7 minute read

Tkompli f’paġna

LIĠIJIET MIXTIEQA GĦAL ŻMIEN TWIL

Tkompli minn paġna 1 Analiżi tal-KullĦadd turi li minn Jannar 2020 sakemm il-Parlament aġġorna għall-vaganzi tas-sajf fl-14 ta’ Lulju li għadda tressqu b’kollox 125 abbozz, li minnhom 103 diġà għaddew mill-fażijiet kollha qabel saru liġi. 10 oħra, li jinsabu fl-aħħar stadju, mistennija jiġu approvati mill-fażi tat-tielet qari fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali wara li din tiftaħ mill-ġdid fl-4 ta’ Ottubru li ġej.

Advertisement

L-għadd sħiħ ta’ liġijiet ġodda f’perjodu ta’ sentejn għalhekk se jkun laħħaq il-113. Minn dak li jirriżultalna din iċ-ċifra hi saħansitra akbar mill-għadd ta’ liġijiet li ddaħħlu fuq terminu ta’ ħames snin, jew leġiżlatura sħiħa, sa mill-inqas l-1987, meta kien tela’ fil-poter il-Partit Nazzjonalista.

Joħroġ li l-medja ta’ liġijiet ġodda minn 34 sena ilu ’l quddiem kien ta’ 110 liġijiet kull ħames snin, tlieta inqas minn kemm se jkunu qed jiddaħħlu f’pajjiżna f’sentejn biss taħt din l-amministrazzjoni Laburista.

Fattwalment l-aħħar leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista – dik bejn l-2008 u l-2013 – kienu ddaħħlu 112-il liġi ġdida taħt il-Prim Ministru Lawrence Gonzi.

Ta’ min jinnota li numru ta’ liġijiet ġodda li ddaħħlu fl-aħħar xhur mhux biss ilhom mistennija għal għexieren ta’ snin u Gvernijiet preċedenti Nazzjonalisti qatt ma ttrattawhom, iżda saħansitra jikkoreġu deċiżjonijiet żbaljati ta’ dawk l-istess amministrazzjonijiet nazzjonali.

Primarjament fost dawn hemm il-liġi li rrevokat kompletament id-deċiżjoni ta’ GonziPN li jisraq il-leave tal-ħaddiema li kienu jikkumpensaw il-festi kollha li jaqgħu s-Sibt jew il-Ħadd.

L-emenda fl-Att dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi, li ġiet approvata fil-Parlament fil-bidu ta’ din is-sena, raddet dak li ġie mċaħħad mill-Gvern Nazzjonalista fl-2005 bl-iskuża li ried iżid il-produttività fil-pajjiż. Anke jekk dak l-iskop baqa’ ma ntlaħaqx u pajjiżna laqqat kritika ħarxa mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), l-emendi fil-liġi kienu baqgħu fis-seħħ.

Meta wieħed iqis li dawn il-btajjel pubbliċi bdew jingħataw lura lill-ħaddiema kollha fl-2018, ifisser li kull ħaddiem milqut insteraq b’aktar minn 50 ġurnata leave bejn l-2005 u l-2017. Immultiplikat bin-numru ta’ ħaddiema f’pajjiżna u l-paga li kienu jirċievu, Gvern Nazzjonalista kien ċaħħad lill-ħaddiema mat€300 miljun fl-istess perjodu, fost numru ta’ miżuri oħrajn t’awsterità li waslu anke wara.

Dawn il-flus (u anke l-ħin liberu) misruqa bdew jingħataw lura lill-ħaddiema minn Gvern Laburista mill-aħħar sentejn ’l hawn u, bil-Baġit ta’ din is-sena, il-ħaddiema huma garantiti li l-btajjel pubbliċi kollha li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa jiżdiedu b’mod awtomatiku mal-ġranet tal-leave kull sena, l-istess kif kienet il-proċedura 16-il sena ilu.

Liġijiet oħrajn importanti li introduċiet l-amministrazzjoni ta’ Dr Abela jinkludu r-riforma fil-Liġi tad-Divorzju, li neħħiet il-perjodu ta’ stennija, u l-introduzzjoni ta’ skemi b’rabta mal-kirjiet ta’ proprjetà li jmorru lura għal qabel l-1995 li jagħtu serħan tal-moħħ lill-inkwilini, daqskemm kumpens xieraq u skont is-suq lis-sidien.

Liġi storika li għaddiet mill-Parlament, xprunata minn wegħda elettorali Laburista, kienet il-proċedura li mill-elezzjoni ġenerali li jmiss se tara li jkun hemm ugwaljanza de facto bejn is-sessi u tagħti garanzija lis-sess l-inqas rappreżentattiv fil-Parlament li jkollu mill-inqas 40% tad-deputati li jirrappreżentawh.

Żvilupp legali ieħor importanti jinvolvi r-riforma fuq id-drogi biex min jinstab fil-pussess sempliċi mhux bilfors jintbagħat il-ħabs, kif kien qed jiġri, b’każi ta’ sentenzi inġusti rrapportati mill-Qorti. Minflok persuna tista’ tiġi ordnata biex tagħmel xogħol fil-komunità jew inkella tingħata ordni diretta ta’ riabilitazzjoni.

Aktar drittijiet u drittijiet aħjar lil persuni b’diżabilità, flimkien mal-introduzzjoni ta’ drittijiet u assistenza għall-ewwel darba lill-vittmi tal-kriminalità wkoll komplew isaħħu l-qafas soċjali fl-aħħar xhur. Ma’ dawn kien hemm liġijiet speċifiċi li direttament saħħew il-funzjoni tal-istituzzjonijiet. F’xi wħud kien saħansitra meħtieġ bidla radikali, bħal fil-każ tal-qalba storika fil-proċeduri ta’ prosekuzzjoni ġudizzjarji minn idejn il-Pulizija għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, fost oħrajn.

Tali proċedura eżorbitanti seħħet mingħajr skossi fl-entitajiet jew fil-ħidma kontinwa tal-qrati, li wkoll esperjenzaw qabża kbira b’liġijiet u emendi li ppermettew riformi għal iżjed effiċjenza fihom, inqas dewmien fil-proċess tal-appelli u b’awli u żamma ta’ rekords kollha diġitalizzati.

Ma’ dawn, l-emendi mressqin fil-Parlament minn Jannar tal-2020 ’l hawn wasslu biex il-Korp tal-Pulizija issa għandu bord ġdid ta’ dixxiplina kompletament awtonomu, bi dritt t’appell quddiem bord ieħor indipendenti li jinħatar mill-President tar-Repubblika. Il-livell ogħla ta’ dixxiplina fil-forzi tal-ordni issa wkoll jimponi bħala reat l-abbuż minn alkoħol jew droga fuq il-post tax-xogħol, xi ħaġa li sfortunatament kienet għadha mhix irregolata sal-lum il-ġurnata.

B’riżultat tal-iżviluppi legali, il-Prim Ministru wkoll kompla jerħi minn idejh is-setgħa li jaħtar lil min jokkupa pożizzjonijiet ewlenin fil-pajjiż, u wara dawk tal-Prim Imħallef u membri oħrajn tal-ġudikatura, issa hi r-responsabbiltà tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) li tiskrutinja kandidati għall-ogħla uffiċjali taċ-Ċivil, mis-Segretarju Permanenti Ewlieni għas-Segretarji Permanenti tal-ministeri.

Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, ta’ min jinnota li l-kisba ta’ tant żviluppi leġiżlattivi f’pajjiżna setgħet kienet akbar li kieku l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, immexxija minn Bernard Grech, ivvotat favur l-emenda 166 fl-Artiklu 39 tal-Kostituzzjoni, li bħala tali kienet teħtieġ l-appoġġ taż-żewġ terzi tal-Kamra tad-Deputati.

