjonali, u dan bil-kontra ta’ kif qed iġib ruħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li s-sentenza servietu biss biex iżid id-doża tal-partiġjaniżmu.

Steward Healthcare għandha erba’ kuntratti, tnejn minnhom imorru lura għall-2015 u t-tnejn l-oħra għall-2016, u dwarhom il-Gvern dejjem tkellem b’mod konsistenti, inkluż meta kien hemm rapporti relatati mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO). Filfatt, fl-2020 il-Gvern kien ta messaġġ ċar li t-tagħlimiet li joħorġu mir-rapporti tal-NAO se jkunu qegħdin jittieħdu.

This article is from: