AMM News Magazine

Page 1



Kontenut Intervisti 07. I am who I am – AMM jitkellem ma’ Glen Vella dwar l-esperjenza tiegħu fil-Ġermanja.

14. Kittieba żagħżugħa – Niltaqgħu ma’ Leanne Ellul biex tgħidilna dwar l-ispirazzjoni tagħha fil-letteratura Maltija.

19. Il-Fotografa u l-Mudella – Sean Chircop jitkellem ma’ Georgiana Farrugia dwar il-bidu tal-karriera tagħha fil-fotografija u l-immudellar.

49. JDM – Ryan Camillieri jitkellem magħna dwar il-passjoni li għandu lejn il-karozzi Ġappuniżi.

Artikli

Attivitajiet: 35. Il-Festa tal-Kappella

10. Kemm flertjaw... – AMM jinvestiga dwar

il-modi kif 43. Lejl f’Casal Fornaro

iħobbu jifflertjaw in-nisa u l-irġiel.

38. Frott iż-Żebbuġ Ismi – Ħarsa lejn il-Belt taż-Żejtun.

37. Żejt iż-Żejtun Programmi:

46. Malta FB Page Awards

24. Starmakers

51. Sentejn magħkom! – Nagħtu ħarsa lejn il-paġna AMM hekk kif

25. Netube

qed tiċċelebra l-anniversarju tal-qoton (2009 – 2011).

26. Crazebook

60. It-Torrijiet Tewmin – 10 snin wara t-traġedja li ħasdet id-dinja. Kompetizzjonijiet: Minn ħarġa għall-oħra! Editorjal 3 – Pariri 5 – Saħħa u Sbuħija 28 – Paparazzi 30 – Ikel u Xorb 62 – Vjaġġar 64 – Żodjakali 68

33. Numru Tnejn 66. Tisliba u Logħob



L-EDITORJAL Wara x-xhur tas-sajf mimlija daqs bajda b’tgwadija a la Maltija, għawm, safar, BBQs, festi, logħob tan-nar, ġranet Għawdex jew Kemmuna, nerġgħu lura għar-rutina tas-soltu. Wara l-waqfa ta’ mistrieħ l-istudenti u l-għalliema jerġgħu lura għall-iskola u jien wieħed minhom fejn fi ftit jiem oħra nerġa’ nsib ruħi fuq il-bank tal-iskola. Dan is-sajf it-tim wara r-rivista AMM ħadem qatigħ biex iwasslilkom kontenut li jolqot lil kull persuna minn kull sfera tas-soċjetà u ta’ kull età. Ir-rivista AMM se tibda toħroġ ta’ kull xahar mingħandna għalikom u b’hekk għandna bżonn l-opinjoni tagħkom biex nkomplu nsaħħu l-kontenut tar-rivista biex nolqtu aktar l-interessi tagħkom. B’hekk kull opinjoni u idea hija milqugħa mit-tim ta’ AMM u tiddejqux biex tgħidu dak li tixtiequ dwar din ir-rivista permezz talposta elettronika rivista@ammnews.com.mt. L-idea li toħroġ rivista online seħħ wara li l-paġna fuq facebook AHBARJIET MIN MALTA għamlet suċċess kbir fejn bdiet twassal l-aħbarijiet ta’ kuljum lil fuq minn 12,500 ruħ. Għalkemm issa ftaħna paġna ġdida bl-isem ta’ AMM News, fejn minn hawn qed nistidnuk biex tidħol fil-paġna l-ġdida tagħna. F’din ir-rivista tajna ħarsa lejn l-istorja ta’ AHBARJIET MIN MALTA u l-aħbarijiet li wasalna lilkom matul dawn l-aħħar sentejn. F’din l-ewwel ħarġa tagħna se nagħtu ħarsa mhux biss lejn personalitajiet magħrufa, bħal Glen Vella, iżda wkoll lejn personalitajiet li għadhom jibdew juru b’mod pubbliku t-talent tagħhom. Dan se jkun wieħed mill-għanijiet li se tippromovi AMM fejn ta’ kull xahar se nibdew nagħtu promozzjoni lin-nies mhux daqsekk magħrufa. Jekk trid tkun wieħed jew waħda minn dawn il-personalitajiet ibagħtilna fuq lemail tagħna. Matul ir-rivista għandkom isibu wkoll artiklu speċjali għall-amministraturi kollha ta’ kull paġna Maltija fuq facebook. Dwar dan araw l-artiklu dwar il-Malta FB Page Awards. Minn hawn nixtieq is-sena skolastika t-tajba lill-istudenti u l-għalliema kollha. Qed nistennew li barra li tgawdu l-artikli li lestejna għalikom tibagħtulna wkoll l-opinjoni tagħkom Sadanitant komplu gawdu l-aħħar laqgħa xemx u baħar qabel nibdew ninġabbru ġewwa!

Glen Żviluppaturi tal-applikazzjoni – Seasus Riklamar – Alison Casha Editur – Glen Chircop Assistant Editur – Sean Chircop Disinijatur – Glen Chircop Fotografu tal-Qoxra – Hector Bonnici 3



PARIRI

Is-Sbuħija Il-banana tofrilek trattament meraviljuż kontra t-tikmix. Kull ma għandek tagħmel hu l-tagħfeġ kwart ta’ banana sa kemm tiġi veru kremuża. Wara ferriexa ma’ wiċċek kollu u ħalliha hemm għal 15 jew 20 minuta. Wara laħlaħ wiċċek b’ilma fitel u mbagħad aħslu b’ilma kisaħ. Fl-aħħar ixxotta wiċċek sew.

Tista’ tuża’ l-ħall biex tneħħi l-brija minn mal-qorriegħa. Kull ma għandek tagħmel hu li tferra l-ħall f’xagħrek u timmassaġja l-qorriegħa sew u tħallih għal ftit minuti biex jinxef ma’ xagħrek. Wara aħsel xagħrek sew. Dan il-proċess għandek tagħmlu kuljum sa kemm il-brija tisparixxi, normalment dan wara ftit ġranet jitlaq kollox.

Il-mouthwash alkaħoliku hu tajjeb ukoll biex iżomm il-pala u s-swaba’ ta’ saqajk fini. Biex ma jkollokx il-pala ta’ saqajk ħarxa jew maqsuma aqbad biċċa tajjara mxarba bil-mouthwash alkaħoliku u wara li tinħasel xarab biha l-pala ta’ saqajk u bejn is-swaba’. Il-mouthwash tradizzjonali b’livell għoli ta’ alkaħol jgħin ukoll biex ma jkollokx infezzjonijiet tal-fungi.

5


PARIRI

It-tea tree oil hu tajjeb biex jintuża kontra l-batirja u l-fungi. Fil-fatt jintuża ħafna biex il-pali tas-saqajn jibqgħu fini u għall-akne. It-tea tree oil insibuh ukoll bħala ingredjent f’ċertu xampù. Fil-fatt dawn in-nies li jużaw xampù li fih 5% tea tree oil inaqsilhom il-brija b’41% u jtejjeb ukoll is-saħħa tal-qorriegħa.

Iz-zunnarija mhux għall-ikel biss tajba iżda ankè biex tieħu ħsieb wiċċek ħalli jidher aħjar. Fil-fatt bi ftit zunnarija u għasel tista’ tagħmel taħlita tajba biex tużaha bħala mask. Kull ma għandek bżonn għal din it-taħlita huma 3 zunnarijiet kbar u 4 mgħaref u nofs għasel. Sajjar iz-zunnarija u wara agħfiġha sew. Kif ikollok iz-zunnarija kremuża ħawwadha mal-għasel. Kif tlesti t-taħlita applikaha ma’ wiċċek u ħalliha hemm għal 10 minuti. Wara laħlaħ wiċċek bl-ilma kisaħ.

6


I am who i am

IL-EUROVISION hawn Malta huwa għall-qalb diversi Maltin. Kull sena kemm-il festival tal-kanzunetta għallEwropa u l-Eurovision jiġbdu eluf ta’ ċittadini Maltin biex isegwu x’ikun qed jiġri f’dawn iż-żewġ festivals li jagħtu promozzjoni lit-talent Malti. Ilkantant rebbieħ għal dik is-sena jkun qisu r-re, Malta kollha maqgħuda warajh biex jikseb gieħ lil Malta permezz tal-mużika.


PERSONALITÀ

Din is-sena l-ambaxxatur ta’ Malta filEurovision li sar Dusseldorf, il-Ġermanja, ma’ kien ħadd ħlief Glen Vella. Glen dak il-ġuvni umli u b’karattru tal-ġenn, fejn joħloq tbissima fuq wiċċ diversi nies, minn tfal sa anzjani. AMM għall-ewwel ħarġa tiegħu ħa ħsieb li jwassal intervista esklussiva ma’ dan il-kantant ta’ 28 sena, minn Fleur-de-Lys, wara l-mawra tiegħu fil-Ġermanja. Ix-xogħol proprju li jaħdem Glen, fejn jaħdem Learning Support Assistant f’skola tal-gvern, jidher li jmur tajjeb ħafna mal-karattru tiegħu. Dak li tara fuq it-televixin u Glen fir-realtà huwa l-istess persuna ma hemm l-ebda doppja faċċja u dan hu dak li jagħmel lil dan ilkantant speċjali. Ghalkemm għamel diversi suċċessi f’ħajtu dejjem baqa’ dak il-ġuvni dħuli u li jmur tajjeb ma’ kull bniedem flisfera tas-soċjetà, kif qalina hu stess fejn hu jara lilu nnifsu bħala ‘ċittadin Malti bħal kull individwu Malti’. Li jkanta minn dejjem kienet ġo fih, hekk kif qalina li ‘minn meta kont żgħir kont dejjem nieħu gost inkanta u nireċta fuq il-palk taliskola’. Li laħaq kantant, li hu t-tieni xogħol tiegħu, jaraha li ġiet fuqu b’mod naturali, fejn jgħid li ‘qatt ma ħsibt li nista’ nsir kantant’. Hu mexxa pass pass fix-xena tal-kant. Fejn dejjem ħa gost li bit-talent tiegħu jferraħ lil dawk ta’ madwaru u permezz ta’ dan it-talent ‘il-ħajja writni t-triq waħidha’ fejn għandu jasal filkarriera tiegħu. Fil-fatt jara li l-karriera tiegħu fil-kant tagħtih ‘ħafna sodisfazzjon u permezz tagħha nrabbi l-kuraġġ biex inkompli nferraħ lil ta’ madwari kemm jista’ jkun’. Kemm-il darba smajna li Glen Vella jħobb ħafna l-mużika tar-Re tal-Pop, Michael Jackson, iżda fil-fatt l-iżjed li jħobb hi ‘lmużika tas-70s u dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ ‘Soul Music’’. Hu jħobb jisma’ kull ġeneru ta’ mużika, iżda bħalissa hu mitfugħ l-aktar fuq ‘Soul Music’ mħallta ma’ mużika ‘House’. Barra Michael Jackson insibu wkoll lil Stevie Wonder, Beyonce, Aretha Franklin u Jennifer Hudson, fost l-oħrajn, li jpaxxuh bil-mużika tagħhom. Mill-mużika ta’

dawn il-kantanti li semmejna Glen jitgħallem ħafna t-teknika li jużaw fil-kant tagħhom biex japplika dan fil-kant tiegħu. Il-karriera tiegħu waslitu biex qed jagħmel iżżewġ passatempi li jħobb fl-istess ħin, il-kant u s-safar. Fejn kemm-il darba sifer biex ikanta, fosthom ħa sehem f’diversi festivals internazzjonali. F’Mejju li għadda tela’ lĠermanja jkanta fl-akbar festival Ewropew, ilEurovision, bil-kanzunetta ‘One Life’ waħda mill-aktar kanzunetti li għamlitlu suċċessi f’ħajtu. Iżda meta staqsejnih liema hi l-aktar kanzunetta għal qalbu minn dawk kollha li jkanta hu, qalina ‘jien għalija kull kanzunetta li kantajt kellha suċċess personali’. Barra ‘One Life’ skontu l-aktar kanzunetti li huma popolari mal-pubbliku huma ‘Just a Little More Love’ u ‘Lest Ngħix Biss Għalik’. Il-kompetizzjoni tal-Eurovision dejjem qed tiħrax sena wara ‘l oħra. Din is-sena wkoll Malta ma rnexiliex tgħaddi għall-finali ta’ dan il-festival bħal dawn l-aħħar snin riċenti. Sfortunatament din is-sena, għalkemm Glen ta wirja impekabli, tlifna l-opportunità li nieħdu sehem fil-finali ta’ dan il-festival għal punt wieħed biss. Hija veru ħasra li għal punt wieħed biss ma jirnexilekx tasal sal-barkun ta’ dik il-ħidma kollha li tkun għamilt u hekk kif jesprimi ruħu magħna Glen, ‘nammetti li xħin qaluli li għal punt, ħassejt dieqa kbira ġo qalbi li diffiċli nispjega!’. Għalkemm Glen meta m’għadhiex għall-finali jgħid li ‘kont ħażin, iżda tikkonsla ftit meta tara pajjiżi b’saħħithom u msemmijin li jkunu fl-istess baħar miegħek’. Għalkemm m’għadhiex għallfinali jħossu onorat li rrapreżenta lil Malta u lMaltin, ‘biss xħin rajt u ħassejt l-appoġġ enormi tal-poplu Malti, erġajt imtlejt b’kuraġġ kbir u ta’ dan nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom’. Tajjeb li nkunu nafu wkoll li lil Glen l-aktar kanzunetta li għoġbitu millEurovision ta’ din is-sena kienet il-kanzunetta tad-Danimarka ‘New Tomorrow’ ta’ A Friend in London.

8


PERSONALITÀ

Glen jistqar mar-rivista AMM li se jerġa’ jieħu sehem fil-festival tal-kanzunetta għall-Ewropa, ‘Iva, terġgħu tarawni fil-Malta Song’. Dan hekk kif il-Eurovision ħalla effett pożittiv fuqu u b’hekk jgħidilna li meta jkollu kanzunetta oħra li fl-opinjoni tiegħu tkun tajba jerġa’ jieħu sehem biex jirrapreżenta lil pajjiżna. Bissaħħa tal-Eurovision u festivals oħra Glen kellu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ diversi kantanti internazzjonali, iżda hu jgħid li minn dejjem xtaq li jiltaqa’ mal-President tarRepubblika, Dr George Abela, u din ix-xewqa seħħet ukoll. B’hekk issa jgħid li jixtieq jiltaqa’ ‘ma’ xi kantant li semmejt qabel matul l-intervista’.

‘Iva, terġgħu tarawni fil-Malta Song’

Hekk kif tkellimna fuq diversi affarijiet pożittivi xtaqna wkoll inkunu nafu xi jdejqu lil Glen fil-ħajja tiegħu u bla ma qadt jaħsibha qal ‘ċertu ipokrezija ta’ ċertu persuni li jkollok tgħix bihom!’. Lil Glen dawn in-nies qatt ma qatgħulu qalbu peress li ma jagħtix kas lillindividwi ipokriti. It-teorija ta’ Glen meta jsib ruħu f’dawn iċ-ċirkostanzi hi li ‘s-skiet risposta’ fejn b’hekk iħossu li jimxi l-aħjar. Fil-fatt bħalissa qed iħossu pożittiv ħafna b’dak li qed jagħmel u se jibqa’ jaħdem għallfutur biex kif jgħidilna ‘sa kemm ikolli s-saħħa nibqa’ nara x’nista’ nivvinta biex inżomm ilkarriera b’saħħitha wkoll’. Fl-aħħar Glen jirringrazzja lill-qarrejja tagħna tas-sapport li dejjem urew fil-karriera tiegħu u jikkonkludi billi jgħid lil kull qarrej ta’ AMM li ‘nwiegħdek li sa kemm ikolli s-saħħa, nibqa’ nferħek bil-mużika tiegħi’.

9


SESS

Kemm flertjaw… MIN JIBDA L-EWWEL IL-MARA JEW IR-RAĠEL? Il-maġġoranza li qed taqraw dan l-artiklu xi darba jew oħra ġieli fflertjatu ma’ xi ħadd jew ifflertjaw magħkom. Xi drabi tkun qed tifflertja ma’ xi ħadd bla ma tinduna li dan l-ifflertjar ikun qed iseħħ. L-ifflertjar ma hu xejn ħlief dik l-imġiba li ssir biex tiġbed lill-persuna oħra lejk għallinteress sesswali jew romantiku. L-ifflertjar ma jsirx biss bejn in-nies, iżda l-maġġoranza talannimali wkoll jifflertjaw bejnithom biex jintogħġbu ma’ annimali oħra. Kulħadd moħħu min se jintogħġob l-aktar. In-nies ta’ kull kultura u soċjetà għandhom it-tendenza li jifflertjaw ma’ xulxin biex jintogħġbu ma’ persuni oħra. L-ifflertjar hija l-komunikazzjoni ta’ interess sesswali iżda billi tifflertja ma’ xi ħadd ma hemm l-ebda rabta. B’dan l-att inkunu nafu jekk ma ntgħġobnix mal-persuna l-oħra li jista’ jkun iwassal għall-partner sesswali tagħna u għall-bidu ta’ relazzjoni ġdida. L-aktar punt interessanti dwar l-ifflertjar hu li l-imġiba hi kważi l-istess fil-bnedmin kollha u kważi dejjem timxi mal-istess pattern. Fil-koppji etrosesswali din l-imġiba tibgħat sinjali mhux biss dwar is-sess iżda wkoll liema persuna hi l-aqwa biex fl-aħħar mill-aħħar tiżżewweġ u jkollok it-tfal magħha. Wisq propabli qatt ma tajt kas l-imġiba tiegħek jew tal-oħrajn waqt li tkun jew ikunu qed jifflertjaw. Wara li taqra dan l-artiklu li lestejna għalik ta’ AMM se tkun 10


SESS

osservatur tajjeb biex tara u tinterprita d-dinja tal-ifflertjar li hemm madwarek. Għalkemm se niddiskutu dwar il-pattern tal-ifflertjar f’koppji etrosesswali, il-maġġoranza tal-imġibi huma listess għall-koppji omosesswali, għalkemm l-individwu li jieħu l-ewwel inizjattiva fl-imġiba ta’ fflertjar f’dawn il-koppji hi aktar flesibli. Il-messaġġ ewlieni li l-irġiel ikunu jixtiequ jibagħtu hu li huma ‘macho’, ta’ min jafdahom u huma tajbin għat-tfal. L-imġiba osservata turi li l-ifflertjar ta’ raġel hu magħmul b’dan b’modi nonverbali, bla paroli żejjed. L-irġiel biex jintogħġbu minn xi tfajla jħobbu jitfgħu daharhom lura biex jidher ilqafas ta’ sidirhom, jitfgħu daharhom ma’ dahar ta’ siġġu u jitfgħu jdejhom wara rashom, jippuntaw geddumhom fl-arja, u jagħmlu ġesti grandjużi biex iqabbdu sigarett jew biex jgħajtu lill-wejter. Min-naħa tagħha il-mara tkun tixtieq turi li hi interessata f’raġel partikolari u li hi għandha aktar x’toffri min-nisa l-oħra f’dak li hu sess, intimità u riproduzzjoni. L-imġiba nonverbali li n-nisa jħobbu jagħmlu biex jattiraw l-irġiel jinkludu li joqgħodu jħarsu lejn ir-raġel li jogħġobhom bis-serqa, jiċċassaw lejh għal ħin twil, imissu xufftejhom, jitbissmu, jilaqu xufftejhom, jirranġaw xagħarhom, iħokku rashom, jista’ jkun ukoll li jagħtu ħalqhom, u jtawlu u juru għonqhom. Biex tistudjaw sew x’inhi veru l-imġiba talifflertjar hu important li tagħmel l-istudju tiegħek fejn l-aktar in-nisa u l-irġiel jintaqgħu għall-ewwel darba bħall-bars, lounges, restoranti u klabbs. Skont l-istudju li sar minn Perper u Fox qasmu lproċess tal-ifflertjar f’ħames stadji differenti; l-ewwel darba li jaraw lil xulxin, min se jibda jitkellem, iċ-ċaqliq, il-mess, u s-sinkroniżazzjoni. F’kull stadju wieħed jew waħda mill-koppja jagħmel dak ilġest addatat biex jiżviluppaw l-intimità għall-istadju li jmiss. L-ewwel kuntatt bejn il-mara u r-raġel, il-koppja, jibda b’ħarsa ħafifa mill-mara. Fejn l-għajnejn jintaqgħu flimkien f’dik il-folla. Il-mara tgħarrex il-post sew biex forsi tara xi raġel tal-ħolm u titfa’ għajnejja fuq dak li jiġbdilha l-aktar l-attenzjoni. Meta r-raġel imbagħad iħares lejha, l-mara tispiċċa biex tħares l-isfel jew lura jew tkompli tiċċassa lejh. F’dan l-istadju, ir-raġel hu mistenni li jersaq lejha. Fi ftit minuti hu mistenni li jkun jinsab maġenbha. Kif jersaq lejha, il-mara għandha tkompli miegħu permezz ta’ tbissima jew tirranġa xagħarha jew tersaq bil-mod il-mod aktar lejh. Jekk dan ma jseħħx miż-żewg naħat il-proċess tal-ifflertjar jieqaf hawn qabel ma jibda.

11


SESS

Ovvjament, il-pass li jmiss hu li xi ħadd jgħid xi ħaġa. It-tnejn li huma jħossuhom skomdi jekk joqgħodu ħdejn xulxin bla ma ħadd minhom ma jibda biex jgħid kelma. Normalment ir-raġel jibda jparla, fejn jgħid ftit kliem jew isaqsi mistoqsija biex jistenna li jkollu tweġiba. Hawn jibda proprjament ilproċess tal-ifflertjar. In-nisa jidher li f’dan listadju jippreferu tbissima ġenwina u mistoqsija ħafifa ta’ introduzzjoni, bħal ‘‘Ejj, kif int? kollox sew? Jien John’’. Biex irrelazzjoni bejn dawn it-tnejn tkompli l-mara għandha tgħid xi haġa lura, għax inkellha kollox jieqaf hawn. Il-ġesti għandhom irwol important filkomunikazzjoni bejn żewg persuni jew aktar, iżda fil-proċess tal-ifflertjar għandhom irwol aktar importanti mis-soltu. Normalment, żewg persuni li jkunu raw lil xulxin l-ewwel darba jkunu bilwieqfa jew bilqegħda maġenb xulxin milli wiċċ quddiem wiċċ. Dan minħabba li lpożizzjoni wiċċ quddiem wiċċ hi aktar intima milli ġenb ma’ ġenb. Hekk kif il-koppja jkomplu jitkellmu u jħossuhom aktar komdi jibdew jersqu ftit ftit qrib xulxin. Persuna minhom tibda ddur u tiċċaqlaq sa kemm f’qasir żmien jiġu wiċċ quddiem wiċċ. Dan hu proċess speċjali u sensittiv, peress li jekk xi ħadd ma jdurx jew ma jkomplix mal-persuna loħra, jew jekk xi ħadd idur f’daqqa, l-ifflertjar jieqaf hawn.

komunikazzjoni tajba bejniethom jiġi l-istadju tas-sinkroniżazzjoni. Hawn jibdew iċaqalqu rashom fl-istess ħin, jaqbdu t-tazza u jixorbu flimkien, imissu għonqhom fl-istess ħin u jibdew jieħdu n-nifs bl-istess ritmu. Ir-riċerka turi li s-sinkroniżazzjoni sseħħ b’mod naturali u ma tistax tkun fake. Fil-fatt jekk ikollok tagħmilha b’mod mhux naturali ssibha bi tqila ħafna biex tagħmel dan b’mod reali u naturali. Għalkemm ikun hemm l-ifflertjar bejn żewg persuni ma nistgħux inkunu ċerti jekk mhux se tinbena xi relazzjoni jew le bejniethom. Irridu niftakkru li f’dan il-punt il-koppja veru jkunu jafu ftit dwar xulxin u b’hekk ma jistgħux jieħdu r-relazzjoni għal pass aktar intimu. F’koppji etrosesswali r-raġel normalment joħroġ bis-suġġeriment, jekk dan ma jsirx irrelazzjoni normalment tispiċċa hawn. Dawn kienu ċertu forom komuni ta’ fflertjar, iżda mhux kulħadd jgħaddi minn dawn listadji eżatti meta jifflertja ma’ xi ħadd. Jekk tħares lura dwar meta kont qed tifflertja ma’ xi ħadd isib kemm din l-imġiba veru ġratlek meta kont qed tifflertja. Issa d-darba li jmiss li tintaqa’ ma’ xi ħadd u tkun qed tifflertja miegħu jew magħha ara jekk mhux veru tkun qed tgħaddi minn dawn l-istadji. Issa dejjem important li tibqa’ dak li int u mhux tagħmel dawn il-punti bħala vanġelu għalik biex tkun tista’ tgħabbi.

Il-pass li jmiss fil-proċess tal-ifflertjar hu lmess. L-ewwel li tmiss hi normalment il-mara. L-ewwel forma ta’ mess tkun b’mod ta’ inċident fejn il-mara tolqotlu jdejh waqt li tkun qed tidħak b’xi ħaga li qalilha, jew tneħħilu xi tentuxa minn fuq spallejh, jew tmisslu jdejh waqt li tmur tkellmu f’widintu. Dan ikompli jekk ir-raġel imissha lura jew jgħidilha grazzi jew jitbissimilha lura. Jekk ir-raġel ma jmissx lura, jew ikun deher li ddejjaq għax missitu, ma jkunx hemm tama biex ir-relazzjoni ta’ bejniethom tkompli. Fl-aħħar stadju tal-ifflertjar, għal darb’ oħra, il-ġesti huma ferm importanti. Fejn la darba lkoppja huma wiċċ imb wiċċ u żviluppaw 12



Leanne Ellul L-awtriċi żagħżugħa Staġuni Ir-Rebbiegħa

Il-Ħarifa

Wiċċek roża warda f’id ħuttab imxennqa għal dak li jmiss. Il-bewsa ’rfajta fl-investa. Bżajt li ntebbagħlek wiċċek u ma jinħasilx bis-sapun. Għada nerġa’ ngħaddi. Issajjarx. Niekol minn tal-lum. Inżidlu ftit petali tal-peprin u ponn weraq tal-ġilji.

Illejla nieħdok dawra. U wara nieqfu għall-kafè. Sħun ikun, tibżax. Ir-riħa tiegħu ta’ ’nċens ifuħ. L-ilma tiegħu, imbierek.

Is-Sajf

Ix-Xitwa

L-iskrun tal-fann imkisser jitfa’ riħ imqanżaħ u nħossni rrid naqla’. Imma ma nitkellimx. Mill-kmiem imxammra gozz u l-qtar tal-ilma fuq wiċċek ninduna x’qed tħoss. Imma ma nitkellimx.

Illum għall-ewwel darba niżel is-silġ. Mhux ftit ilma ffriżat fi blalen żgħar. Imma silġ. Rajtu nieżel minn bejn xufftejk vjola, ma jitħarrkux. Lanqas għal darba oħra. Lanqas darba waħda biss.

Ħajku 1

Ħajku 2

Żibeġ kull kulur jinżlu fuq rasi f’naqriet. Dabet qawsalla.

B’pala l-furnar jiġbor munzell dqiq fin u jiskolpik.

14


LETTERATURA

AMM iltaqa’ mal-awtriċi Leanne Ellul, għalliema ta’ 21 sena, minn Ħal Luqa, fejn kelmitna dwar il-passjoni tagħha lejn il-lingwa u l-letteratura Maltija. Kemm-il darba smajna b’diversi kittieba Maltin, iżda hawn ser naraw x’hemm fl-isfond ta’ kittieba żagħżugħa u b’imaġinazzjonijiet friski.

Min hi Leanne Ellul, fil-ħajja reali tagħha? Min ikun madwari forsi jista‟ jgħid aħjar minni. Minn Settembru li ġej ser nibda naħdem ta‟ għalliema u fl-istess waqt ser inkompli l-Masters part-time. Dan is-sajf (2011) nista‟ ngħid illi kont ixxurtjatha li kelli iżjed ħin f‟idejja sabiex nikteb u nesperimenta b‟kitbiet ġodda. Fl-aħħar mill-aħħar, jiena persuna li nħobb is-sempliċità u l-oriġinalità. Inħobb nidħaq u fejn hu possibbli nnissel tbissima fuq fomm ħaddieħor. Nipprova nleħħaq ma‟ kollox. Għalhekk rari nagħmel ħaġa waħda fl-istess waqt. X’wasslek biex tinteressa ruħek fil-letteratura Maltija? Naħseb illi l-imħabba li dejjem uriet ommi lejn il-letteratura Maltija kattret fija l-ġibda lejn dan il-qasam. Imbagħad, iz-ziju t‟ommi Fredu l-Bamboċċu kien pedina oħra li ressqitni lejn ir-rebħa tal-letteratura Maltija. U l-qari. Tibda taqra, mhux biss xogħlijiet Maltin għax inkella tibqa‟ tgħum fir-roqgħa ilma ta‟ madwarek u ma tintebaħx bl-ibħra l-oħra li joffru mewġiet diversi, u tintebaħ kemm il-letteratura Maltija għandha potenzjal. Meta taqra l-istorja ta‟ Malta, tintebaħ ukoll bir-rabtiet li hemm bejnha u l-letteratura Maltija. U fiha tara passaġġ. Passaġġ li beda snin ilu bil-fomm u għadu għaddej sal-lum bil-kitba. Imbagħad l-espressjoni Maltija għalija hi ċċavetta tal-ħsus tiegħi. L-ilsien matern, il-Malti, mhux biss twieled miegħi, iżda kiber miegħi u mingħajru naħseb illi ma niktibx l-istess. X’tghidilna dwar il-kitbiet tiegħek, ħriġt xi pubblikazzjonijiet jew ġew ippubblikati xi mkien għall-pubbliku? Is-sena li għaddiet il-grupp Versatili flimkien ma‟ Inizjamed tellgħu serata bħala parti millEvenings on Campus. Hemmhekk ġie mniedi ktieb bis-siltiet li nqraw f‟dik il-lejla. Fil-ktieb „Sekwenzi ta‟ Tluq‟ għandi poeżija waħda. Għandi wkoll blogg fejn hemm xi wħud mill-poeżiji tiegħi. Issa x-xewqa tiegħi hi li nippubblika. Xi darba. Barra minn hekk qrajt f‟diversi serati fosthom dik imsemmija hawn fuq; is-serata mtella‟ minn Versatili u Aġenzija Żgħażagħ, „Innoċenza Mqarba‟; is-serata „‟il barra minn fommna‟ u xi serati mtella‟ mill-Għaqda Poeti Maltin. X’ġeneru ta’ kitbiet tikteb, novelli u poeżiji għat-tfal jew għall-adulti, kitbiet soċjali, satiriċi jew ġrajjiet reali? Fil-verità, taħlita ta‟ kollox. Jien ma neskludi xejn. Iżda mbagħad insibni komda nikteb ċertu stili għal ċertu ġeneri. Ngħidu aħna, il-poeżija li nikteb tappella aktar għall-kbar għax fiha nħoss li

15


LETTERATURA

nażżarda ftit iżjed, żgur illi nażżarda aktar nikteb dak li fil-verità ma ngħidx jew ma niktibx finnovelli. Inħoss illi l-qosor, f‟ġeneru bħall-ħajku, jaqdini tajjeb ħafna wkoll. Imbagħad, in-novelli li nikteb, għad illi mhumiex komiċi, satiriċi jew ironiċi, fihom dan l-aspett f‟xi waqtiet. Bla dubju, nitnebbaħ minn kulma jiġri madwari. Xi drabi, mill-aktar affarijiet żgħar, dawk li għal ħaddieħor ma jfissru xejn. Iżda għalija jkunu biżżejjed biex f‟moħħi tisponta poeżija jew novella. U fuq kollox, nemmen li l-personali ftit li xejn jista‟ jinqata‟ mill-kittieb. F‟xi waqtiet, jiġri illi lkittieb (poeta, novellier, rumanz) se jinkixef. Fil-kitbiet tiegħi hemm doża ta‟ jien, li mhux dejjem inkun konxja minnha, u xi drabi naħbiha taħt vuċijiet jew karattri oħra. Min jimpresjonak l-aktar biex tikteb dan il-ġeneru ta’ kitba? Il-vina komika ta‟ Bill Bryson tolqotni wisq. Fi Graffiti Moon, Cath Crowley tgħid illi “it's harder to make someone laugh than it is to make them cry." Fl-istess waqt togħġobni l-kitbapoeżiji u novelli- diretta u li tolqot ta‟ Margaret Atwood. U anke t-tmiem xokkanti li kapaċi jagħti lill-istejjer tiegħu Graham Greene. Hemm kittieba oħra li jogħġbuni u nitnebbaħ minnhom. Bla dubju, hemm ukoll dawk Maltin. Ix-xogħlijiet kontemporanji nipprova naqra kemm nista‟ minnhom, għalkemm b‟rata ta‟ aktar minn ktieb ippubblikat kuljum, mhix faċli. Poeżiji kontemporanji Maltin diversi, litteralment jaqtgħuli nifsi. U llum, aktar u aktar nisa qed isemmgħu leħinhom bil-kitba. Hekk, fil-kitbiet tagħhom, xi drabi naqra dak li jien ma kontx kapaċi nlaħħam f‟poeżija jew novella. X’taħseb dwar il-futur tiegħek? Fil-verità, nipprova ma naħsibx wisq. Noħlom iva. Il-ħolm iżommni għaddejja. Minn kmieni, tgħallimt ngħix sekonda b‟sekonda. Nittama biss illi jkun wieħed sabiħ f‟kull aspett u f‟kull sens tal-kelma „sabiħ‟. Kif dħalt fix-xena ta’ letteratura Maltija dan l-aħħar? Ili parti mill-Għaqda Poeti Maltin mill-2006. U l-għatx għall-kitba, ma jaqtax. Imbagħad ilKulleġġ post-sekondarju De La Salle u l-Università kienu postijiet li tawni spinta ‟l quddiem. Hemmhekk sibt nies ta‟ tampari u mhumiex li kellhom l-istess interessi tiegħi u b‟hekk stajt immidd riġlejja fejn dejjem ħlomt li nagħmel. Kif taħseb li tkun Leanne u l-kitba tagħha sa 10 snin oħra? Forsi mara miżżewġa. Forsi omm. Min jaf? Nittama biss li nikkollezzjona aktar memorji u esperjenzi biex sa għaxar snin oħra nkun immaturajt aktar u għaraft modi ġodda u friski biex inġedded lili nnifsi. U hekk ukoll il-kitba tiegħi. Hemm xi persuna li tixtieq tintaqa’ magħha/miegħu? Jekk iva min u għaliex? Ma naħsibx li hemm xi persuna partikolari. Fil-verità, kell persuna li tiltaqa‟ magħha għalija hi ktieb miftuħ u ħaj. Kull laqgħa hi xi ħaġa speċjali, jew tal-anqas wieħed jista‟ jagħmilha hekk.

16


LETTERATURA

X’idejqek l-iżjed fil-ħajja? L-uċuħ doppji. L-ipokrezija u l-gideb. Jew l-oqbra mbajda. Inqisni bħala persuna tolleranti ħafna, iżda fejn nara l-inġustizzji, imbagħad inġustizzji kkawżati minn azzjonijiet intenzjonati, noqmos wisq. Tibża’ mill-aħħar tad-dinja? Iva u le. Ma nibżax li mmut. Nibża‟ minn kif se mmut. Ta‟ spiss nara dokumentarji fuq l-aħħar tad-dinja u għalhekk nispiċċa anke noħlom jew nikteb fuq hekk. Fuq kollox, nibża‟ li jekk ittmiem kif deskritt f‟kotba bħall-Apokalissi jasal fi żmienna, inkunu aħna stess li ġibna dan kollu b‟idejna. X’jidhirlek mil-letteratura Maltija li qed jistudjaw l-istudenti tas-sekondarja? Taħseb li hemm kotba Maltin aħjar għall-età ta’ dawn l-istudenti? Konkorsi bħal “Letteratura għaż-Żgħażagħ” organizzati mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huma motivazzjonijiet li jgħinu sabiex il-kitba għall-adoloxxenti. Ma tqumx filgħodu u tiddeċiedi li tikteb għall-adoloxxenti. Hemm linja li tifred dak li hu tajjeb għat-tfal minn dak li hu tajjeb għall-kbar. U dan il-bilanċ qed jinżamm minn diversi kittieba. X‟taqra hemm. Iżda jeħtieġ illi qabel l-għalliema jgħidu lill-istudenti sabiex jaqraw (u anke l-ġenituri) jagħtu eżempju u juruhom kif għandhom jagħżlu ktieb minn ieħor, ktieb illi verament jogħġobhom. Hawnhekk tinħoloq differenza bejn dak li hu impost fuq l-istudenti u dak illi jagħżlu huma. F‟dan l-istadju, mhux kull ktieb li jintuża fl-iskejjel huwa addattat. Hemm uħud li ilhom jintużaw għal diversi snin u jeħtieġ li jinbidlu. Kotba oħra ma kinux maħsuba bħala kotba letterarji. Iżda l-aħbar it-tajba hi, li l-affarijiet qed jinbidlu u fil-futur mhux wisq ‟il bogħod ilMalti fl-iskejjel Maltin ser jilbes libsa ġdida u friski li tappella aktar għall-istudenti tassekondarja.

17



Georgiana Farrugia Il-Fotografa u l-Mudella Sean Chircop jitkellem ma’ Georgiana Farrugia dwar iż-żewġ passjonijiet tagħha u dwar il-kumpanija H&G Photography li waqfet ma’ Hector Bonnici.

Ritratt minn Christian Zammit 19


STORJA EWLENIJA

Kull xahar se nibdew nagħtu promozzjoni lill-persuni differenti minn kull sfera tas-soċjetà fil-qoxra tarrivista AMM. Għal dan ix-xahar u l-ewwel ħarġa tagħna ma għandna lil ħadd ħlief lill-mudella u l-fotografa Georgiana Farrugia. Georgiana Farrugia, ta’ 20 sena, minn Marsaskala qed tagħmel suċċessi f’dawk li huma fotografija u mmudellar. Għalkemm l-immudellar u l-fotografija ma tarahomx il-karriera ewlenija tagħha, peress li qed tistudja r-radjugrafija fl-Università ta’ Malta, għandha passjoni kbira lejhom. Din il-passjoni tistgħu tammirawha mir-ritratti tagħha li għandna f’din ir-rivista, kemm dawk fl-irwol ta’ mudella u l-oħrajn fl-irwol ta’ fotografa. Barra l-fotografija u l-immudellar għandha diversi passatempi oħra, fosthom il-volleyball, l-għawm, il-bowling, it-tisjir, il-moda, iċ-ċinema u l-qari. Għalkemm hi tiddiskrivi lilha nnifisha bħala ‘persuna introversa u mistħija ħafna’ naraw li millpassjonijiet li għandha hi ‘tfajla assertiva u determinata’ li kif stqaret ma’ AMM ‘nagħmel minn kollox biex nilħaq kull għan f’ħajti’. Għal dak kollu li tidħol għalih dejjem tipprova tagħmlu b’mod kreattiv u dejjem tfittex li tkun oriġinali f’dak li twettaq, u din l-attitudni perfezzjonista qed tħalliha riżultati sbieħ fil-ħajja u l-passjonijiet tagħha. Fil-qoxra tar-rivista lqatna żżewġ passjonijiet ta’ Georgiana fl-istess waqt, ilfotografija u l-immudellar, miġburin flimkien. Ilfotografija minn dejjem kienet għal qalbha, hekk kif tgħid li ‘dejjem għoġobni lfatt li permezz ta’ sempliċiment ritratt ilfotografu jkun kapaċi jwassal il-messaġġ jew inkella jipproduċi ritratt li jolqot ħafna nies bis-sbuħija tiegħu’. Il-ħolma tagħha saret realtà meta saret taf lil Hector Bonnici, li jiġi l-għarus tagħha, fejn flimkien fl-2008, ftit wara li bdew joħorġu flimkien, waqfu l-‘H&G Photography (fil-qosor għal

20


STORJA EWLENIJA

Hector and Georgiana Photography). Għall-bidu bdew jieħdu l-ewwel ritratti tagħhom flimkien ‘permezz ta’ kamera diġitali żgħira’. Minn hawn bdiet il-passjoni tal-immudellar ukoll fejn tgħidilna li wara meta kienu jiġu għar-ritratti ‘mill-ġeneru relatat ma’ moda kont inkun jien il-mudella għar-ritratti, filwaqt li Hector kien ikun il-fotografu’. Illum il-ġurnata l-ħolma ta’ Georgiana u Hector li kif jistaqru ‘li nkunu kapaċi niġbdu ritratti ta’ livell tajjeb, minn ħolma, nistgħu ngħidu li saret realtà’ . Hekk kif qabel bdew jiġbdu ritratti bażiċi permezz ta’ kamera diġitali żgħira, Georgina tgħidilna li evolvew ħafna fil-fotografija peress li għamlu ‘investiment f’kamera ikbar tat-tip SLR, kif ukoll b’interess kontinwu fil-fotografija kemm min-naħa teknika relatata mal-apparat, kif ukoll fuq ilkompożizzjonijiet differenti tar-ritratti’. It-tnejn li huma segwew diversi korsijiet relatati mal-fotografija biex isiru aktar professjonali u perfezzjonisti. Ir-ritratti li jieħdu vvarjaw mhux ħażin ‘minn xenarji ta’ natura għal ritratti ta’ wċuħ, ritratti ta’ suġġetti żgħar li jissejħu ‘macro’ u għal ritratti ta’ moda’. L-aktar ritratti li jħobbu jiġbdu ‘huma dawk li jiffukaw fuq in-nies’. Minn mudella li tippoża lil Hector biss, bħala avventura fil-bidu ta’ H&G Photography, Georgiana llum saret tippoża għar-ritratti ta’ diversi fotografi lokali. Il-passjoni li timmudella għar-ritratti kienet dejjem fiha kif tgħid hi stess ‘li nippoża għar-ritratti kont naraha xi ħaġa naturali’. Illum il-ġurnata meta tiġi avviċinatha mill-fotografi biex joħdulha xi sett ritratti saret taċċetta ‘bla ebda ħesitazzjoni ta’ xejn’, filfatt li tieħu ‘sehem ġo photoshoot huwa mezz ta’ rilassament għalija’. Għalkemm tħobb l-immudellar tistqar ma’ AMM li ‘iktar hu ta’ sodisfazzjon għalija li nkun l-persuna wara l-kamera milli quddiemha’. F’ħajjitha dejjem ippruvat issib ‘bilanċ bejn il-fotografija u limmudellar’ biex twetaq iż-żewġ passjonijiet li għandha b’mod ugwali. Il-pass li jmiss f’ħajjitha hu li tiggradwa mill-kors li qed tagħmel fl-Università ta’ Malta u jkollha karriera għal qalbha ‘relatata max-xjenza u l-mediċina, wara tant snin ta’ studju estensiv’. Barra minn hekk tixtieq li fil-futur tiżżewweġ u tibni familja u min-naħa tal-fotografija tixtieq li ‘nkun immaturajt u infurmajt ruħi ferm iktar dwar ilqasam tal-fotografija’ u li hi u Hector jiftħu l-istudjow tal-fotografija tagħhom. Minn hawn nixtiequlha li dak li tixtieq isirilha realtà u forsi jirnexilha tiġbed xi ritratti wkoll lil Amy Lee, il-kantanta tal-band favorita tagħha Evanesccence.

21


Kompetizzjonijiet: Minn ħarġa għall-oħra!

Numru Tnejn

Editorjal – Paparazzi – Saħħa u Sbuħija – Ikel u Xorb – Vjaġġar – Pariri – Anniversarji

Tisliba u Logħob

Ritratti miġbuda minn Georgiana Farrugia



PROGRAMMI

Starmakers li huwa produzzjoni ta’ Breakthru Mediaworks u Choices Entertainment International b’kolaborazzjoni ma’ ONE u Take 2 ser jibda jixxandar fuq ONE TV minn Ottubru sa Diċembru kull nhar ta’ Erbgħa fit-8.15pm b’repetizzjoni s-Sibt fit-3.30pm. Jippreżentaw Melanie Kelly u Natalie Muschamp Ii huma wkoll l-imħuħ wara din il-produzzjoni. Titilfuhx! Mija u ħamsin kontestant applikaw għal Starmakers, il-programm televiżiv li qed ifittex biex irebbaħ żewġ żeffiena biex jiżfnu u jagħtu wirja barra minn xtutna. Dawn il-kontestanti kollha se jkollhom audition quddiem ġurija internazzjonali magħmula minn Enigma Huijzer u Sivan Isik mill-kumpanija ISH tal-Olanda u Kimmy Street u Jolene Slater mill-Moulin Rouge ta‟ Pariġi, bl-għajnuna ta‟ Natalie Muschamp żeffiena professjonali u waħda mill-imħuħ wara Starmakers. Waqt laudition il-kontestanti ser isegwu u jitgħallmu l-korjografija u se jkollhom ukoll minuta fejn se juru dak kollu li jafu bit-tir li jimpressjonaw lill-ġurija. Kif tispiċċa l-audition il-ġurija ser jgħidulhom immedjatament jekk għaddewx għat-tieni fażi tal-kompetizzjoni. Fit-tieni fażi talkompetizzjoni l-korjografija se titqal u lġurija ser ikollhom iniżżlu n-numru għal għoxrin li m‟hiex ser tkun faċli bit-talent kollu li għandna! Dawn l-għoxrin imbagħad ser insiru nafhuhom aktar millqrib, ser ikollhom sfidi ta‟ kull ġimgħa, u kull ġimgħa żewġ żeffiena ser jiġu

eliminati sabiex naslu għas-semifinalisti. Bla dubju ta‟ kull ġimgħa t-telespettaturi ser ikunu fuq ix-xwiek sabiex ikunu jafu min ser jinqala‟ u min le! L-element tarrealtà mhux ser jonqos l-anqas f‟din ilproduzjoni fejn it-tim ta‟ Starmakers ser isegwi mill-qrib kull pass u kull emozzjoni tal-kontestanti. Is-semifinalisti mbagħad ser jieħdu sehem f‟show live li ser jittella f‟Diċembru fitteatru taż-Zoo fil-Belt, show li huwa miftuħ għall–pubbliku fejn il-kontestanti ser jiżfnu quddiem Marco Gerris, iddirettur tal-kumpanija HIP HiP ISh u li huwa ukoll il-ġurija prinċipali talprogramm internazzjonali „So you think you can Dance‟ u „Miss Janet Pharaoh‟, ilBallet Mistress tal-Moulin Rouge ta‟ Pariġi li ser jgħażlu r-rebbieha. Ser ikollna ukoll rapreżentant minn PineAppple Dance Studios ta‟ Londra li ser ukoll irebbħu żewg rebbieħa minn Starmakers. F‟dan ixshow finali ser jesebixxu ukoll 13-il żeffiena li ser jinżlu mill-Moulin Rouge ta‟ Pariġi u 7 Hip Hoppers mill-Olanda.

24


Mark Azzopardi ikun magħkom kull nhar ta’ Tlieta fl-22.15 bil-programm NETUBE fuq NET TV sa nhar it-Tlieta 27 ta’ Settembru. NETUBE tistgħu issibuh fuq facebook, u tistgħu tagħmlu kuntatt permezz tal-email netube@ymail.com.

Is-Sajf qed joqrob lejn it-tmie m tiegħu, u hekk qed toqrob lejn it-tmiem tagħha sensiela oħra tal-programm NETUBE. Dan il-programm żammilkom kumpanija matul is-Sajf kollu u niżel tajjeb ħafna ma‟ firxa wiesgħa ta‟ telespettaturi ta‟ kull età. Tkellimna ma‟ Mark Azzopardi, ilpreżentatur u l-producer tal-programm u tlabbnih l-opinjoni tiegħu dwar din it-tieni sensiela ta‟ NETUBE. “Dan kien it-tieni Sajf li matulu għamilt NETUBE, u nista‟ ngħid li ninsab sodisfatt immens bir-rispons tan-nies. Naħseb li lformola ta‟ din is-sena ħadmet ħafna, fejn wara r-rispons tas-sena l-oħra ħsibt li nbiddel xi affarijiet biex inkompli ntejjeb il-programm għall-gosti ta‟ dawk kollha li jsegwuh, u daħħalt anke mistiedna differenti f‟kull programm, bil-protagonisti tal-programm jibqgħu in-nies stess bilvidjows li jibgħatu huma.”

U wara NETUBE x‟imiss? “Jien m‟inix wieħed minn dawk li rrid nidher fuq it-tv akkost ta‟ kollox. Nippreferi nagħmel ftit żmien ma nidhirx biex imbagħad nirritorna b‟xi ħaġa oħra tajba u oriġinali. Sal-Milied probabilment m‟intomx se tarawni bl-ebda programm tiegħi. Nixtieq li fis-Sajf nerġa‟ nirritorna b‟NETUBE li huwa għall-qalbi ħafna. Però se nkun qed naħseb fuq xi affarijiet oħra li nista‟ nagħmel fuq it-televixin, għalkemm sfortunatament xi kultant mhux faċli li ideat innovativi u strambi jiġu aċċettati għal programmi fuq stazzjonijiet Maltin. Għandi xewqa wkoll li xi darba nerġa‟ nagħmel xi programm tat-tfal, minħabba li dawn huma għall-qalbi ħafna u nemmen ħafna fil-kapaċitajiet tagħhom, ankè minħabba l-fatt li jien għalliem fi skola primarja. Nieħu din l-okkazzjoni biex nirringrazzja lil dawk kollha li jsegwuni, napprezahom ħafna”.

25


Fuq Crazebook l-internet u t-televiżjoni jingħaqqdu f’daqqa u wieħed jista’ jsegwi dan l-programm fuq Net Tv kull ġimgha minn nhar s-Sibt 8 t’Ottubru wara l-aħbarijiet tas-6pm jew inkella fuq s-sit www.crazebook.tv. Fuq dan s-sit ssib l-episodji kollha tas-sena l-oħra ukoll. Ħu hsieb li ma titlifx programm wieħed ta’ Crazebook! It-tim kollu jassigurak li ser ikollok x’tara din s-sena. Mat u Nate ser jieħdu ħsieb li għal sena oħra iwasslulek programm ta’ kwalità. Illum l-ġurnata ssib ħafna informazzjoni fuq l-internet u ż-żgħażagħ jitfgħu moħħhom fuq ħafna affarijiet differenti. Għaldaqstant d-dinja żagħżugħa ġiet aktar varjata u interessanti. Hija dinja mimlija crazes u jekk dawn tiġborhom kollha f‟daqqa tinduna li l-craze ewlenija taz-żgħażagħ hija relatata mal-internet. F‟Ottubru ser ikompli Crazebook, programm li mar tajjeb ħafna maż-żgħażagħ s-sena l-oħra. L-preżentaturi ta‟ dan l-programm, Mat u Nate, qed jippreparaw għal skeda tax-xitwa li jmiss bil-kbir. Biss biss tajjeb ngħidu li din s-sena żdiedu xi membri fit-tim ta‟ Crazebook! Lkarattru l-ġdid Rigovert ser jibda jagħmel „RIGA-TELEXOPPING‟. Ta‟ kull ġimgħa ser ikun qed jagħmel ħiltu biex jikkonvinċik tixtri l-prodotti tiegħu bil-mod uniku tiegħu! Il-„Maltese Maniacs‟ ser jagħtuk ħafna Candid Cameras u xi kummidja jew ġennata l‟hemm u l‟hawn ma tonqosx! Kevin inaghqad ma‟ Effy u Brian biex iwasslulek l-aħħar informazzjoni fuq l-logħob talkomputer u medji oħra u Dr. Xnakk ser ikompli jagħtik informazzjoni utli fuq l-aħħar teknoloġija u fuq l-I.T.. Crazes oħra maż-żgħażagħ huma l-films u l-mużika. Rick ser jissuġerilek DVD tajjeb biex tara kull ġimgħa u l-preżentaturi ta‟ Crazebook u tal-Bay, Mat u

26


PROGRAMMI

Nate, ser juru l-aħħar music videos fuq il-programm. Fit-tim ta‟ Crazebook m‟hemmx subien biss. Waħda mil-erbgħa tfajliet li jieħdu ħsieb l-paġna ta‟ Crazebook fuq facebook, Aly, ser tmur tqalleb l-gwardarobbi ta‟ personalitajiet Maltin u fuq n-naħa l-oħra Mat u Nate ser juruk numru ta‟ episodji tal-avventuri tagħhom fil-gym! L-istorja ma‟ tispiċċax hawn. Din s-sena ser ikollok ċans issegwi l-avventura ta‟ żewg mużiċisti Maltin, Nick Morales u Sarah, barra minn Malta. Dawn sejrin idoqqu ma‟ bands oħra lokali fi bliet bħal Londra u ser ituk ċ-ċans li int ukoll tesperjenza din l-esperjenza sabiħa mill-kumdità ta‟ darek! Din s-sena int għandek ċċans li tkun fuq l-programm ukoll. Mat u Nate ser jiltaqgħu ma‟ fan ta‟ Crazebook kull ġimgħa u jgħidu kelma miegħu, kif iħobbu jagħmlu l-Maltin u għalhekk hu ħsieb li tidħol filfacebook fan page ta‟ Crazebook ta‟ spiss biex int ikollok ċ-ċans dduq ftit mill-esperjenza sabiħa ta‟ dan l-programm!

27


SAĦĦA U SBUĦIJA

L-Akne Akne hija l-kelma li nużaw biex niddiskrivu l-whiteheads, il-blackheads u l-ponot li jkollhom ħafna żgħażagħ. L-akne l-iżjed li tkun tidher hi fuq il-wiċċ, l-għonq, lispallejn, id-dahar u l-qafas tas-sider. Il-pori li nsibu fil-ġilda fihom glandoli tażżejt li b’mod naturali żżejtunu il-ġilda tagħna u xgħarna. Meta l-pora tkun magħluqa bejn il-ġilda biż-żejt u l-batirja tiġi kkawżata l-akne. Il-whiteheads jiffurmaw meta l-pora tingħallaq u mbagħad toħroġ ‘il barra. Jekk il-pora tingħallaq iżda tibqa’ miftuħa l-parti ta’ fuq tiswid u hawn ikollok ilblackhead. Il-ponot jitilgħu meta l-ġilda mejta u l-batirja jintaqgħu taħt il-ġilda ħajja. Dan jirriżulta għal infezzjoni żgħira li l-ġilda tiegħek tibda tiħmar. Għalkemm jista’ jkollok l-akne minħabba fatturi differenti din normalment tiġi kkawżata minħabba ż-żejt u l-ġilda mejta li jittrabbew fil-pori. Dawn iż-żejt u lġilda mejta jittrabbew fil-pori minħabba li l-ormoni jaħdmu b’mod naturali fi żmien l-addoloxenza, minħabba li jkollok il-pori magħluqin biċ-ċelloli tal-ġilda u hekk jiffurmaw il-blackheads u l-whiteheads, minħabba l-batirja li tinfetta l-pori u minħabba li hija eriditarja, jekk int għandek l-akne t-tfal għandhom probabilità kbira li jkollhom l-istess.

Pariri kif għandek tnaqqas il-problema tal-akne: Qatt tħokk jew tobrox il-ġilda jew tipprova taqla’ l-ponot għax taghmel il-problema agħar, u tista’ wkoll tħalli t-tbajja. Aħsel xagħrek b’mod regolari, u tħallix xagħrek tħokk ma’ wiċċek speċjalment bil-lejl. Ara x’inhu tajjeb li tiekol jekk tara li l-akne tiżdid jekk tiekol ċertu tip ta’ ikel. Agħmel l-eżerċizzju b’mod regolari biex ikun hemm ċirkoliżazzjoni fid-demm u qis li xħin tlesti mill-eżerċizzju tmur tinħasel. Evitta li toqgħod tmiss wiċċek għalxejn. Ipprova naqqas il-livell tal-istress. Evitta li toqgħod b’mod dirett fix-xemx. Ibdel il-face cloth kuljum, peress li l-batirja tikber aktar fil-qoton nidi. Aħsel wiċċek darbtejn kuljum b’sapuna ddelikata. Dejjem tlaħlaħ sew b’ħafna ilma. Agħmel il-make up f’okkazjonijiet speċjali biss, u ara xħin tasal tneħħi l-make up sew. Tagħmilx facial scrub peress li l-akne tista’ tmur għal agħar.

28


G침amel kuntatt mag침na fuq

sales@ammnews.com.mt


Kim, Kourtney u Khloe Kardashian użaw is-sbuħija tagħhom biex ikunu jistgħu jbiegħu ftit lingerie millkolezzjoni tagħhom, Kardashian Kollection.

Carla Bruni, il-First Lady ta’ Franza, se jkollha tarbija. Carla Bruni għandha 43 sena.

Britney Spears, li se tagħlaq 30 sena f’Diċembru li ġej, ġiet magħżula biex tidher filqoxra tal-magażin Glamour UK għal Ottubru 2011.


Beyonce Knowles g침alqet 30 sena u qalet li se jkollha l-ewwel tarbija flimkien mar-ra치el tag침ha Jay-Z.

Victoria Beckham li g침adu kemm kellha tarbija dan is-sajf. It-tarbija jisimha Harper Seven.


Justin Bieber mar jilgħab il-basketball waqt ilLudaDay Celebrity Basketball Game 2011, li saret f’Atlanta fl-4 ta’ Settembru.

Madonna waslet fl-Ajruport JFK, New York, flimkien mat-tfal tagħha Rocco, David, Mercy James u Lourdes Leon, biex tħabbar li firrebbiegħa tal-2012 se toħroġ album ġdid blisem ta’ ‘Hard Candy’.

Pippa Middleton, oħt id-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton, qed tiġbed ħafna l-attenzjoni tal-pubbliku. Il-ġenituri tagħha se joffru somma flus biex binthom tgħix bla periklu.


NUMRU TNEJN

Dawn il-ħames ir-ritratti ġew magħżula minn għaxar ritratti skont il-voti li ġabru fuq il-paġna tal-facebook AMM News waqt il-kompetizzjoni NUMRU TNEJN. Inti għandek ċans li tivvota għar-ritratt favorit tiegħek permezz tal-buttuna ‘like’ fuq l-applikazzjoni tar-rivista AMM. Ilvotazzjoni tagħlaq is-Sibt, 1 ta’ Ottubru, 2011. In-numru li qed jidher fuq ir-ritratti skont kif ser ikunu qed jidhru fuq l-album tal-facebook.

01 0

02

04 03

05 1

RIGALI GĦAR-REBBIEĦA TAL-KOMPETIZZJONI:

Vawċer ta’ €15 mingħand Landau Stationery, gifts and more. 2 biljetti għall-attività Malta Comic Con. 2 lezzjonijiet b’xejn ta’ żfin mingħand DB Sports Centre.



ATTIVITAJIET

Il-Festa tal-Kappella

L-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun ta’ kull sena tiċċelebra il-Festa talKappella fl-aħħar Ħadd ta’ Settembru, festa li ilha tiġi ċċelebrata 91 sena. Il-Festa tal-Kappella tal-Banda Beland, min fejn oriġinat?

Soċjeta’

Meta fis-sena 1900 is-Soċjetà Mużikali Beland

Barra minn hekk, fis-snin ta’ wara ġie mogħti l-

bdiet tokkupa l-Palazz ta’ quddiem il-Knisja

permess li l-quddiesa u l-Att tal-Konsagrazzjoni

Arċipretali taż-Żejtun, l-ewwel ħsieb tal-Kumitat

jibdew isiru ġewwa l-istess Kappella. Din il-festa

u l-membri kien li jagħtu post xieraq fejn jistgħu

baqgħat tissejjaħ miż-Żwieten bħala l-Festa tal-

jarmaw Kappella. Ma setgħux għażlu post isbaħ

Kappella.

minn dik il-kamra mdaqqsa li tfeġġ fuq l-entrata

Barra min hekk, fl-aħħar Ħadd ta’ Settembru

prinċipali u mżejna b’xogħol barokk mill-isbaħ

tal-1944 l-Isqof Emanuel Galea li kellu ħafna

fuq barra. Kien proprju nhar is-Sibt 26 ta’

għal qalbu lis-Soċjet{ Beland,

Settembru tal-1920 meta l-Arċisqof ta’ Malta

Soċjet{ lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija. Għal din l-

Dom Mauro Caruana kkonsagra solennement lis-

okkażjoni il-Papa Benedittu XV bagħat il-

Soċjetà Beland lill-Qalb Santissima ta’ Ġesù. Dak

benedizzjoni tiegħu.

inhar

tal-

It-tiżjin ta’ din il-Kappella sar matul is-snin però

Konsagrazzjoni fost il-ferħ u s-sodisfazzjon tas-

l-ewwel oġġett li twaħħal fuq l-artal kien il-

Soċji Belandisti.

kwadru devot tad-Duluri. Jingħad li dan l-

Matul l-istess ċerimonja l-Arċisqof Caruana

inkwadru kien l-ewwel oġġett li s-soċji xtraw

innifsu ħatar lis-saċerdot Żejtuni Dun Ġilormu

meta twaqqfet is-Soċjet{ u li sal-ġurnata tal-llum

Seychell bħala l-ewwel direttur spiritwali tas-

għadu fl-istess post għall-qima tal-membri. Din

Soċjet{, fejn matul diskors tal-okkazzjoni l-

ix-xbiha għażiża hi mdawwra b’mantell tal-bellus

Arċisqof qallu “Jien nagħtik biċċa mill-baklu tiegħi

ċelesti b’rakkmu tad-deheb u kuruna arġentata.

sabiex tkun tista’ tmexxi fit-triq it-tajba lil din l-

Il-kappella hija mżejna b’damask tal-palma li ġie

Għaqda Mużikali.” Minn dik inhar l-quddiem is-

iddisinjat u ppitturat bl-akwarella fuq il-ġibs

l-Arċisqof

Caruana

qara

l-Att

Beland

dejjem

kellha

d-direttur

spiritwali tagħha.

ikkonsagra lis-

mill-membru Salvatore Sammut. Tant huwa

35


ATTIVITAJIET

xogħol mill-isbaħ u ta’ reqqa kbira illi meta l-

Sciberras li jirrakonta l-ħajja tal-Banda Beland.

Arċisqof Caruana daħal fil-kappella dak inhar tal-

Id-direzzjoni hija ta’ Charles Stroud. Jieħdu

konsagrazzjoni mar imiss il-ħajt biex jikkonvinċi

sehem il-kantanti popolari Pamela Bezzina,

ruħu li ma kienx drapp u peress li x-xogħol kien

Ludwig Galea, Stephanie Zammit u Kurt Calleja,

għadu frisk ħalla l-marka ta’ subgħajh fuq il-ħitan

flimkien mal-Banda Beland. L-ispettaklu ser

fejn għadu viżibbli sal-lum!

jittella’ fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali u

Il-kappella illum hija mgħammra b’dak kollu li titlob

il-liturġija.

Insibu żewġ

settijiet

ta’

gandlieri, wieħed skolpit fl-injam u l-ieħor talmetall arġentat, rigal ta’ l-eks-kaxxier Ġuzeppi Farrugia, kif ukoll sett t’erba’ profeti xogħol Sandro Debono. Insibu wkoll sett fjuretti talganutell u relikwarju. Il-ventartal huwa xogħol skolpit fl-injam u indurat fuq disinn tal-magħruf Emmanuel Buhagiar, filwaqt li d-drapp huwa bellus irrakkmat bid-deheb. Il-mensola hija fornuta

b’erba’

akkolti,

ċensier,

messall,

ampulluzzi u oġġetti oħra konnessi mal-liturġija quddiesa.

ser jinkludi drama, dwal u effetti spettakolari oħra. Dħul b’xejn. Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru: Fit-8:15pm Lejla Maltija imtella mis-Sezzjoni Partitarji Belandisti fuq iz-Zuntier tal-Knisja Arċipretali taż-Żejtun, f’atmosfera mill-isbaħ b’ikel Malti, xorb u logħob u bis-sehem talkantanti popolari lokali fosthom Mary Spiteri u Renato. Il-Ħadd 25 ta’ Settembru: Jum il-Festa talKappella. Fid-9:30am: Programm Strumentali mill-Banda

Parteċipazzjoni tal-Banda Beland. Naturalment għal din l-okkazjoni li seħħet eżattament 91 sena ilu, bħala Soċjet{ Mużikali ma naqsitx il-parteċipazzjoni tal-Banda Beland li f’dan l-avveniment għamlet marċ u programm filgħaxija taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Antonio Miruzzi. Dawn l-aħħar snin dan il-marċ u programm qed isir nhar il-Festa filgħodu. Barra minn hekk, qabel il-programm strumentali lBanda Beland ukoll tanima l-quddiesa li tiġi ċċelebrata fil-foyer tal-Kazin.

Beland fuq il-ġenb taz-Zuntier taħt id-direzzjoni tal-Assistent

Surmast

direttur

tagħha

Mro

Gordon Baldacchino. Dan il-programm diversi siltiet mużikali mir-repertorju vast tal-Banda Beland. Fil-11am il-Banda Beland tagħmel marċ brijuż maċ-ċentru taż-Żejtun li jintemm quddiem ilKnisja s-sede tal-Għaqda f’nofs inhar. Fis-6pm: Il-qofol tal-Festa jintlaħaq il-Ħadd

150 Sena Anniversarju tal-Banda.

filgħaxija fejn din is-sena il-quddies ser tiġi

Din is-sena taħbat ukoll il-150 Sena minn meta

ċċelbrata

ġiet iffurmata il-Banda li maż-żmien sar il-Banda

Arċisqof Emeritus ta’ Malta. Il-quddies ser issir

Beland. Għal dan l-anniversarju speċjali l-Għaqda

fis-sala t’isfel tas-Sede Beland u tkun animata

Mużikali Beland ħejjiet programm ta’ attivtajiet.

mill-Banda Beland. Matul din il-quddies il-

minn

Mons.

Ġużeppi

Mercieca,

President ta’ l-Għaqda Muzikali Beland, l-E.T. Dr Il-Ħamis 22 ta’Settembru: Fit-8:15pm

L-Għaqda

Mużikali

Alexander Cachia Zammit, f’isem l-Għaqda jerġa’ tippreżenta

kunċert uniku permezz ta’ Song Cycle Musical

jedded il-Konsagrazzjoni tal-Għaqda lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

“BELAND AD1861”. Dan huwa musical maqsum f’diversi partijiet, miktub miż-Żejtuni Trevor Zahra u mmużikat mis-Surmast Direttur Ray

36


ATTIVITAJIET

Żejt iż-Żejtun Żejt iż-Żejtun, hi l-festa taż-żejt taż-żebbuġa, li

fiż-żebbuġ. Żejt iż-Żejtun qed issir biex tfakkar dan

tfakkar il-ftuħ tal-istaġun taż-żabra taż-żebbuġ mis-

kollu.

siġar u tal-għasir taż-żebbuġ li ser issir fil-qalba tażŻejtun matul il-lejl tas-Sibt 24 ta’ Settembru u l-

Din l-attività li hija organizzata mill-Kunsill Lokali

Ħadd 25 ta’ Settembru filgħodu. L-isem ta’ din il-

taż-Żejtun se tibda s-Sibt fis-7:30pm bil-qari tal-

belt huwa ta’ oriġini Semitika li għandu x’jaqsam

Bandu li jħabbar din l-attività. Wara jkun hemm id-

ħafna mal-frotta taż-żebbuġa u l-kultivazzjoni tas-

defilè li juri l-folklor u l-bdiewa tradizzjonali fuq il-

siġar taż-żebbuġ, li hu popolari ħafna fil-Mediterran

karettuni jġorru żabra żebbuġ għall-għasir. Se jkun

u ilu popolari miż-żmien bibliku.

hemm id-daqqaqa tat-tambur u dawk li jġorru lbnadar f’kostumi medjevali kif ukoll l-għannejja u

Kif l-isem iż-Żejtun juri l-kultivazzjoni taż-żebbuġ u

ż-żeffiena. Se jkun hemm għall-wiri fil-qalba antika

l-prodotti li joħorġu minnha kienu waħda mill-

tar-raħal għodda tal-biedja, prodotti tipiċi tal-biedja

attivitajiet prinċipali fin-nofsinhar ta’ Malta fiż-

u arti folkloristika. Is-siġar taż-żebbuġ se

żminijiet Puniċi u Rumani, u ż-Żejtun kien iċ-ċentru

jinagħtalhom post speċjali. Dawk preżenti se jkunu

ta’ dan. Matul iż-żminijiet, speċjalment matul l-era

jistgħu jduqu ftajjar u ħobż tal-Malti biż-żejt taż-

Għarbija, lejn l-aħħar tal-ewwel millenju, l-

żebbuġa magħsur frisk b’xejn. Se jkun għall-bejgħ

industrija tal-qoton ħa post dik tas-siġar taż-żebbuġ.

siġar taż-żebbuġ u prodotti assoċjati ma’ dan. Se

Matul dawn l-aħħar snin, il-kultivazzjoni tas-siġar

jkun hemm preżentazzjoni awdjo-viżiva li turi l-

taż-żebbuġ, l-għasir taż-żebbuġ u l-importanza

varjetajiet tas-siġar taż-żebbuġ u l-kultivazzjoni

tiegħu fil-kċina Mediterranja, reġa’ qajjem l-interess

tagħhom.

Is-Sibt il-postijiet ta’ importanza storika u ċivika se jkunu miftuħa kollha għall-pubbliku. Il-Ħadd filgħodu fit-8am se jkun hemm defilè biż-żwiemel u annimali domestiċi oħra fejn se jsir it-tberik tagħhom fil-pjazza. Iż-żewġ każini talgħaqdiet mużikali taż-Żejtun u l-kampnari tal-Knisja Parrokkjali se jkunu wkoll miftuħa għall-pubbliku. 37


Frott iż-Żebbuġ Ismi iż-Żejtun Ta’ kull xahar AMM se tibda tagħti ħarsa lejn raħal jew belt partikolari. Għallewwel ħarġa se nagħtu ħarsa lejn il-belt Żejtunija, Città Beland, hekk kif se jkunu qed jiċċelebraw Żejt iż-Żejtun. Riċerka minn Glen Chircop.


STORJA

Iż-Żejtun hu raħal imdaqqas fix-Xlokk ta’ Malta jew aħjar f’‘għajn il-ħuta’ (hekk kif il-forma ta’ Malta tiġi mqabbla ma’ ħuta) b’popolazzjoni t’aktar minn tlettax-il elf ruħ. Iż-Żejtun li hu belt medjavali li kellu diversi ismijiet matul is-snin, fil-fatt kien magħruf bħala Terra di Santa Caterina (qabel l-1436), San Gregorio (f’mappa tal1760), Casal Biscalin u Casal Bisbut. Lisem taż-Żejtun ġej mill-kelma Feniċa u Semitika li tfisser il-frotta tas-siġar tażżebbuġ. Fil-fatt l-Għarab jużaw il-kelma ‘’zaytun’’ biex jirreferu għaż-żebbuġ, itTorok jgħidu ‘’zejtin’’, l-Ispanjoli jgħidu ‘’aceituna’’ u l-Portugiżi jgħidu ‘’azeituna’’, dawn il-pajjiżi kollha kellhom influwenza Għarbija. L-aħħar isem li ngħata liż-Żejtun kien dak ta’ Città Beland, hekk kif il-Gran Mastru Ġermaniż Ferdinand von Hompesch ta t-titlu ta’ belt liż-Żejtun fl-1797. Il-qalba tal-irħula qodma ta’ Malta tista’ tgħid li dejjem ikunu kkaraterizzati minn misraħ bil-knisja parrokkjali tiddomina fuq ir-raħal kollu. Hekk kif il-knisja f’diversi

rħula u bliet antiki Maltin tkun l-ogħla bini tal-lokalità, l-istess nistgħu ngħidu għallKnisja Parrokkjali taż-Żejtun li tidher tiddomina l-lokal minn diversi nħawi madwar iż-Żejtun. Barra l-misraħ u lknisja parrokkjali fil-qalba tal-irħula Maltin insibu diversi toroq dojoq u mserpin mimlija fuq iż-żewġ naħat b’djar tradizzjonali u binjiet importanti. Hekk nistgħu ngħidu li l-belt taż-Żejtun hija mgħonija b’qalba tradizzjonalment Maltija, peress li nsibu l-karatteristiċi kollha li jiffurmaw iċ-ċentru ta’ raħal Malti. Il-misraħ ewlieni taż-Żejtun, jew kif inhu magħruf maż-Żwieten bħala ‘il-Pjazza’, jikkonsisti fi tlett imsieraħ kbar kollha miżawda b’bini importanti. Dawn limsieraħ huma Misraħ ir-Repubblika, Misraħ Girgor Bonici u Misraħ Diċembru Tlettax, li kollha jiffurmaw dik iż-żona li qabel kienet magħrufa bħala Ta’ Ħaġġirat. Mad-dawra tal-knisja parrokkjali, jew aħjar tal-Pjazza, insibu diversi kwartieri medjevali fejn insibu binjiet li jmorru lura għal mijiet ta’ snin. Fost dawn il-kwartieri hemm Gwiedi (il-parti ta’ quddiem il39


STORJA

knisja), il-Ħerba u Sant’ Anġ (li jagħmlu lparti tax-xellug tal-knisja u wara l-knisja) u Ħabel ix-Xgħir (il-parti tal-lemin talknisja). Misraħ ir-Repubblika huwa wieħed mittlett imsieraħ tal-qalba taż-Żejtun. Dan ilmisraħ hu magħruf maż-Żwieten bħala ‘izZuntier’ hekk kif il-maġġoranza ta’ dan ilmisraħ huwa meħud miz-zuntier tal-knisja parrokkjali. Fil-passat dan il-misraħ flimkien ma’ Misraħ Girgor Bonici kien magħruf bħala ‘Pjazza Maġġura’. L-aktar bini li jiddomina f’din il-fetħa hija l-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra. Fuq iz-zuntier insibu żewġ statwi kbar tal-ġebel li jirrapreżentaw lil Santa Katarina u lil Santu Rokku. Dawn listatwi ħadu l-indulġenzi mill-Isqof Pietru Pace fil-5 ta’ Diċembru, 1899. Mal-faċċata tal-knisja parrokkjali naraw żewġ niċeċ kbar li jirrapreżentaw il-Fidi u l-Isperanza. Ħaġa oħra interessanti li nistgħu naraw mal-knisja hu li l-arloġġ tax-xellug ma jaħdimx u hu mwaqqaf fil-5.00. Dwar din il-biċċa tal-arloġġ hemm użanza antika Maltija li jgħidu li l-arloġġ tax-xellug jitwaqqaf biex ifixkel lix-xitan. Iż-Żejtun kien wieħed mill-ewwel għaxar parroċċi ta’ Malta, iżda l-knisja parrokkjali mhux minn dejjem kienet dik li hemm illum. Il-knisja parrokkjali taż-Żejtun, jew aħjar Bisqallin, kienet dik li llum hija magħrufa bħala ta’ San Girgor, għalkemm hija ddedikata wkoll lil Santa Katarina ta’ Lixandra. Il-parroċċa l-qadima taż-Żejtun kienet isservi parroċċa għal diversi rħula oħra, fosthom Marsaxlokk, Ħaż-Żabbar u Ħal Għaxaq. Il-knisja maestuża li naraw illum, li hija magħrufa bħala l-Katidral tal-Lvant, hija mibnija fuq pjanta ta’ Lorenzo Gafà. Il-

knisja hija mibnija f’forma ta’ salib Latin u fuq stil barokk. Il-knisja hija mżejna b’diversi pitturi li juru l-ħajja ta’ Santa Katarina. Barra l-altar maġġur insibu wkoll 10 artali oħra kollha ddedikati lil xi qaddis jew xi titlu tal-Madonna partikolari. Fost lartali li nsibu hemm dak ta’ San Mikiel, tal-Kurċifiss u tal-Madonna tar-Rużarju. Fuq wara tal-knisja nsibu s-sagristija, li tinfed ma’ Misraħ Diċembru Tlettax, kif ukoll il-mużew parrokkjali, fejn insibu għall-wiri diversi affarijiet prezzjużi fosthom is-suġġeta u l-pittura mill-iskola Caravagista. Il-knisja tinfed ukoll massagristija tar-Rużarju u l-Oratorju. Taħt ilknisja nsibu żewġ kanieriji li huma ddedikati lill-Madonna tar-Rużarju u lillEwkaristija Mqaddsa. Minn din il-knisja joħorġu diversi purċissjonijiet reliġjużi li jkomplu jagħtu ħajja lill-qalba tal-belt Żejtunija. Fost laktar żewġ festi importanti fiż-Żejtun insibu dik ta’ Santa Katarina, li tiġi ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Ġunju, u lfesti tal-Ġimgħa Mqaddsa, fejn minn din il-knisja toħroġ purċissjoni b’12-il vara flimkien ma’ numru kbir ta’ persaonaġġi bibliċi. Barra minn hekk insibu wkoll ilpurċissjonijiet tal-Irxoxt, ir-Redentur, idDuluri, Ħadd il-Palm, il-Korpus, il-Qalb ta’ Ġesù, San Girgor, il-Ħniena Divina, u l-Madonna tar-Rużarju. Misraħ Girgor Bonici hu msemmi għallbenefattur Żejtuni Gregorio Bonici (1612 – 1697) li ta l-art tiegħu magħrufa bħala Ta’ Ħaġġirat biex tinbena fuqha l-knisja parrokkjali li hemm illum. Girgor Bonici kien il-ħakem tal-Imdina bejn l-1654 u l1655, kif ukoll kien l-ambaxxatur talKunsill Popolari Malti f’Licata, Sqallija. Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun ħaseb li f’dan il-Misraħ jagħmel mużew apert, fil-fatt 40


STORJA

hawnhekk insibu l-qanpiena l-antika li saret fil-fundaterija tal-Maestro Giuliano Cauchi ta’ Bormla. Insibu wkoll il-kanun li

ntuża fl-attakk kontra l-Franċiżi li qed jagħmel parti mill-Monument tal-Millenju li jirrapreżenta l-paċi.

Demografija taż-Żejtun Area: 5.4 kilometri kwadri Area Residenzjali: 1.5 kilometri kwadri Area Rurali: 3.2 kilometri kwadri Area Industrijali: 0.7 kilometri kwadri Popolazzjoni: 13,410 Djar: 4,562 Skejjel: 6      

Kindergarten Kulleġġ San Tumas Moore, Skola Primarja A, Żejtun Kulleġġ San Tumas Moore, Skola Primarja B, Żejtun Kuleġġ San Tumas Moore, Liċeo tal-Bniet Skola Tereża Nuzzo Skola Ġużeppina Marija Curmi

Knejjes Reliġjużi: 16                

Knisja Parrokkjali Santa Katarina Verġni u Martri Knisja Parrokjjali l-Qadima ta’ Santa Katarina (magħrufa bħala ta’ San Girgor) Kappella tas-Salvatur Kappella ta’ San Klement Kappella ta’ Sant’ Anġlu Kappella tal-Madonna tal-Bon Kunsill Kappella ta’ Santa Marija tal-Ħlas Kappella tal-Madonna tas-Sinjura Kappella tal-Ispirtu Santu Kappella ta’ San Martin Knisja tal-Madonna tal-Ħniena Knisja Ġesù Nazzarenu Kappella ta’ Santa Marija ta’ Ħal Tmiem Kappella ta’ San Niklaw Kappella tal-Madonna ta’ Lourdes Oratorju tal-Ewkaristija Mqaddsa

41



ATTIVITAJIET

Lejl f’Casal Fornaro u Festa ta’ Ħobż Is-Sibt, 17 ta’ Settembru 2011, ser issir l-attività Lejl f’Casal Fornaro. It-toroq lantiki ta’ Città Pinto ser jinbidlu kif kienu xi darba mijiet ta’ snin ilu matul ilħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent folkloristiku, kif ukoll mat-tiżjin tradizjonali. Barra minn hekk, l-attrazzjonijiet prinċipali se jkunu il-palkijiet differenti li se jkun hemm imferxin ma’ dawn ittoroq, kull palk joffri divertiment differenti minn reċtar, kanzunetti tradizzjonali Maltin (li jinkludu lGħana), marċi minn diversi baned Maltin, u shows mill-aqwa kantanti lokali. Għar-reba’ sena konsekuttiva, ixxelter ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija li hemm taħt l-għassa tal-pulizija, li ġie mnadaf u miftuħ għall-pubbliku millorganiżatturi, se jkun għall-wiri. F’din l-okkażjoni, dak li jkun jista’ jimxi matul it-toroq ta’ din il-belt li hi magħrufa għall-furnara u l-ħobż li se jkunu mżejna b’mod tradizzjonali, kif ukoll japrezza d-diversi wirjiet artistiċi u agrikulturali.Id-drawwiet u ttadizzjonijiet se jkunu jidhru wkoll flaffarijiet tal-ikel kif ukoll fiddivertiment li jinkludi reċtar, wirjiet tradizzjonali u żfin folkloristiku. Din l-attività nazzjonali hija kkordinata mill-Kummissjoni Żghażagħ Bastjaniżi, bil-koperazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi. L-organizzaturi għandhom lappoġġ sħiħ tal-kumpanija Maypole Bakery Ltd, li ilhom involuti fl-industrija tal-ħobż f’Ħal Qormi għal aktar minn seklu.

ix-xogħol, l-orġinalità, u l-ħidma talorganizatturi. Fis-snin ta’ wara din lattività kompliet tiżviluppa fuq skala akbar. Sfortuntatament, l-aħħar żewg edizzjonijiet ġew milqugħa b’xita qliel, iżda din is-sena, kollox lest biex issir ilħames edizzjoni ta’ din l-attività. Din lattività tappela għal kull ġenerazzjoni minn tfal sa anzjani, minn turisti sa residenti. Bla dubju ta’ xejn, din l-attività unika hija waħda mill-attivitajiet tant misteniha li jsiru f’Malta. Hija ċelebrazzjoni kulturali, edukattiva u rikreattiva li tiġbor flimkien il-familja u t-tadizzjonijiet rikki li dejjem kienu parti mill-kultura Maltija sa minn żmien missirjietna. Minn żjara f’xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija sa tgawdija ta’ platt tradizzjonali Malti, Lejl f’Casal Fornaro hi l-attività li ma għandekx titlef ilweekend li ġej! Għall-edizzjoni ta’ din is-sena, ser issir attività oħra f’lejliet l-attività proprja, fis-16 ta’ Settembru. Festa ta’ Ħobż hija l-attività li se turi t-tradizzjonijiet ta’ kif isir il-ħobż u se tiffoka fuq il-ħobż innifsu. Matul dan il-lejl wieħed se jkun jista’ jara bezzun twil diversi metri, li se jinbiegħ għall-għan ta’ Puttinu Cares. Se jkun hemm ukoll divertiment live u kompetizzjoni tal-aqwa pudina, li se tmur ukoll għall-għan ta’ Puttinu Cares. B’hekk, Lejl f’Casal Fornaro hi lopportunità fejn tista’ tiskopri ħafna mill-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin f’lejl wieħed, lejl fil-belt tal-ħobż.

L-attività Lejl f’Casal Fornaro saret għall-ewwel darba fl-2007, meta eluf ta’ nies attendew din l-attività u aprezzaw

43



COMPETITION WIN A FINE COSTUME JEWELLERY SET FROM CHARMING DIVA.  To Participate first join our facebook page.  Than answer these 3 simple questions and send correct answers by email on info@charmingdiva.com by 15th October,2011 Where do you find Charming Diva? Mention 3 items that you find at Charming Diva? For what occasions do you find souvenirs & gifts mention at least 2? To help you have a look at our advert on AMM News Magazine Winner will be informed via our Facebook Page and by email. If you wish to have more news regarding latest news and offers please inform us by email so we will send you the latest offers. We would like to remind you that we are offering a 5% discount till October when mentioning AMM News when ordering or paying. For your information we will have our Summer Shutdown from 19th till 25th September.


Malta FB Page Awards

... ħu ċ-ċans issa! Il-paġna tal-facebook Malta FB Page Awards fetħet fi Frar 2010. Meta kien magħruf li ser issir għall-ewwel darba din il-kompetizzjoni mill-ewwel deher li se tagħmel suċċess. Numru kbir ta’ paġni u gruppi ta’ kull ġeneru ħadu interess f’din il-kompetizzjoni u tefgħu n-nominazzjoni tagħhom. L-ewwel edizzjoni tal-Malta FB Page Awards qalgħat diversi kritika minħabba li kienet saret bl-għażla tal-poplu, permezz tal‘likes’, u bl-għażla tal-ġurija. Il-kritika saret meta l-paġna tal-band The OverOuts ġabet lakbar numru ta’ ‘likes’ u spiċċat fit-tieni post. Fl-ewwel post, fl-ewwel edizzjoni, spiċċa l-grupp ‘Dilettanti tan-nar Malti – Fans Of Maltese Fireworks’ u hawn kien hawn kritika oħra peress li dak li rebaħ kien grupp minflok paġna, kif suppost ikunu nnominati għal din il-kompetizzjoni. Dak innhar fit-tielet post spiċċat il-paġna, li kienet ġibdet diversi simpatija wara li Malta kollha spiċċat bla dawl, ‘Il-Kbir San Ixelu’. Irridu ngħidu li dik id-darba għalkemm saret ilkompetizzjoni ħadd ma ħa rigal jew premju, iżda kellhom l-unur jgħidu li huma l-aqwa ‘paġna’ (għax fil-verità kien grupp) Maltija fuq facebook. Għalkemm minn dejjem deher li se jkun hemm it-tieni edizzjoni, ta’ din ilkompetizzjoni, dan qatt ma kien ġie kkonfermat. B’hekk kien deher li l-kompetizzjoni tal-Malta FB Page Awards ma kienet xejn ħlief paġna għall-gost maħluqa bl-ebda pedimenti sodi, jew kif qalu xi wħud ‘farsa’. Wara f’Ġunju ta’ din is-sena deher li l-Malta FB Page Awards se jerġgħu jsiru mill-bidu. Dan hekk kif din il-kompetizzjoni għaddiet f’idejn Melow Productions u qalu li l-kompetizjoni ser issir f’Lulju li għadda, kif veru sar. Il-Melow Productions uriet li din il-paġna fil-bidu ma kienitx saret mill-Maltin iżda minn grupp ta’ barranin u wara li deher li ntogħġbot mal-Maltin din il-kumpanija ddeċidew li jiħduha f’idejhom.

46


MALTA FB PAGE AWARDS

L-għan ewlieni ta’ dawn l-awards hu li jagħtu ġieħ, premju, lill-amministraturi tal-paġni Maltin fuq facebook li huma jkunu għamlu minn kollox biex jagħmlu l-paġna tagħhom interessanti u popolari. Lgħan ta’ din il-kompetizzjoni deher li wasal hekk kif din tat ukoll promozzjoni lill-paġni li ma kienux daqstant popolari. F’din l-edizzjoni ħadu sehem ‘il fuq minn mitt paġna. Din id-darba r-rebbieħ ġie magħżul permezz tal-‘likes’ mill-ammiraturi biss. Peress li l-kompetizzjoni damet tinqasam f’stadji differenti kien hemm il-kritika li mhux veru l-paġna bl-akbar ammont ta’ ‘likes’ rebħet. Dan minħabba li kienet rebħet il-paġna ‘Ramon ta’ Deceduti’ u fit-tieni post ġiet ‘JDM Malta’, iżda fil-verità l-paġna ta’ JDM kellha l-iżjed ‘likes’. Hawn il-Malta FB Page Awards qalgħat diversi kritika li r-regoli ma kienux qegħdin ċari, b’hekk l-amministraturi ddeċidew li jagħmlu l-kompetizzjoni mill-bidu bejn dawn iż-żewġ paġni u spiċċat biex rebħet il-paġna ‘JDM Malta’ b’aktar minn 450 like. Paġni oħrajn li maru tajjeb f’dawn l-awards kienu ‘Malta Dizastru TOTALI!!!!!!!’ li ġiet fir-4 post, ‘Ahbarjiet min Malta’ li ġiet fil-5 post (hawn nirringrazzjaw li kull min ivvota għall-paġna tagħna) u ‘R.I.P. Star The Dog Who Lived’ li ġiet fis-6 post.

Bis-saħħa tal-isponsers l-awards tat-tieni edizzjoni saru realtà hekk kif JDM Malta, li ġew fl-ewwel post, ħadu trofew mingħand Malta Glass Creations. Barra minn hekk ir-rebbieħ ħa wkoll ikla mingħand Ta’ Marija Restaurant tal-Mosta u weekend break fil-lukanda Radisson Blu Resort ta’ San Ġiljan. Dawn l-awards deheru li qajmu ħafna interess fost l-amministraturi tal-paġni tal-facebook kif ukoll fost lutenti tal-facebbok. Il-paġna li tippromovi dawn l-awards illum il-ġurnata ghandha ‘l fuq minn 7,800 ammiratur. B’hekk jidher li hemm interess kbir li dawn l-awards jibqgħu jsiru. Meta n-nies ġew mistoqsija jekk dawn l-awards m’għandhomx isiru aktar wieġbu li ‘jekk ikun hemm regoli ċari u tondi qabel ma jibdew il-fb awards iva, imma jekk ir-regoli beħsibek idur dawra magħhom bħal din is-sena tagħmel xejn mill-ewwel’, ieħor qal ‘u l-premijiet (għandhom) jitħabbru mill-bidu u mhux fin-nofs… u trid ġurija ta’ nies kompetenti biex jagħtu ċertu premijiet. Ma jistax ikun hemm page li għandha 500 47


MALTA FB PAGE AWARDS

membru u 2000 like u tirbaħ, ma tagħmilx sens’. Waħda mill-amministraturi ta’ paġna li ħadet sehem fledizzjoni ta’ din is-sena, Cruelty Free Malta, issuġerit hekk ‘I would suggest you (to) write the terms, conditions and rules as facebook Notes instead of updates… it would save you a lot of arguments’. Is-sorpriża ġejja hawn, il-paġna tal-Malta FB Page Awards m’għadhiex f’idejn Melow Productions imma issa qegħda f’idejn AMM. B’hekk issa l-organiżżazzjoni ta’ dawn l-awards m’għadhomx f’isem Melow Productions iżda f’isem l-amministraturi ta’ AMM li jieħdu ħsieb il-paġni fuq facebook AMM News u Ahbarjiet min Malta u r-rivista AMM. L-edizzjoni li jmiss tal-Malta FB Page Awards li se jsiru f’Ġunju u Lulju 2012 b’hekk issa se taqa’ f’idejn AMM. Jidher li fadal iż-żmien għall-edizzjoni li jmiss, iżda minn issa se nibdew naħdmu biex ikollna kompetizzjoni b’suċċess. Biex kollox jaħdem b’suċċess u bla skossi għandna bżonn is-suġġerimenti tagħkom, amministraturi tal-paġni Maltin fuq facebook u utenti tal-facebook, biex flimkien noħorġu blaqwa format u regoli fissi għal din il-kompetizzjoni. Biex tgħidulna s-suġġeriment tagħkom ibagħtulna email fuq mfbawards@mail.com, hekk kif l-istess email għadda f’idejna wkoll. Aktar detalji dwar din ilkompetizzjoni se jitħabbru aktar ‘il quddiem fuq din ir-rivista, kif ukoll fuq il-paġna Malta FB Page Awards, fix-xhur li ġejjin.

48


JDM Malta

Hekk kif ir-rivista tagħna ser tibda tagħti spazju għal diversi passatempi differenti li nsibu madwarna, illum se nagħtu ħarsa lejn in-namra tal-karozzi Ġappuniżi. Dwar din in-namra tkellimna ma’ Ryan Camillieri, l-amministratur tal-paġna JDM Malta fuq facebook. Irridu ngħidu li JDM Malta dan l-aħħar rebħet il-premju tal-Malta FB Page Awards 2011.


INTERVISTA

Ryan Camilleri, li joqgħod Santa Luċija, għadt għandu 17il sena iżda diġà jifhem b’għajnejh magħluqa fuq il karozzi manifatturati l-Ġappun. In-namra lejn il-karozzi ilha fih minn meta kien għadu tfajjel żgħir hekk kif jgħidilna li ‘min meta kont żgħir kont inmur ma’ missieri nara l-karozzi Ħal Far’. L-interess lejn il-karozzi Ġappunizi daħal fih mill-anqas ħames snin ilu meta missieru ‘xtara karozza Ġappuniża li tista’ tintuża fuq it-tracks’. Minn hawn beda jinteressa ruħu fuq kull tip ta’ karozza li kienet ġejja mill-Ġappun kif jistqar mar-rivista AMM ‘bdejt naqra, infittex fuq karozzi oħra, fuq il-parts tagħhom u kif ukoll fuq il-pajjiż.’ Minħabba dan l-interess li għandu fil-karozzi Ġappuniżi f’Novembru li għadda waqaf ilpaġna li titratta dwar dan. Illum il-ġurnata lpaġna JDM Malta, li għandha l-unur tal-aqwa paġna Maltija fuq facebook, għandha ‘l fuq minn 2000 ammiratur fiha, li l-maġġoranża lkbira tagħhom huma dilettanti tal-karozzi Ġappuniżi. Fejn ‘il-paġna qegħda biex min ikollu xi diffikultà dwar parts jew informazzjoni jsaqsi’ u l-amministratur u lammiraturi ta’ JDM Malta jgħinuh dak il-ħin stess. Din il-paġna tagħti l-opportunità wkoll biex ‘kulħadd jixxerja l-karozza tiegħu ma’ ħaddiehor u fejn isib diffikultà dwar parts li ma jkunx jista’ jsibhom isaqsi’ fuq il-ħajt talpaġna. L-isem JDM huwa fil-qosor għal Japanese Domestic Motor (Karozza Domestika Ġappuniża). Fejn fuq facebook insibu diversi paġni miftuħin għal dan il-għan madwar iddinja, fosthom JDM li għandha 96,000 ammiratur u JDM Istanbul li għandha aktar minn 49,600 ammiratur. Bħala sidien ta’ karozza JDM jaqgħu dawk kollha li għandhom karozza ‘magħmula minn kumpanija Ġappuniża’ fejn insibu lill-karozzi ‘Toyota, Nissan, Honda, Subaru, Mitsubishi, Suzuki,

Mazda u Daihatsu’. Hawn Malta hawn diversi nies li huma sidien ta’ dawn il-karozzi li skont iż-żagħżugħ dawn il-karozzi ‘huma ekonomiċi kif ukoll ta’ kwalità tajba li tantx jinqalgħhom ħsara’. Fuq facebook qed jinfetħu diversi gruppi dwar interess partikolari, imbagħad dawn il-gruppi xi kultant joħorgu ‘l barra mid-dinja virtwali ta’ facebook. Dan jgħodd ukoll għal JDM Malta fejn fil-futur se jagħmlu xi attivitajiet għall-ammiraturi tagħhom biex jintaqgħu flimkien. Skont Ryan il-paġna tiegħu qed tagħmel ‘suċċess kbir mad-dilettanti talkarozzi Ġappuniżi’ dan jidher l-iżjed minħabba li jagħtu informazzjoni dwar dawn il-karozzi u ankè jttelgħu xi ‘ritratti ta’ karozzi Maltin u ankè barranin’. Ryan li hu student l-MCAST jixtieq li jkompli l-karriera fuq aspett li għandu x’jaqsam malkarozzi wkoll, hekk kif qed jistudja dwar lassigurazzjoni. Lejn l-aħħar tal-intervista jgħidilna li għandu x-xewqa bħal ‘kull dilettant tal-karozzi, kif ukoll tal-muturi, li l-gvern Malti jagħmel racetrack fil-gżira tagħna biex ikollna fejn nippratikkaw l-isport tagħna bħallpajjiżi oħra’. Lil dawk kollha li jgħidu li ddelizzju tal-karozzi ma fihx sugu Ryan jagħlaq billi jgħidilhom ‘li ma jafux japprezzaw ixxogħol ta’ nies oħra li ħadmu ħafna biex ħarġu diversi mudelli għall-kumdità tan-nies’.

50



AĦBARIJIET

Sentejn Magħkom... minn Ahbarjiet min Malta għal AMM News Ahbarjiet min Malta (Aħbarijiet minn Malta) twaqfet għall-ewwel darba bħala paġna uffiċjali fuq facebook fid-29 ta’ Awwissu, 2009. Din l-inzjattiva kienet ta’ ġuvnott ta’ 13il sena. Dan il-ġuvnott, li dejjem xtaq jibqa’ annonimu, fetaħ din il-paġna għall-gost blebda ħsieb li se tagħmel suċċess u tibqa’ twassal l-aħbarijiet lokali u internazzjonali ta’ kuljum wara sentejn.

Il-paġna kull ma jmur dejjem baqgħat tikber minn żmien ghal żmien. Kien hemm xi żmien lejn l-aħħar tas-sena 2009 li din il-paġna ma baqgħatx twasal aħbarijiet. Minħabba din ilkonsegwenza żewġt ahwa ħadu ħsieb li jiħdu l-paġna f’idejhom, fejn dawn bdew jaħdmu qatigħ biex iwasslu l-aħbarijiet fl-anqas ħin possibli. Minħabba ċertu ċirkostanzi, fosthom nuqas ta’ riżorsi umani, dawn l-aħwa ma setgħux ilaħħqu jiktbu kull aħbar eżatt xħin isir, b’hekk kellhom idaħħlu aktar amministraturi ddedikati. B’kollox illum ilgurnata qeghdin 5 amministraturi. Insibu tliet

amministraturi li nistgħu ngħidu li huma talpost, peress li ilhom l-aktar jiħdu ħsieb din ilpaġna, Glen Chircop, Sean Chircop u Kris Dimech. Insibu bħala amministraturi li ilhom ukoll ghal xi zmien jaghtu l-kontribut tagħhom lil Brandon Theuma u Euchar Sultan. Hekk kif il-ħallieq ta’ din il-paġna għamel ilpaġna ‘Ahbarjiet min Malta’ għall-gost fit-titlu hemm xi żbalji ortografiċi u minħabba dan ilpagna qalgħat diversi kritika. L-amministraturi minn dejjem kienu jafu b’dan l-iżball u huma konxji li dan l-iżball banali naqqas millpopolorità tal-paġna. Skont l-issettjar tannetwerk soċjali facebook s’issa ma jista’ jsir xejn biex jittranġa’ dan l-iżball ortografiku. Ittitlu jista’ jittranġa’ biss jekk il-paġna jkollha anqas minn 100 ammiratur. Kien hemm min ta l-parir lill-amministraturi biex jibdew il-paġna mill-bidu, iżda wara diversi konsultazzjoni raw li dan mhux utli hekk kif fil-paġna kien hemm diversi eluf ta’ ammiraturi. B’hekk ħallew listess paġna oriġinali bl-istess isem oriġinali ‘Ahbarjiet min Malta’. Dan l-aħħar rajna li kemm l-ammiraturi kif ukoll l-amministraturi bdew jużaw l-inizjali ta’ din il-paġna biex jirreferu għall-paġna, AMM. B’hekk f’Awwissu li għadda, 20 tax-xahar, ġimgħa qabel għalqu sentenejn l-amministraturi ħolqu paġna ġdida, AMM News, biex tibdel dik eżistenti. Il-bidla hi biss fl-isem iżda l-istess tim se jibqa’ joffri l-aqwa aħbarijiet lokali u internazzjonali kemm jista’ jkun fil-ħin.

52


AĦBARIJIET

Wara sentejn ‘Ahbarjiet min Malta’ laħqet ‘il fuq minn 12,600 ammiratur u n-numru dejjem baqa’ jiżdid jum wara jum. L-amministraturi huma kuntenti b’dan in-numru ta’ ammiraturi, li sa qabżu l-pagni kollha fuq facebook talġurnali u l-istazzjonijiet tal-aħbarijiet kollha lokali. L-akbar suċċess jidher bin-numru ta’ ‘likes’ u kummenti li l-ammiraturi jħallu fuq din il-paġna. Kien hemm diversi aħbarijiet li lkummenti tagħhom qabżu l-mitt kumment. B’hekk Ahbarjiet min Malta, u issa AMM, tgħat u qed taghti l-opportunità lill-ammiraturi tagħha biex jiddiskutu bejnithom is-suġġetti jaħarqu u l-aħbarijiet li jkunu qed jiddominaw is-soċjetà Maltija minn żmien għal żmien. Mhux biss il-Maltin li joqgħodu Malta jiddiskutu, jargumentaw u jaqraw dawn laħbarijiet, iżda bħala ammiraturi hemm diversi emigranti Maltin li jaraw x’ikun qed isir f’art twelidhom. Issa qed jisperaw li kull ammiratur ta’ Ahbarjiet min Malta jingħaqqad fuq ilpaġna AMM News biex il-bidla tkun waħda ta’ suċċess. L-aħbarijiet waqfu jinkitbu minn fuq Ahbarjiet min Malta fit-30 ta’ Awwissu ta’ din is-sena. B’hekk issa għal kull aħbar trid isegwi AMM News. Il-paġna Ahbarjiet min Malta se tibqa’ miftuħa bħala arkivji ta’ AMM.

L-ammiraturi ta’ din il-paġna ġejjin minn kull sfera tas-soċjetà u minn kull kulur politiku, hekk kif l-aħbarijiet fuq din il-paġna dejjem juru l-fatti u xejn partiġjaniżmu. Dan hekk kif wieħed mill-prinċipji ta’ din il-paġna hi li tkun newtrali u ma tkerrah lil ħadd. Bħala ammiraturi fuq Ahbarijiet min Malta konna

nsibu aktar nisa minn irġiel, b’kollox hemm 19% aktar nisa. L-aħbarijiet ta’ AMM qed jilħqu l-aktar liż-żgħażagħ li jippreferu jsegwu l-aħbarijiet minn fuq in-netwerk soċjali tagħhom, minflok minn midjum ieħor. Fil-fatt 15% tal-ammiraturi huma tfajliet bejn it-18 u l-24 sena u 16% huma nisa bejn l-25 u l-34 sena. Insibu wkoll 11% ġuvintur ta’ bejn it-18 u l-24 sena u 9.9% irġiel ta’ bejn il-25 u l-34 sena. Bħala ammiraturi nsibu wkoll numru konsiderevoli ta’ addoloxenti, hekk kif 11% huma tfajliet bejn it-13 u s-17-il sena u 7.8% huma ġuvnotti ta’ din l-età. L-anqas numru ta’ ammiraturi huma persuni ‘l fuq minn 55 sena, hekk kif insibu 4.9% biss.

F’dawn l-aħħar sentejn AMM hemm kienu biex iwasslu kull xeħta ta’ aĦbar. WaĦda mill-ewwel aħbarijiet li twaslu fuq il-paġna lqadima kienet dwar l-inċident traġiku li seħħ fi Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun, fejn mietu 3 persuni minn familja ta’ 4 membri. Aħbarijiet oħra li għaddejin minn quddiem moħħi bhalissa, li waslu t-tim ta’ AMM, insibu l-għargħar li jolqot lil Malta fixxhur xitwin u l-inċidenti tat-traffiku li mhux neqsin minhom. Insibu wkoll traġedji internazzjonali bħat-terremotti li seħħew f’Ħaiti u l-Ġappun. Kienu minn ta’ quddiem

53


AĦBARIJIET

biex javvżaw lill-poplu dwar il-prodotti li jistgħu jkunu perikolużi ghalihom. Fakkru avveniment li seħħew, fosthom iż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI, l-Eurovision 2010 u 2011, meta Tiffany Pisani rebħet ilBritish Next Top Model. Taw prominenza lattivitajiet għall-ġid tal-komunità, fosthom ilMaratona fl-Iskola San Benedittu ta’ Ħal Tarxien, The Beland Music Festival, L-Istrina 2010, l-Għaxaq Music Festival, u Oħloq Tbissima. Kienet minn ta’ quddiem biex twasal ir-rotot il-ġodda tal-Arriva, fejn ilha li għamlet dan mill-2009. Taw aħbarijiet aġġornati dwar il-gwerra fil-Libja. Kienet minn ta’ quddiem biex twasal ir-riżultat dwar ir-referendum tad-divorzju. Ħadu sehem flEarth Hour 2011 fejn dalmu l-paġna favur lambjent. U se jibqgħu hemm biex ikunu minn ta’ quddiem biex iwasslu kull aħbar bil-Malti, fil-qosor, f’qasir żmien u b’mod oriġinali.

TakeZone Media and Entertainment. L-aħħar logo sar mill-iżgħar amministratur ta’ din ilpaġna u l-editur tar-rivista AMM, Glen Chircop.

Il-logo ta’ AMM inbidel kemm-il darba. Qabel il-logo kienet tiħu ħsiebu l-kumpanija

Fatti u Figuri Amministraturi: 5 Ammiraturi: 12,600+ fuq Ahbarjiet min Malta u madwar 4,000 fuq AMM News Żjajjar fix-xahar: 2,279,748 żjara (fuq Ahbarjiet min Malta). Kummenti fix-xahar: 7,363 kumment (fuq Ahbarjiet min Malta). Pajjiżi ta’ fejn joqgħodu l-ammiraturi ta’ Ahbarjiet min Malta: Malta, l-Awstralja, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Italja, il-Malasja, l-Olanda, il-Ġermanja, Spanja, l-Awstrija, lIndonesja, il-Brażil, l-Isvezja, l-Irlanda, il-Filippini, it-Tuneżija, l-Emirati Għarab Maqgħuda, lIndja, it-Turkija, is-Serbja, Ħong Kong, it-Tajlandja, u l-Bulgarija.

54


UĦUD MILL-AĦBARIJIET MATUL DAWN IS- SENTEJN Hekk kif il-paġna tagħna AHBARJIET MIN MALTA għalqet sentejn, fid-29 ta’ Awwissu, f’dawn il-paġni ser nagħtu ħarsa lejn l-aktar aħbarijiet kontroversjali li kelna matul dan ilperjodu. B’hekk hawn taħt ser inwasslulkom l-aqwa bxara minn kull xahar.

L-ewwel aħbar tal-paġna

2009 Awwissu

Alla jurina li jifhem in-niket tagħna u jbgħati magħna. Dawn kienu l-ewwel kelmiet ta’ faraġ li kellhom isabbru lin-numru kbir ta’ qraba u ħbieb li nġabru fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun biex jagħtu l-aħħar tislima lil tlieta minn uliedhom, Jonathan, Roxana u binthom Kelsey.

Settembru

Il-Qawra meqjusha bħala “lfossa ta’ Malta” u “ġungla sħiħa tal-konkos, b’ruxxmata lukandi u appartamenti u xejn ħdura”. Il-Qawra ġiet ikklassifikata bħala t-tieni lagħar destinazzjoni turistika fuq il-kosta mill-websajt Ingliża zoover.co.uk meta ppubblikat il-klassifika talagħar għaxar postijiet malbaħar li kull turist għandu jevita. Minbarra l-Qawra din il-lista tara wkoll lil TasSliema fit-tmien post.

Il-Malti Aaron Ciantar reġa' rebaħ il-kampjonat dinji tal-Powerboat P1. Dan wara lid-dgħajsa tiegħu, is-Seagull Chaudron, kisbet biżżejjed punti fit-tiġrija finali, f’Sirakuża, Sqallija. Is-Seagull hi mgħejuna wkoll mit-Taljan Angelo Tedeschi u lUkren Viktor Shemchuk. Id-dgħajsa Seagull inbnit Malta mix-Chaudron Company, il-kumpanija talfamilja Ciantar, iżda ġġib bandiera Ukrena.

55


Ottubru

Novembru

Il-pjanijiet biex tinbena t-triq l-ġdia tal-Għadira tpoġġew fuq l-ixkaffa. Minflok il-fondi talUnjoni Ewropea li kienu allokati għal din it-triq se jmorru biex jagħmlu triq arterjari fil-Kappara. Il-Ministru Austin Gatt qal li jekk ikun hemm bżonn it-triq tal-Għadira tinbena minn fondi statali. Espert Ingliż qal li jekk ma titneħħix ittriq preżenti tal-Għadira jista' wwasal għallqerda tal-akbar bajja f'Malta.

Ir-Re Juan Carlos ta' Spanja waranofsinhar ħa sehem fl-aħħar attività li kellu f’Malta. Waranofinhar ġie milqugħ millistudenti Maltin tal-Ispanjol u diversi nies f'Misraħ San Ġorġ, li għadu kemm ġie tranġat issa. Dalgħodu r-Re kellu laqgħa malPresident, il-Prim Ministru, u lKap tal-Opożizzjoni.

Diċembru Hekk kif illum qed niċċelebraw ilMilied, żmien assoċċjat mal-kesħa u lborra, hawn Malta għadna temp tarrebbiegħa. Fil-fatt illum hi l-ogħla temperatura li qatt kelna f'Jum ilMilied, b'24.1 grad. Qabel il-Milied ta’ din is-sena l-isħan Milied kien dak tal-1995, meta t-temperatura kinet 21.8 gradi. Fil-fatt illum ittemperatura qegħda 8 gradi aktar minnormal.

2010

Jannar Minn għada kulħadd jista' jmur jitlaqqam bilvaċċin tal-H1N1, dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Kura fil-Komunità. In-nies jistgħu jmoru fiċ-ċentri tas-saħħa bejn is-2pm u t-8pm jew fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex bejn t8am u s-1pm. It-tilqim se jibqa' għaddej sas-6 ta' Frar. S'issa l-vaċċin f'Malta ħaduha 56,500 ruħ.

Frar Żewġ persuni jinsabu mitlufin taħt it-tifrik wara li splodiet ilkamra tan-nar ta' San Bastjan, f'Ħal Qormi. Din l-isplużjoni li nstemgħat minn diversi partijiet ta' Malta seħħet fis-6:15pm. Dak il-ħin fil-kamra tan-nar kien hemm diversi rġiel li kienu qed jaħdmu l-logħob tan-nar tal-art. Tnejn minhom ittiħdu lejn lisptar u kif għadna tnejn oħra għadhom taħt id-debri.

56


Marzu

April

Bħas-snin l-imgħoddija,l-Għaqda Kultura u Armar Marija Annuzjata ser terġa ttella' Pageant tal-Passjoni ta' Sidna Ġesu Kristu madwar ittoroq ta' Ħal Tarxien.F'dan il-Pageant,jieħdu sehem madwar 450 personaġġ b'ammont ta' vestwarju ġdid u apparat ieħor li se jiżżanżan din is-sena biex jagħmel dan il-Pageant iktar dekorattiv Illum is-Sibt 27 ta' Marzu, f’dan irraħal pittoresk ta' Ħal Tarxien.

Kien hemm għejdut li r-rotta tal-Papa se tinbidel biex lill-Papa ma jgħadduhx minn quddiem il-monument ta' Ħal Luqa. Dawn l-għejdut ħarġu hekk kif dalgħodu bdew jagħtu t-tarmak numru ta' toroq f'Ħal Luqa, iżda s-Sindku Ħalluqi kkonferma li t-tarmak mhux qed issir minħabba l-Papa. Dan it-tarmak kien ippjanat millKunsill Lokali stess. B'hekk il-Papa xorta se jgħaddi minn quddiem il-monument.

Mejju L-ixjeħ raġel Malti ħalla din id-dinja llum. Il-ħajjat mill-Birgu, Joseph Gellel, miet illum fl-età ta' 104 snin. Gellel, li kien magħruf ma' kulħadd bħala Peppi, kien attiv ħafna fil-lokalità tal-Birgu. Il-funeral tiegħu se jsir għada fis-2:30pm, fil-Knisja Parrokkjali ta' San Lawrenz, il-Birgu.

Ġunju

Lulju Fil-maratona tal-volleyball li saret biex jinġabru lfondi għad-Dar tal-Providenza nġabru 183,014 ewro. Din il-maratona li spiċċat ilbieraħ f'nofsilejl damet sejra 54 siegħa.

Annabelle Vassallo ngħatat il-premju 'Pro-Life Award' minn 'Gift of Life' tal-qlubija li wriet lejn il-ħajja. Annabelle ilha tbgħati mill-marda talkanċer għal dawn l-aħħar tliet snin u dan l-aħħar ħarġet il-ktieb 'Irrid Ngħix'. Iċ-ċeremonja saret f'lukanda l-Floriana u ngħatat il-premju millEmeritus President Edward Fenech Adami.

Settembru Il-MEPA approvat l-ewwel ġnien pubbliku fuq il-bejt ta' blokk appartament f'Wied il-Għajn. Dan il-ġnien pubbliku fil-għoli se jkun qiegħed fuq blokka ta' 29 appartament li se tinbena minflok lEtvan Hotel fi Triq is-Salini. Ir-residenti Skalin ilhom mill-1993 jipprotestaw biex din iż-żona tibqa' green area, iżda fl-2006 ħareġ li ż-żona tista' tinbena sa kemm ikun hemm ġnien pubbliku fuq ilbejt.

Awwissu Miet il-President Guido De Marco illum wara nofsinhar ġewwa l-isptar Mater Dei,fl-età 79 sena.


Ottubru Numru żgħir ta' nies kienu maħsuda hekk kif dalgħodu fil-knisja ta' Marsaxlokk daħal raġel bla ħwejjeġ.

Novembru Post ieħor ta' divertiment hekk kif infetaħ Ice Rink f'Tigné.

Diċembru Il-President tar-Repubblika Dr George Abela rċieva rigal speċjali għal dawn iż-żminijiet ta’ festi hekk kif it-tifla tiegħu Maria Marconi għamlitu nannu għall-ewwel darba wara li weldet tifel li ngħata l-isem ta’ Luca - Nifirħu lilu u l-mara tiegħu.

2011

Jannar Żewġ Maltin, fosthom Anġelik Caruana, kienu involuti f'inċident li seħħ illum waqt il-laqgħa ta' kull ġimgħa tal-Papa mal-pubbliku, fil-Vatikan. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA l-Maltin jidher li ppruvaw jaqbżu l-barikati u bdew jgħajjtu biex jagħtu ittra lillPapa.

Frar Thomas Cremona u t-tim ta' qaddiefa jaslu f'Barbados. Waqfu rekord ġdid f'dak li huwa qsim tal-Oċean Atlantiku bl-qdif. Nifirħulhom.

Marzu Raġel minn Ħal Qormi dalgħodu ġie mmultat is-somma ta` €400 wara li nstab ħati li abbanduna kelb li hu stess kien ġabar minn Ta` Qali. Huwa abbandunah wara li l-volontiera tal-Island Sanctuary qalulu li ma kienx fadlilhom aktar post u għaldaqstant huwa abbandunah ftit metri l-bogħod minn dan is-santwarju . Il-qorti sostniet li ladarba huwa kien ħa l-kustodja tal-kelb , huwa kien responsabbli minnu. 58


April Il-Funtana ta’ Tritoni f'Bieb il-Belt ser titmexxa għal ħdejn illukanda Phoenicia.

Mejju B'hekk issa sirna nafu l-għażla tal-poplu Malti u Għawdxi dwar illiġi tad-divorzju f'pajjiżna. B'maġġoraża li kważi tlaħħaq l-15, 000 vot aktar minn dawk li vvutaw le fir-referendum tad-divorzju.

Ġunju B'hekk la t-trasport tal-linja Maltija sa jieqaf biex tieħu postu l-Arriva, dan il-vidjow qed jagħtik l-aktar mumenti sbieħ u koroh li ġraw bil-karozzi tal-linja Maltin. Fl-aħħar ta' dan il-vidjow jispiċċa dwar x'ġara bil-karozzi tal-linja ta' l-Arriva barra minn Malta.

Lulju Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jgħid li filParlament ser jivvota ‘Le’ dwar id-divorzju.

Awwissu Mis-sena d-dieħla f'Malta ser ikun hawn madwar 100 post fejn jistgħu jiġu ċċarġjati l-karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Dan biex jinkoraġġixxu s-sewwieqa biex jibdew isuqu dawn it-tip ta' karozzi.

59


-

60


Bħal-lum għaxar snin ilu, il-11 ta’ Settembru 2001, id-dinja kollha kienet qed titkellem dwar l-istess traġedja. It-terroristi ħatfu ajruplani tal-passiġġieri filBelt ta’ New York u f’102 minuti attakkaw u qerdu t-torrijiet tal-World Trade Centre u bini ikoniku ieħor fl-Istati Uniti. B’kollox f’dawn l-attakki nqatalu aktar minn 3,000 persuna. Illum il-President Amerikan Barack Obama u martu Michelle Obama se jfakkru dan l-anniversarju billi se jmorru jżuru l-postijiet fejn seħħew l-attakki tal-11 ta’ Settembru; New York, il-Pentagon u Pennsylvania. Il-President se jagħti tribute lil dawk kollha li tilfu ħajjithom f’dawn l-attakki u se jagħti unur lil dawk kollha li ħadu sehem f’din il-ġurnata traġika li laqtet il-poplu Amerikan. Skont kif qal is-Sindku ta’ New York, Michael Bloomberg, l-eks-President Amerikan George W. Bush se jingħaqqad ma’ Barack Obama fit-tifkira li ser issir fi New York. Bloomberg qal ukoll li d-dinjaturi li se jattendu għal dan lanniversarju mhux se jagħtu diskors, iżda minflok se jaqraw xi poeżiji u kwotazzjonijiet addatati għal din l-okkażjoni. Din iċ-ċeremonja fi New York se tikkomemora wkoll il-ftuħ tal-Pjazza tat-Tifkira, fejn l-ismijiet ta’ dawk li ġew maqtulha fl-attakki ta’ 10 snin ilu u ta’ dawk maqtulha fl-attakk tal-1993 fitTorrijiet Tewmin se jiġu mfakkra ma’ panelli tal-bronż. Ilbieraħ, lejliet l-10 anniversarju, il-Viċi President Amerikan Joe Biden attenda għat-tifkira li saret fil-komunità rurali ta’ Shanksville, Pennsylvania, fejn kien waqa’ l-ajruplan ġett hekk kif il-passiġġieri u l-krù ġġieldu mat-terroristi li ħatfu l-ajruplan.

61


Ir-Riċetta tax-Xahar Spagetti bil-Pesto Settembru (riċetta minn Anton B. Dougall)

Ingredjenti 450g spagetti Pesto Żebbuġ Tadam imqadded Żejt taż-żebbuġa (extra virgin) Ġobon maħkuk

Metodu 1. Poġġi borma kbira mimlija bl-ilma fuq in-nar, żid ftit melħ malli l-ilma jiftaħ jagħli u għalli l-għaġin. 2. Meta l-għaġin ikun sar, saffih u għaddih mill-ilma kiesaħ biex ma jibqax isir. Ħalli l-għaġin fil-passatur biex joqtor tajjeb. 3. Ipprepara l-pesto kif għandek firricetta hawn taht. 4. Ħawwad il-pesto mal-għaġin bil-mod biex ma tfarrakx l-għaġin. 5. Roxx ftit ġobon maħkuk fil-wiċċ u żejnu biż-żebbuġ u tadam imqadded. 6. Servi mill-ewwel.

Ingredjenti għall-Pesto 100g weraq tal-ħabaq friski

Metodu biex tagħmel il-Pesto 1. Poġġi l-ħabaq, iż-żejt, il-prinjoli, it-tewm u l-melħ ġo food processor. Itħan kollox sew fuq speed għoli.

60g Parmiġġan mitħun frisk 20g Romano mitħun frisk

2. Meta l-ingredjenti jkunu ntaħnu tajjeb u saru ħaġa waħda, neħħi t-taħlita mill-food processor u poġġiha ġo skutella.

40g butir artab 30g prinjoli 8 mgħaref żejt taż-żebbuġa extra vergin

3. Ħawwad il-ġobon ftit, ftit mat-taħlita, din id-darba b’idek. 4. Meta l-ingredjenti jkunu kollha tħalltu sew, żid ilbutir artab u ħawwad tajjeb.

3 sinniet tewm 5. Fl-aħħar żid mgħarfa misħun. Melħ



Barċelona

Trid iżur katidrali, knejjes, tgawdi, tieħu siegħa buzz, tgħum, tirrilassa… post wieħed tajjeb għalik Barca. Fir-reġjun ta’ Katalunja, Spanja, hemm din il-belt mimlija b’kollox minn divertiment saċ-ċampjins tal-futbol Ewropew. B’diversi titjiriet minn Malta għal Barċelona jew Ġirona, faċli biex tasal f’din il-belt meraviljuża. Minn mixja f’Les Rembles u Passeig de Gràcia għal żjara fil-parti l-antika, Barri Gòtic. Postijiet storiċi u ta’ rilassament fl-istess ħin issib hawn ukoll, bi żjara f’Parc Güell fejn tista’ tara l-monumenti msaħħra li għamel Gaudí. L-artist Gaudí lil din il-belt sebbaħa b’bini inkredibli, fosthom il-famuż katidral Sagrada Familia, kif ukoll Casa Milà (La Pedrera) u Casa Batlló. Barra ix-xogħol ta’ Gaudí, tista taprezza wkoll ix-xogħol artistiku ta’ Picasso hekk kif għandu mużew iddedikat lilu hawnhekka. Kif tkun żgur m’għandekx titlef li titla’ bil-funikular fuq l-għolja Tibidabo, fejn tara veduta sabiħa ta’ Barċelona minn fuq. Għad-divertiment m’għandekx titlef li tmur fil-bars li hemm imferxin madwar Port Olympic, qies li tmur fit-tard biex issib divertiment ta’ veru. Lejl minhom għandek tħallih żgur biex tmur tara l-funtani maġiċi ta’ Monjuic. Fejn għandek wirja sħiħa ta’ ilma jiżfen mal-mużika, dwal u pjazza splendida. Minn Barċelona faċli tasal għal diversi bliet oħra ta’ interess, fosthom Costa Brava u Ġirona, tmur mawra sa Monserrat, u tista’ taqsam il-fruntieri għal Andorra fejn tara l-ġmiel li jafu joffru l-Pirinej. Skont is-sit tripadvisor.in Barċelona qegħda r-4 l-aqwa destinazzjoni fl-Ewropa u d-9 l-aqwa destinazzjoni fid-dinja. L-aqwa 25 destinazzjoni għall-2011 fl-Ewropa skont is-sit tripadvisor.in huma Pariġi (Franza), Ruma (l-Italja), Londra (l-Ingilterra), Barċelona (Spanja), Praga (ir-Repubblika Ċeka), Venezja (l-Italja), San Pietruburgu (ir-Russja), Firenze (l-Italja), Edinburgh (lIskozzja), Istanbul (it-Turkija), Amsterdam (l-Olanda), Capri (l-Italja), Dublin (l-Irlanda), Berlin (il-Germanja), Dubrovnik (il-Kroazja), Oia (il-Greċja), Stokkolm (l-Isvezja), Bruges (il-Belġju), Amalfi (l-Italja), Vjenna (l-Awstrija), Krakovja (il-Polonja), Rejkjavik (lIslanda), Rothenburg ob der Tauber (il-Ġermanja), Interlaken (l-Isvizzera) u Positano (lItalja).

65


LOGĦOB

Tisliba u Logħob Tisliba nru. 1

Sudoku nru. 1 Il-MISTOQSIJIET TAT-TISLIBA JINSABU F’PAĠNA 67 RIGALI GĦAR-REBBIEĦ TAT-TISLIBA: 2 lezzjonijiet taż-żfin b’xejn minn SKSM Karate Malta. 2 biljetti għal attività ta’ Malta Comic Con.

66


Mistoqsijiet Tisliba Dawn il-mistoqsijiet għandhom x’jaqsmu mat-toroq taż-Żejtun.

MIMDUDIN

WEQFIN

2. Hekk kienu jissejħu l-mistednin tat-tieġ flantik. (7)

1. Pjanta u magażin għall-iskejjel. (7)

5. F’Burmarrad hemm tempju jismu hekk. (4) 6. Fl-aħħar tal-kotba u l-films hekk insibu miktub. (5) 7. Miż-Żejtun ħarġu ħafna minn dawn u fil-fatt insibu diversi monumenti tagħhom madwar ittoroq taż-Żejtun. (9) 9. F’ġisimna għandna ħafna u dawn jibqgħu wara mewtna. (6) 11. Metall prezzjuż. (5) 13. Fid-djar qodma konna nsibu ħafna minn dawn forma ta’ qanpiena. (4) 15. Il-liġijiet tal-pajjiż fuq din ikunu miktuba. (13) 16. Hekk jissejjaħ dak li jieħu ħsieb il-falkuni. (9) 17. Ħal Qormi kull nhar ta’ Sibt issibu dan. (3) 18. Hekk ngħidulu wieħed mhux Malti. (7) 19. L-enerġija minn fuq din il-peniżola finnofsinhar ta’ Malta nġibuha. (8)

3. F’November dan iġġibilna borża. (6) 4. Frott aħdar minn barra u aħmar minn ġewwa. (8) 8. Daqs kemm għandek swaba f’idejk fadal jiem għal din. (12) 10. Il-President għandu tlieta minn dawn Ħ’Attard, il-Buskett u l-Belt Valletta. (7) 11. Wara dan is-salib kienu jimxu mill-Imdina saż-Żejtun fil-festa ta’ San Girgor. (5) 12. F’Birkirkara din il-Madonna għandha santwarju. (5) 14. Hawn kien jintaħan id-dqiq. (6) 16. Ġo din kienu jaħżnu l-qamħ. (5) 21. Dan tajjeb biz-zalza. (6) 24. Il-ġemel normalment ikollu tnejn bħal din, għalkemm hawn minhom għandhom waħda wkoll. (5) 25. L-Armenja, il-Ġeorġja u l-Belarus jinsabu f’din in-naħa tal-Ewropa. (5)

20. Bajja qrib l-Għadira. (6) 22. Minn dan jagħmlu l-ġulepp. (6) 23. Kull Settembru t-tfal jieħdu qatgħa meta tibda din. (5)

67


Stilel Żodjakali

... u l-Ħaġar Prezzjuż

Aries

Taurus

Gemini

mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Garnet

Sapphire

Agate

Cancer

Leo

Virgo

mit-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

mit-23 ta’ Awwissu sal-20 ta’ Mejju

Emerald

Onyx

Carnelian

aktar stilel...


Libra

Scorpio

Sagitarius

mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

mill-24 ta’ Ottubru sal-22 ta’ Novembru

mit-23 ta’ Novembru sal-20 ta’ Mejju

Peridot

Beryl

Topaz

Capricorn

Aquarius

Pisces

mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

mit-19 ta’ Frar sal20 ta’ Marzu

Ruby

Bloodstone

Amethyst

u x-xahar li ġej x’ser niskopru?


Ringrazzjamenti… Lill-isponsers: Beauty Cottage – Charming Diva – Computer Doc – Cruelty Free Malta – DB Sport Centre – H&G Photography – Landau Stationery – Malta Comic Con. Lil Glen Vella. Lil Leanne Ellu. Lil Georgiana Farrugia. Lil Ryan Camilleri. Lil Anton B. Dougall għar-riċetta tax-xahar. Lil Joan Agius għall-artiklu dwar Żejt iż-Żejtun.

It-tieni ħarġa magħkom ilĦadd 9 ta’ Ottubru, 2011

Lil Gordon Baldacchino għall-artiklu dwar il-Festa tal-Kappella. Lil Mellanie Kelly għall-artiklu dwar Starmakers. Lil Mark Azzopardi għall-artiklu dwar Netube. Lil Matthew Calleja għall-artiklu dwar Crazebook. Lil James Piscopo dwar l-artiklu Lejl f’Casal Fornaro. Rigali u Offerti: Tisliba p. 66 Kompetizzjoni Tnejn p. 33 Kompetizzjoni Charming Diva p. 45 Ara r-riklami sew għal diversi offerti li l-isponers qed joffru lil qarrejja

AMM tiżgura li l-materjali kollha li qed jidhru f’din ir-rivista huma bil-permess tal-persuni kkonċernati. Ir-riklami li qed jidhru f’din ir-rivista huma skont dak li bagħtulna l-aġenti u s-sidien ta’ dawn il-kumpaniji. Għalkemm it-tim wara AMM ħa ħsieb li jwassal kontenut miktub tajjeb, m’għandiex x’naqsmu man-nuqasijiet u l-iżbalji li hemm f’din ir-rivista. Kull storja li tidher qed tirreferi għal xi persuni partikolari dan sar b’kumbinazzjoni u bl-ebda intenzjoni. L-editur, l-artikolisti u l-pubblikaturi ta’ din irrivista mhux bil-fors jaqblu ma’ dak kollu li jidher fl-artikli, riklami, ittri u kontenut ieħor li jidher fir-rivista online AMM. Ibgħat il-kummenti tiegħek lill-editur Glen Chircop fuq rivista@ammnews.com.mt. Biex tirriklama magħna ibgħatilna fuq sales@ammnews.com.mt. AMM hija ppubblikata minn Seasus Limited u mqassma b’xejn online fuq facebook.



Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.