Din l-emenda, li l-vot fuqha ttieħed fl14 ta’ Lulju li għadda, kellha l-għan li żżid il-poteri lill-awtoritajiet, bħall-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), biex jimponu multi u sanzjonijiet aktar ħorox fuq min jinqabad iwettaq reati gravi, bħall-ħasil ta’ flus. Id-Direttur tal-FIAU Kenneth Farrugia kien spjega mal-midja li, kif inhi l-Liġi llum, idejn l-entità huma marbutin u ma tistax tkun effettiva kif inhu mixtieq.

Fir-reazzjoni tiegħu, il-Prim Ministru kien iddeskriva l-aġir tal-Oppożizzjoni bħala test fallut biex turi bil-fatti li trid tgħin lil pajjiżna jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Financial Action Task Force (FATF).

L-emenda wkoll kienet tressqet fil-Parlament wara li pajjiżna talab l-opinjoni tal-Kummissjoni Venezja u f’Ġunju li għadda ppubblikat ir-rakkomandazzjonijiet tagħha.

Liġijiet ġodda saħansitra kkoreġew deċiżjonijiet żbaljati tal-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, fosthom dik li mill-2005 rat lill-ħaddiem Malti jinsteraq il-ġranet tal-leave tiegħu

NEFQA MILL-GVERN F’ASSISTENZA SOĊJALI FL-EWWEL NOFS TAS-SENA

SENA € 000 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 14,963 15,372 18,802 13,624 13,078 14,702 13,482 12,332 11,620 11,593

ID-DIPENDENZA FUQ L-ASSISTENZA SOĊJALI TKOMPLI TONQOS

META JITQABBLU L-EWWEL SITT XHUR TA’ DIN IS-SENA MAL-ISTESS PERJODU TA’ QABEL IL-PANDEMIJA JIRRIŻULTA LI KIEN HEMM AKTAR MINN 550 PERSUNA LI MA BAQGĦUX DIPENDENTI GĦALKOLLOX FUQ L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

L-għaqal fil-politika tal-Gvern Laburista wassal biex ’il fuq minn 550 persuna nqalgħu mill-faxex tal-qiegħ tas-soċjetà u fl-aħħar sena u nofs bdew ifendu għal rashom mingħajr il-ħtieġa tal-assistenza soċjali mogħtija mill-Istat, avolja għaddejna mill-agħar kriżi dinjija kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. Ħarsa lejn l-aħħar kriżi li laqtitna, dik finanzjarja tal-2008-2009 u li kienet ferm iżgħar, dawk fuq l-assistenza soċjali kienu, minflok, żdiedu … u żdiedu bil-kbir.

Stqarrija mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) nhar it-Tlieta li għadda kkonfermat li matul l-ewwel sitt xhur tal-2021 kompliet tonqos id-dipendenza fuq l-assistenza soċjali. Fil-fatt, kienu 4,210 biss li kellhom jirrikorru għal din l-għajnuna, jew 3% inqas milli dawk li kellhom bżonn din l-għajnuna fl-ewwel sitt xhur tal-2020.

Meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tal-2019, jiġifieri qabel bdiet il-pandemija, ukoll hemm tnaqqis konsiderevoli. Fil-fatt, dakinhar kien hemm 4,763 persuna dipendenti fuq din l-għajnuna, li kienet tikkwantifika għal €12.3 miljun. Dan ifisser li minkejja l-pandemija fuq medda ta’ sentejn kien hemm tnaqqis ta’ 553 persuna, jew 12%.

It-tnaqqis ta’ dawk fuq l-assistenza soċjali jistona bil-kbir ma’ dak li kien ġara fil-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008, meta kien hemm żieda ta’ kważi 900 persuna fuq l-assistenza soċjali. Dan filwaqt li dakinhar kien hemm id-doppju tal-ammont preżenti jiddependu mill-għajnuna.

Imqabbel mal-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista, wieħed jinnota li, fl-ewwel sitt xhur ta’ kull sena, l-ispiża fuq l-assistenza soċjali naqset drastikament, partikolarment mill-2015 ’il quddiem meta beda jinħass l-effett tal-miżuri soċjali introdotti mill-Gvern Laburista.

Fil-fatt, waqt li l-ispiża fuq dan il-benefiċċju dak iż-żmien kienet tlaħħaq għal kważi €19il miljun, din issa tniżżlet għal madwar €11.6 miljun bejn Jannar u Ġunju li għaddew.

F’din id-differenza wieħed irid jikkunsidra wkoll li l-istess benefiċċju ssaħħaħ finanzjarjament ferm iżjed milli kien disa’ snin ilu.

Tali suċċess illum, bħallaħħar snin, hu r-riżultat ukoll ta’ miżuri u għajnuniet oħrajn li qed jagħmluha eħfef għal persuni biex ma jaqtgħux qalbhom milli jidħlu fid-dinja tax-xogħol, inklużi dawk li jkunu fuq assistenza soċjali. Dawn tal-aħħar ma jitilfux il-benefiċċju minnufih appena jibdew jaħdem, iżda jitnaqqsilhom bil-mod fuq perjodu ta’ snin.

Fl-istess ħin, f’April li għadda kien sar magħruf mill-NSO stess li n-nefqa tal-Gvern matul l-2020 żdiedet bi kważi €79 miljun fuq is-sena ta’ qabel, bl-akbar żieda tkun ta’ €67.4 miljun fuq benefiċċji kontributorji, inklużi pensjonijiet li b’kollox laħħqu aktar minn €878 miljun.

Mit-tagħrif mogħti millNSO din il-ġimgħa jirriżulta li matul l-ewwel sitt xhur tal2021 kompliet tonqos ukoll id-dipendenza fuq l-allowance supplimentari, bl-ammont li jirrikorru għaliha jonqos b’541 meta mqabbel mal-2020 u b’1,143 meta mqabbel mal-2019. Ta’ min jinnota li minkejja t-tnaqqis fid-dipendenza fuq dan il-benefiċċju, l-ispiża tal-Gvern xorta żdiedet minn €4.3 miljun fl-2019 għal €6.0 miljun fl-2021. Dan għaliex il-Gvern tejjeb ir-rati ta’ dan il-benefiċċju.

L-istess seħħ fejn jidħol l-inwork benefit fejn hemm aktar minn 5,100 persuna li qed igawdu minn dan il-benefiċċju mogħti lil dawk li jaħdmu, imma li għandhom dħul baxx. Imqabbel ma’ sena ilu, l-ammont mogħti tela’ bi kważi €1 miljun, jew kważi bin-nofs. Dan seħħ wara titjib fir-rati, fl-eliġibilità u d-dħul ta’ suppliment għal dawk bi tfal.

Fl-aħħar jiem sar magħruf ukoll, skont indiċi ġdid fl-istatistika Ewropea, li pajjiżna qed jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi umani tiegħu fissuq tax-xogħol u għandu l-inqas nuqqasijiet f’dan ir-rigward miż-Żona Ewro kollha kemm hi. Dan minbarra li għandu diġà waħda mill-inqas rati ta’ qgħad.

B’rispons għall-impatt ekonomiku li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19, l-uffiċċju tal-istatistika Ewropew, il-Eurostat, introduċa indiċi ġdid li jikkalkula diversi rekwiżiti oħrajn fis-swieq lokali tax-xogħol, minbarra r-reġistri talqgħad. Dan biex jagħti stampa iżjed fattwali ta’ dak li għaddejjin minnu l-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.

Ma’ dan hu magħruf li, mill2013 lil hawn, l-ammont ta’ ħaddiema li jitħallsu biss il-paga

More articles from this publication:
This article is from: